Ministeru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni — Tenders għal Road Signage
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il tender ħarġet relatata ma' road signage fid-dekasteri tiegħu? Għal kull tender min kienu n-nies fuq il-bord tal-aġġudikazzjoni? Min kien is-segretarju/a? Kemm-il kumpanija tefgħet offerta? Min kienet il-kumpannja li rebħet it-tender? Jista' jagħti l-lista tax- xogħlijiet mitluba fit-tender u jgħid jekk it-tender kenitx relatata mar-riforma tat-trasport pubbliku? X'kien l-ammont finanzjarju tat-tender? Jista' l-Ministru jgħid kemm qed jipproġetta li joħrog tenders relatati ma' road signage fit-tliet snin li ġejjin?
Response (GATT, AUSTIN)
L-informazzjoni mitluba, għal tenders maħruġa matul l-2010 u l-2011, hija mehmuża.
Rigward il-mistoqsija ta’ kemm hemm proġettat li joħorġu tenders relatati ma'
road signage
fit-tliet snin li ġejjin, ninsab infurmat li din l-informazzjoni ma tistax tingħata minħabba li tali
tenders
jinħarġu skont l-eżiġenzi li jkollha fil-preżent l-awtorità.
Ministeru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni — kunflitt ta' interess
Question
Jista' l-Ministru jipprovdi lista tan-nies li ddikjaraw kunflitt ta' nteress fl-operat tagħhom mis-sena 2007 sal-lum fid-dekasteri tiegħu? Għal kull każ jista' jgħid min kien il-persuna? Meta ddikjara l-kunflitt ta' nteress? Lil min ingħatat id-dikjarazzjoni tal-kunflitt ta' nteress? Min kien/kienu n-nies li evalwaw l-kunflitt ta' nteress? X'azzjonijiet ittieħdu biex innaqsu lok ta' abbuż u jiggarantixxu trasparenza fl-operat? Jista' l-Ministru jipprovdi kopji tal-proċeduri operattivi relatati mal-funzjoni tat-tenders fid-dekasteri tiegħu li kienu/qed jintużaw mis-sena 2007 sal-lum?
Response (GATT, AUSTIN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
informazzjoni dwar opri tal-baħa li għandha Transport Malta
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk Transport Malta għandhiex opri żgħar tal-baħar biex ikunu jistgħu jsiru xogħlijiet fl-ibħra Maltin bħal tiswijiet eċċ.? Jekk fl-affermattiv jista' jgħid jekk isirx użu minnhom? Kif jiġi mwettaq dan it-tip ta' xogħol? Jekk jirriżulta fin-negativ, jista' l-Ministru jgħid għaliex ma jsirx użu minnhom?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li Transport Malta m’għandhiex opri żgħar tal-baħar għall-użu ta’ xogħlijiet. Dan it-tip ta’ xogħol isir permezz ta’ kiri ta’ opri mingħand kuntratturi privati jew sub-contracting tax-xogħol.
Ministeru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni — lista ta' tenders
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 30888 u jagħti lista ta' tenders mogħtija fl-2008, 2009, 2010 u bejn Jannar u Novembru 2011 mill-Ministeru, l-aġenziji, awtoritajiet, korporazzjonijiet, eċċ. li jaqgħu taħtu u li l-valur tagħhom kien ta' iktar minn miljun ewro? Jista' jagħti dettalji ta' x'tenders kienu u lil min ingħataw? Jista' jgħid fuq kemm minnhom tħallas iktar minn kemm kienet l-ispiża oriġinali u kemm kienet id-differenza f'kull każ u jagħti r-raġuni għaliex ġara hekk f'kull każ?
Response (GATT, AUSTIN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx xi ħsieb li tiġi asfaltata dik il-parti ta' Triq ir-Ratal fis-Swieqi li tinsab fi stat pjetuż?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li fis-sena 2009 Transport Malta kienet se tibda xogħlijiet fl-imsemmija triq iżda peress li kien hemm problemi ta’ ownership l-awtorità ġiet mwaqqfa mis-sidien tal-art in kwistjoni. Il-pożizzjoni għadha ma nbidlitx.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhu t-tul ta' common service ducts li hemm fit-toroq Maltin u Għawdxin? Jista' jgħid liema huma dawk it-toroq li fihom common service ducts?
Response (GATT, AUSTIN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Jista' l-Ministru jgħid min ġie inkarigat minn Transport Malta sabiex jesegwixxi xogħol ta' tindif fil-vened tal-Belt, Qormi u Buġibba? Jista' jgħid jekk Transport Malta ħarġitx tender għal dan ix-xogħol?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li x-xogħol ta’ tindif ġewwa l-Belt Valletta sar minn Omajco Cleaners filwaqt li ġewwa l-Furjana, Qormi u Buġibba x-xogħol sar minn Emanuel Seisun. Ma kien hemm l-ebda sejħa għall-offerti għaliex l-ispejjeż involuti se jiġu koperti mill-operatur tat-trasport pubbliku.
