Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 11 PQ #37926 Sitting 526 2012-11-23 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tal-Intern

Bord għat-Tnaqqis mis-Sentenzi tal-Ħabs

Question

Jista l-Prim Ministru jgħid il-Bord għat-Tnaqqis mis-Sentenzi, kemm irċieva talbiet mil-bidu ta din il-leġislatura sal-lum (sena, sena) u kemm minnhom ġew milqugħa? It-talbiet li ġew milqugħa kif huma maqsumin? Huma maqsuma skont it-tip ta' reat? F'kull każ is-sentenza kemm ġiet imnaqqsha?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Bord għat-Tnaqqis mis-Sentenzi ġie imwaqqaf fit-22 ta’ Awwissu 2012 bis-saħħa tal-Att dwar il-Ġustizzja Riparatriċi. Il-Bord għat-tnaqqis mis-Sentenzi huwa responsabbli sabiex jiddeċiedi dwar l-għoti, it-telf jew l-għoti lura ta’ ġranet ta’ tnaqqis mis-sentenza mitlufa, hekk kif stipulat fl-Artikolu 20(2) tal-imsemmi Att. Dan ma jsirx a bażi ta’ talba iżda skont il-proċeduri msemmija fl-Att. Fil-preżent il-Bord stabbilixxa l-proċeduri li bihom ghandu jopera u qiegħed jikkonsidra l-ewwel każijiet tiegħu.

Mediċina Cozaar out of stock

Question

Jista' l-Ministru jinvestiga rapporti li persuni li jieħdu l-pilloli Cozaar regolarment, la qed isibuhom fl-ispiżerija tal-Isptar, la fiċ-ċentru tas-saħħa tal-Furjana u lanqas fl-Ispiżerija tal-Għażla Tiegħek billi f'kull okkażżjoni qed jiġu mgħarrfin li huma out of stock?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Infurmat li kienet ġiet ippreparata ordni, imma matul dak il-perjodu l-kuntratt skada. Meta intalbet estensjoni tal-kuntratt, l-aġent ġie lura b’mediċina alternattiva għall-mediċina rikjesta fil-kuntratt. Bħal issa għaddejjin komunikazzjonijiet biex jiġi stabbilit jekk il-mediċina alternattiva offruta hijiex aċċettabbli. Sadanittant inħarġet sejħa oħra għall-offerti u qegħda fi stadju ta’ aġġudikazzjoni.

Investigazzjoni dwar skema tat-tkissir ta' bastimenti

Question

Jista' l-Ministru jinforma l-Kamra x'passi ħa, jew se jieħu, biex issir l-investigazzjoni serja dwar l-iskema tat-tkissir ta' bastimenti mħabbra riċentement mill-Ministeru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali, kif appellaw l-Għaqda Koperattiva tas-Sajd u l-Koperattiva Nazzjonali tas-Sajd li bejniethom jirrappreżentaw 'l fuq minn 1000 sajjied?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Tweġiba tingħata f' seduta oħra.

Investigazzjoni fuq skema rigward sajjieda

Question

Jista' l-Ministru jserraħ moħħ is-sajjieda u l-għaqdiet tagħhom li l-investigazzjoni li se jagħmel tkun waħda serja indipendenti u trasparenti speċjalment meta wieħed jikkunsidra li fl-iskema mħabbra u li s-sajjieda sejħula skema diskriminatorja, hemm involuti fondi tal-Unjoni Ewropeja kif ukoll fondi Nazzjonali?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Tweġiba tingħata f' seduta oħra.

Msida — Swatar - Tower Road - triq magħluqa

Question

Jista' l-Ministru, permezz ta' Transport Malta, jinvestiga l-ilment ta' bosta residenti tas-Swatar, Msida, dwar il-fatt li f'Tower Road, Swatar, tgħalaq minħabba li ngħqalet bankina b'mod li ġie ristrett l-aċċess għall-bypass u b'konsegwenza ta' dan ir-residenti qed ikollhom jinżlu Ta' Paris biex joħorġu għal main road? Tista' tinstab soluzzjoni anqas inkonvenjenti mill-arranġament preżenti?

Response (GATT, AUSTIN)

Peress li t-triq imsemmija ma taqax taħt ir-responsabbiltà ta' Transport Malta, nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.

Kont tad-dawl u ilma

Question

Jista' l-Ministru jara l-każ ta' kopja anzjana li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament li damet biex irċeviet il-kont tad-dawl?

Response (FENECH, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-informazzjoni ngħatat lill-ARMS Ltd li min-naħa tagħha se tikkomunika direttament mal-klijent.

Operazzjoni privat tal-irkopa — physioterapy

Question

Jista' l-Ministru jara li l-anzjan li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament li kellu jagħmel l-operazzjoni privat tal-irkopa u li issa qed jistenna li jagħmlu il-physioterapy u minkejja li ilu jistenna xorta għadhom ma bagħtux għalih?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Infurmat li l-persuna hawn fuq imsemmija giet riferuta għat-terapija mit-tabib ikkonċernat fis-17 ta’ Lulju 2012. Mit-ticket of referral hemm indikazzjoni ċara li l-operazzjoni saret f’Ottubru 2011. Mir-records li għandu dan id–dipartiment, intbgħat appuntament għall-ġurnata tal-25 t’Ottubru 2012, liema appuntament qatt ma nżamm mill-persuna hawn fuq imsemmija.

talba għall-kont tad-dawl u l-ilma

Question

Jista' l-Ministru jara li jinħareġ il-kont tad-dawl u l-ilma tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jitnbagħtu separatament?

Response (FENECH, TONIO)

Ninsab infurmat li l-informazzjoni ngħatat lill-ARMS Ltd. li min-naħa tagħha se tikkomunika direttament mal-klijent.

