Jista' l-Ministru jinforma l-Kamra kemm daħlu ħaddiema ġodda jaħdmu ma’ kull direttorat tal-Awtorità dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (Corporate Services Directorate, Planning Directorate, Environment Directorate, Enforcement Directorate) u l-uffiċċju taċ-chairman wara l-21 ta’ Ġunju 2010.
Response (DEMARCO, MARIO)
L-informazzjoni għadha qed tinġabar u tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid jekk jinħtieġx permess sabiex sid ta' caravan ikun jista' iqatta' sajf fl-area riservata fl-Armier ? Jekk fl-affermattiv, jista' jgħid kif jista' jinkiseb dan il-permess?
Response (DEMARCO, MARIO)
Ninforma lill-Onor Interpellant li tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jara li tkun mogħtija wiċċ diċenti Triq Patri M.Sultana il-Kalkara, fejn minkejja li l-appartamenti ġodda huma kollha okkupati, t-triq tinstab fi stat disastruż fejn lanqas dawl tat-triq m'hemm?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi peress li dik il-parti ta' Triq Patri Mattew Sultana għadha qatt ma saret, din għandha taqa' fir-responsabbiltà ta' Trasport Malta. Minkejja dan, il-Kunsill Lokali kellu diversi laqgħat mal-perit inkarigat mix-xogħol ta' din it-triq u ninsab infurmat li x-xogħol għandu jibda dalwaqt.
Jista' l-Ministru jgħid min hu intitolat għall-għajnuna tal-mard? X'inhu d-dħul massimu li wieħed jista' ikollu biex jibbenefika?
Response (SAID, CHRISTOPHER)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li persuna tkun intitolata għall-Għajnuna tal-Mard jekk tikkwalifika minn test tal-Kapital u test tal-Mezzi u trid tikkwalifika ukoll minn eżami mediku.
Il-Kapital ma jridx jeċċedi €14,000 f’każ ta’ persuna waħedha u €23,300 f’każ ta’ persuna miżżewwġa.
Id-Dħul fil-ġimgħa (inkluż minn pensjoni/pensjonijiet) irid ikun ta’ anqas min €134.91 għal persuna waħedha u ta’ €161.33 fil-ġimgħa għal persuna miżżewġa.
Meta wieħed ikun issodisfa t-testijiet tal-kapital u tal-mezzi jkun irid jidher quddiem bord mediku sabiex jiġi kkonfermat mit-tobba tal-bord li il-pazjent ikun qed isofri minn marda li taqa’ taħt Taqsima 1, tal-Ħames Skeda tal-Att dwar is-Sigurta Soċjali (Kap 318).
Jista' l-Ministru jgħid meta se jkun hemm bidla biex il-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separataemnt, tibda tirċievi pensjoni minflok għajnuna soċjali?
Response (SAID, CHRISTOPHER)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-persuna ndikata minnu ġiet infurmata bil-miktub dwar il-każ tagħha.
Jista' l-Ministru jara li l-parti tal-bejt ta' blokk li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, li ma ġietx midjura, tiġi midjura sabiex il-bejt ikun komplut?
Response (SAID, CHRISTOPHER)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant, illi x-xogħlijiet fuq dik il-parti tal-bejt ma jistgħux isiru ghalissa minħabba li wieħed mill-inkwilini qiegħed jokkupa illegalment l-istess bejt u qiegħed jostakola lill-Awtorità milli tagħmel dawk l-interventi li hemm bżonn.
Jista' l-Ministru jgħid jekk hux minnu li l-individwu li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, qed jieħu l-pensjoni kif suppost għax hu qed iħoss li hija baxxa ħafna u qed ikun diskriminat?
Response (SAID, CHRISTOPHER)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-persuna ndikata minnu ġiet infurmata bil-miktub dwar il-każ tagħha.
Jista' l-Ministru jgħid għaliex l-Awtorità tad-Djar injorat din l-ittra li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament?
Response (SAID, CHRISTOPHER)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-applikanta in kwestjoni applikat għall-akkommodazzjoni soċjali nhar it-30 t’April, 2010. Hija ġenitur wieħed ta’ tifel ta’ sitt snin. L-applikanta toqgħod mal-genituri, oħtha, ħuwa u binha ġo post tal-Gvern bi tlett ikmamar tas-sodda. Hija tibbenefika mill-assistenza soċjali u l-ammont t-totali għas-sena 2011 kien jammonta għall-€5770.35. Il-lokalitajiet preferuti tagħha huma Żabbar, Sta. Luċija, Xgħajra u Fgura u għandha 98 punt.
Peress li l-postijiet vakanti huma limitati nħeġġeġ lill-applikanta tikri mill-privat u tingħata sussidju fuq il-kera.
Jista' l-Ministru jgħid x'possibilità hekk li l-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, tingħata post tal-gvern?
Response (SAID, CHRISTOPHER)
Ninforma lill-Onor. Interpellant, sabiex jagħti l-informazzjoni tal-individwu b'mod korrett għax qed jirriżulta li hemm informazzjoni li mhux korretta.
Jista' l-Ministru jara li Triq San Franġisk Bormla jsirilha dak ix-xogħol li hemm bżonn isir u dan għax it-triq niżlet u mtliet b'ħofor kbar? Jista' jgħid meta jista' isir dan ix-xogħol?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jinvestiga l-problema tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jitbagħtu separatament li għandha bżonn mediċina li tuża ta' kuljum iżda dejjem qed tkun out of stock u minflok qed tingħata xi ħaġa oħra simili li ma taqbilx magħha?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li l-pazjent ikkonċernat mhux irreġistrat mal-Iskema tal-Ispiżerija tal-Għażla Tiegħek.