Transport Malta — - uffiċjali li huma intitolati għall-fuel b'xejn
Question
Jista' l-Ministru jgħid min huma dawk l-uffiċjali ta' Transport Malta li huma intitolati għal fuel b'xejn? Jista' jindika liema sezzjoni fi ħdan Transport Malta dawn jaqgħu? Jista' jgħid kemm kienet in-nefqa fi fuel fis-sena 2011 u kemm minn din in-nefqa marret sabiex tagħmel tajjeb għal dawk intitolati jieħdu fuel b'xejn?
Response (GATT, AUSTIN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Ninsab infurmat ukoll li n-nefqa fuq fuel minn Transport Malta matul is-sena 2011 kienet ta’ €212,913.80 li minnhom €104,505.64 kienet nefqa għal dawk l-impjegati li huma ntitolati għal fuel b’xejn skont il-kuntratti jew agreements personali. Numru ta’ mpjegati oħra ngħatalhom fuel għal valur totali ta’ €56,804.06 minħabba l-esiġenzi tax-xogħol tagħhom.
Billi qed jirriżulta li dawk li joqogħdu bejn ix-Xemxija u Erba' Mwieġeb qed isib diffikultà kbira biex jużaw it-trasport pubbliku u dan għaliex għal ċertu destinazzjonijiet jistgħu jinqdew biss bir-rotta 41, jista' l-Ministru jitlob lil Transport Malta biex tinvestiga din il-problema u tieħu l-passi rimedjali neċessarji?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li se jittieħed kont tal-osservazzjonijiet tiegħu fit-tibdil li jmiss isir.
San Pawl il-Baħar — ftehim dwar rotot li jgħaddu minn Triq Toni Bajjada
Question
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 31366 u 31787, billi l-ebda waħda mir-risposti mhi qed issolvi l-problema tal-persuni li joqogħdu fl-inħawi, u li tilfu s-servizz tat-trasport pubbliku li kellhom, jista' l-Ministru jara li jiġi assigurat li t-trasport pubbliku jerġa' jibda jaqdi lil dawn l-inħawi?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li se jittieħed kont tal-osservazzjonijiet tiegħu fit-tibdil li jmiss isir.
Jista' l-Ministru jikkonferma li se joħroġ permessi għall-ġarr ta' turisti f'Wied iż-Żurrieq u dan in linea mad-direttiva tal-Unjoni Ewropea? Jekk f'affermattiv, jista' l-Ministru jgħid jekk dawk il-persuni li ġie deċiż li saret inġustizzja magħhom meta ma ngħatawx il-permess wara l-1987 hux se jingħataw il-permess?
Response (GATT, AUSTIN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jgħid għal liema direttiva qed jirreferi.
San Pawl il-Baħar — toroq li għandhom bżonn it-tarmac
Question
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar fiex wasal ix-xogħol preparatorju biex Triq il-Konventwali u Triq Ġdida fi Triq Konventwali, San Pawl il-Baħar ikunu jistgħu jingħataw it-tarmac?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li Triq il-Konventwali tagħmel parti mill-pjan ta’ xogħlijiet ta’ Transport Malta għal wara Ġunju 2012. Bħalissa qed isiru l-istejjem u l-konsultazzjonijiet mal-entitajiet biex ikun jista’ jinħareġ it-tender.
Triq Ġdida fi Triq Konventwali ma taqbiżx is-70% bini u għalhekk għalissa ma tagħmilx parti mill-programm ta’ din is-sena.
Jista' l-Ministru jagħti l-lista kollha ta' toroq u xogħlijiet oħra li ngħataw minn Transport Malta lill-kumpaniji li isimhom qed jintbagħtu separatament mill-2003 sal-lum? Jista' jagħti l-valur li kien stmat li se jkun ix-xogħol u kemm fil-fatt tħallas finalment? F' kull każ, jista' jispeċifika jekk kenitx tender jew direct order?
Response (GATT, AUSTIN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġibiet li tajt għall-Mistoqsijiet Parlamentari Nru. 32364 u Nru. 32388.
Jista' l-Ministru jagħti l-lista kollha ta' toroq u xogħlijiet oħra li ngħataw lill-kumpaniji li isimhom qed jintbagħtu separatament mill-2003 sal-lum?