Applikazzjoni għal Schedule V

Question

Jista' l-Ministru jara li din il-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament peress li ilha li applikat għall-Schedule V u għadha mingħajr risposta?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Infurmat li l-applikazzjoni għall-intitolament tal-Ħames Skeda tal-pazjent li qiegħed jirreferi għalih l-Onor. Interpellant ġiet ipproċessata fid-9 ta’ Novembru 2012, peress li l-pazjent ġie bl-applikazzjoni fl-Uffiċju tal-Medicines Entitlement Unit waqt il-ħin tal-customer care. Il-pazjent ġie mogħti l-kartuna s-safra dak in-nhar stess.

Rabat — persuni li għandhom karta r-roża u s-safra

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' persuni li għandhom il-karta roża fir-Rabat Malta u kemm minn dawn għandhom il-karta s-safra?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Infurmat li n-numru ta' kartun isfar fil-lokalita’ tar-Rabat Malta, huwa ta 8,773. Ninforma lill-Onorevoli Interpellant biex rigward il-karta r-roża jistaqsi lill-Ministru kkonċernat.

Ħaż-Żebbuġ — persuni li għandhom karta roża u s-safra

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' persuni li għandhom il-karta roża f'Ħaż-Żebbuġ u kemm minn dawn għandhom il-karta s-safra?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Infurmat li n-numru ta' kartun isfar fil-lokalita’ ta' Ħaż-Żebbuġ huwa ta’ 5,578. Ninforma lill-Onorevoli Interpellant biex rigward il-karta r-roża jistaqsi lill-Ministru kkonċernat.

Ħad-Dingli — persuni li għandhom karta roża u s-safra

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' persuni li għandhom il-karta roża f'Ħad-Dingli u kemm minn dawn għandhom il-karta s-safra?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Infurmat li n-numru ta' kartun isfar fil-lokalita’ ta’ Ħad-Dingli huwa ta’ 1,681. Ninforma lill-Onorevoli Interpellant biex rigward il-karta r-roża jistaqsi lill-Ministru kkonċernat.

Imtarfa — persuni li għandhom karta roża u s-safra

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' persuni li għandhom il-karta roża f'Imtarfa u kemm minn dawn għandhom il-karta s-safra?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Infurmat li n-numru ta' kartun isfar fil-lokalita’ tal-Imtarfa huwa ta’ 603. Ninforma lill-Onorevoli Interpellant biex rigward il-karta r-roża jistaqsi lill-Ministru kkonċernat.

Imġarr — persuni li għandhom karta r-roża u s-safra

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' persuni li għandhom il-karta roża f'Imġarr u kemm minn dawn għandhom il-karta s-safra?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Infurmat li n-numru ta' kartun isfar fil-lokalita’ tal-Imġarr huwa ta’ 1,411. Ninforma lill-Onorevoli Interpellant biex rigward il-karta r-roża jistaqsi lill-Ministru kkonċernat.

Imdina — persuni li għandhom il-karta roża u s-safra

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' persuni li għandhom il-karta roża fl-Imdina u kemm minn dawn għandhom il-karta s-safra?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Infurmat li n-numru ta' kartun isfar fil-lokalita’ tal-Imdina huwa ta’ 189. Ninforma lill-Onorevoli Interpellant biex rigward il-karta r-roża jistaqsi lill-Ministru kkonċernat.

MEPA — każ ta' persuna

Question

Jista' l-Ministru jara l-każ tal-familja li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament peress li l-qorti qatet kawża favur din il-familja u qed jistennew mill-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar?

Response (MARCO, MARIO DE)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar u tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Ħruġ ta' ċittadinanza ta' familja

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Affarijiet Barranin jara meta se toħroġ iċ-ċittadinanza tal-familja li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament li dawn ilhom jgħixu hawn Malta għal 22 sena u għamlu dak li talbuhom l-awtorità u issa qed jistennew mid-depot li tinħarġilhom iċ-ċittadinanza?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li l-ipproċessar ta' dawn l-applikazzjonijiet jinsab fl-aħħar stadju u għandhom jiġu finalizzati fi żmien qasir

dejn nazzjonali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien id-dejn nazzjonali gross fl-aħħar ta' kull sena mill-1986 sal-2011 u fl-aħħar ta' Settembru ta' din is-sena? Jista' jgħid jekk il-gvern għandux pjan/programm biex jibda jitnaqqas id-dejn nazzjonali? Jekk fl-affermattiv, x'inhuwa l-pjan/programm? Jista' jpoġġi kopja tiegħu fuq il-Mejda tal-Kamra? X'miżuri huma maħsuba li jittieħdu biex jonqos id-dejn nazzjonali?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta se tingħata f'seduta oħra.

operaturi tal-lotterija — drittijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x'inhuma l-miżuri baġitarji ewlenin li ttieħdu matul din is-sena biex jibdew jitħallsu drittijiet ogħla ta' konċessjoni mill-operatur lokali tal-lotteriji? Kemm ġabar flus din is-sena s'issa u kemm hu mistenni li jkun ġabar b'kollox permezz ta' din il-miżura sal-aħħar tas-sena?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta se tingħata f'seduta oħra.

riforma tal-pensjoni

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x'inhuma l-mizuri/inizjattivi baġitarji ewlenin li ttieħdu matul din is-sena għar-riforma tal-pensjoni u għar-rinforzar tagħha? Kemm ġabar flus din is-sena s'issa u kemm hu mistenni li jkun ġabar b'kollox permezz ta' din il-miżura sal-aħħar tas-sena?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill- Onor. Interpellant li r-risposta ser tingħata f’seduta oħra.