Hemm 7 tipi differenti ta’ Betadine. 6 huma
in stock
filwaqt li l-Betadine 10%
alcoholic solution
huwa mistenni li jkun
in stock
fl-aħħar ta’ April 2012.
Wied il-Għajn — Triq il-Buttuniera - xogħol fuq it-triq
Question
Jista' l-Ministru jgħid meta se jitkompla x-xogħol fi Triq il-Buttuniera Wied il-Għajn wara li waqaf ix-xogħol minħabba problemi mal-kuntrattur li kien qed jaħdem fuq din it-triq?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Għawdex — Fontana - bozoz maħruqa fi Sqaq il-Lunzjata
Question
Peress li hemm diversi bozoz fi Sqaq il-Lunzjata, Fontana Għawdex li huma maħruqa u allura r-residenti qed ibatu minn inkonvenjent, jista' l-Ministru jara li dawn il-bozoz jiġu mibdula?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab illi l-isqaq in kwestjoni huwa proprjeta' privata u għaldaqstant ma jaqax taħt ir-responsabbilita' tal-Kunsill Lokali tal-Fontana.
Peress li l-ħajt li hemm matul Triq id-Dwejra f'San Lawrenz, Għawdex jinsab fi stat ħażin ħafna u huwa ta' perikolu speċjalment għat-tfal, tista' l-Ministru tara li dan il-perikolu jitneħħa billi jiġi rranġajt minħabba l-fatt li l-ħajt ma jaqax taħt ir-responsabiltà tal-kunsill lokali imma taħt il-Gvern Ċentrali?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li qiegħda tittieħed l-azzjoni neċessarja.
Tista' l-Ministru tippreżenta organigramma tal-awtoritajiet/entitajiet kollha li huma taħt ir-responsabilità tagħha fis-settur tal-edukazzjoni? Mingħajr ma tindika ismijiet tal-persuni li jokkupaw il-karigi rispettivi, tista' tindika ħdejn kull kariga l-iskala pubblika jew l-ekwivalenza tal-iskala pubblika għal kull kariga?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jippreżenta organigramma tal-awtoritajiet/entitajiet kollha li jaqgħu taħt ir-responsabilità tiegħu fis-setturi:
a) tar-riċerka u l-iżvilupp;
b) standards; u
ċ) copyright?
Mingħajr ma jindika l-ismijiet tal-persuni li jokkupaw il-karigi rispettivi, jista' jindika ħdejn kull kariga l-iskala pubblika jew l-ekwivalenza tal-iskala pubblika għal kull kariga?
Response (FENECH, TONIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi is-setturi indikati minnu ma jaqgħux taħt il-portefoll tal-Ministeru tiegħi.
Kultura, Patrimonju Nazzjonali u Valletta 2018 — orgranigramma tal-awtoritajiet
Question
Jista' l-Ministru jippreżenta organigramma tal-awtoritajiet/entitajiet kollha li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu fis-setturi tal-:
a) kultura;
b) patrimonju nazzjonali; u
ċ) Valletta 2018?
Mingħajr ma jindika l-ismijiet tal-persuni li jokkupaw il-karigi rispettivi, jista' jindika ħdejn kull kargia l-iskala pubblika jew l-ekwivalenza tal-iskala pubblika għal kull kariga?
Response (DEMARCO, MARIO)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabelli bl-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant.
Jista' l-Minsitru jgħid kemm kien il-prezz medju internazzjonali ta' kull barmil żejt kull xahar minn Jannar 2005 sal-aħħar ta' Marzu 2012? Kemm kien il-prezz kull xahar tal-petrol (mingħajr ċomb), tad-diesel u tal-pitrolju, kif stabbilit mill-gvern minn Jannar 2005 sal-aħħar ta' Marzu 2012?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf illi l-prezzijiet medji internazzjonali ta' kull barmil żejt kull xahar minn Jannar 2005 sal-aħħar ta' Marzu 2012, qedjitpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra. Il-prezzijiet kwotati ta’ l-ICE Brent jirrapreżentaw il-medja tal-prezz li jgħalaq kuljum fil-futures market.
Il-prezz kull xahar tal-petrol (mingħajr ċomb), tad-diesel u tal-pitrolju, kif stabbilit mill-gvern minn Jannar 2005 sal-aħħar ta' Marzu 2012, ukoll qed jitpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra.
Peress li l-pilloli Phenindione tal-50mg m'għadhomx jiġu Malta u allura m'għadhomx jiġu fornuti mill-POYC, u peress li issa t-tobba qed jippreskrivu alternattiv li huwa Xarelto-Rivaroxaban 20mg u kaxxa ta' 28 tablet tiswa €96.85 u dawn mhux disponbbli mill-POYC, peress li din hija spiża enormi għal kull min għandu bżonn dawn il-pilloli, jista' l-Ministru jara kif se tinstab soluzzjoni kemm jista' jkun malajr?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li d-‘Directorate for Pharmaceutical Affairs’ approva doża ġdida ta’ 10 mg tal-mediċina ‘phenindione’ sabiex tissostitwixxi ‘l-phenindione 50mg’ li kien hemm problemi biex jinxtraw.
Il-pilloli ‘rivaroxaban’ tad-doża 10mg biss jinstabu fil-Formularju tal-Gvern u skont il-protokoll tal-Gvern huma riservati sa massimu ta’ erbatax-il ġurnata għall-prevenzjoni ta’ tromboemboliżmu venuż (VTE) f’pazjenti li jkun sarilhom intervent kirurġiku għas-sostituzzjoni ta’ ġenb jew ta’ rkoppa.
Ministeru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni — vetturi
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm vetturi mad-dipartiment u entitajiet oħra li jaqgħu taħtu? Jista' jgħid għal kull vettura skont in-numru, x'inhu l-użu tagħha u min jużaha?
Response (GATT, AUSTIN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.