Jista' jagħti l-valur li kien stmat li se jkun ix-xogħol u kemm fil-fatt tħallas finalment? F' kull każ, jista' jispeċifika jekk kenitx
tender
jew
direct order
?
Response (GATT, AUSTIN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Jista' l-Ministru jgħid jekk etikament huwiex korrett li xi ħadd jitpoġġa fuq waiting list għal intervent jew operazzjoni u wara li konsulent partikolari jordnalu ċertu trattament, wara snin sħaħ ta' stennija jċemplulu biex jistaqsuh jekk għadux interessat li jagħmel dak l-intervent?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Kif kelli l-okkażżjoni li ngħid drabi oħra, anke fir-risposta tiegħi għall-Mistoqsija Parlamentari 32694, illum ġewwa l-Isptar Mater Dei qiegħda titħaddem sistema ċentralizzata ta’ listi ta’ stennija. Din is-sistema kompjuteriżżata tissejjaħ Central Patient Waiting List Management System u qiegħda titħaddem f’numru ta’ dipartimenti fosthom id-dipartiment tal-ortopedija; id-dipartiment tal-oftalmoloġija; u d-dipartiment tal-kardjoloġija. Infakkar li din is-sistema diġa wasslet għall-immanniġjar aħjar tal-listi ta’ stennija.
Kif ukoll kelli l-okkażżjoni li ngħid drabi oħra, sa ftit żmien ilu il-listi ta’ stennija kienu jinżammu mill-konsulenti rispettivi. Ghalhekk ma kienx hemm lista ċentralizzata. Sabiex ikun aċċertat li l-listi ta’ stennija jkunu jirriflettu s-sitwazzjoni attwali sar eżerċizzju sabiex dawn il-listi jiġu ċċekjati persuna persuna sabiex jitneħħew ismijiet doppji ta’ pazjenti, ismijiet ta’ dawk il-persuni li mietu, ta’ dawk li saritilhom l-operazzjoni, jew ta’ tawk li ma riedux jagħmlu l-operazzjoni għal-raġunijiet differenti. Nerġa ntenni li l-Onor. Interpellant żgur li jifhem u japprezza li huwa essenzjali li l-listi ta’ stennija dejjem ikunu jirriflettu n-numru eżatt ta’ pazjenti li verament ikunu qegħdin jistennew sabiex issirilhom operazzjoni jew intervent ieħor. Dan ix-xogħol ta’ verifika u ppjanar sar, u qed ikompli jsir fl-interess tal-pazjenti kollha.
Persuni fuq il-Waiting Lists — Dewmien għall-intervent
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien ilhom jistennew fuq il-lista ta' stennija biex isirilhom xi intervent jew operazzjoni dawk li ċemplulhom u qalulhom li m'għandhomx interessant li jagħmlu l-intervent?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba għall-Mistoqsija tiegħu ma tistax tingħata għaliex il-proċess ta’ verifika sar matul medda ta xhur u ġew ikkuntatjati eluf ta’ pazjenti jiġifieri kull pazjent li kien jinsab fuq il-lista ta’ stennija ta’ l-Ortopedija, l-Oftalmoloġija u l-Kardjoloġija.
Jista' l-Ministru jgħid kif inbidlet il-produzzjoni tat-tiġieġ għal-laħam għas-suq lokali fis-snin 2004, 2005, 2006, 2007, 2008, 2009, 2010 u 2011 sena b'sena?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Filwaqt li nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 26630 sa sena 2010, ninforma lill-Onorevoli Interpellant li għas-sena 2011 it-tjur maqtula kienu 2,304,963 bil-piż tat-tjur ħajjin ta’ 5,734,557kgs
Jista' l-Ministru jgħid kif inbidlet il-produzzjoni tal-bajd lokali fis-snin 2004, 2005, 2006, 2007, 2008, 2009, 2010 u 2011 sena b'sena?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Filwaqt li nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 21344, ninfurmah li l-informazzjoni għas-sena 2011 għadha qed tkun kompilata.
Jista' l-Ministru jgħid jekk it-tnaqqis tar-rata ta' kontribuzzjoni tas-sigurtà soċjali (bolla) mħallsa mill-bdiewa u raħħala reġistrati full-time hijiex se terġa' titnaqqas matul is-sena 2012? Kemm tnaqqset matul is-sena 2011 u jekk hijiex fil-ħsieb li titnaqqas matul xi perjodu ieħor?
Response (SAID, CHRISTOPHER)
Jien infurmat li r-rata ta’ kontribuzzjoni tas-Sigurtà Soċjali imħallsa minn bdiewa u raħħala self-employed full-time se terġa' titnaqqas għas-sena 2012. Fis-sena 2011 tnaqset bi 3%.