Legislature:
Category:
Reset
Active:

informazzjoni dwar xogħol part-time

Question

Tista' l-Ministru tagħti rendikont sena b’sena tul din il-leġislatura, kemm kien l-ammont ta’ impjiegi li nħolqu part-time bħala l-unika xogħol, kemm kienu l-impjiegi ġodda li nħolqu esklużi dawk part-time u part-time bħala l-unika xogħol? Tista' tgħid kemm minn dawn kienu barranin residenti f'Malta li ngħataw impjieg tul din il-leġislatura?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Sptar Mater Dei — policy dwar ħlas

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx xi policy ġdida li min iqatta' jiem fl-Isptar Mater Dei irid iħallas jew jitnaqqaslu mill-pensjoni?

Response (SAID, CHRISTOPHER)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li din il-mistoqsija ma tikkonċernax lil dan id-dipartiment. Din għanda tiġi mgħoddija lil Ministeru tas-Saħħa, l-Anżjani u l-Kura fil-Komunità.

Birgu — Triq San Lawrence - xogħol fuq it-triq

Question

Peress li x-xogħol fuq Triq San Lawrenz Birgu inqalgħet ħafna snin ilu, jista' l-Ministru jgħid meta fl-aħħar tista' issir din it-triq u dan sabiex jispiċċa l-inkonvenjent tar-residenti?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Bormla — Sur ta' San Pawl - riabilitazzjoni ta' appartamenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx xi pjanijiet sabiex l-area ta' quddiem l-appartamenti tas-Sur San Pawl, Bormla tiġi rijabilitata u jitneħħa kull inkonvenjent li hemm?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li bħalissa m’hemm ebda pjan iżda s-suġġeriment tiegħu ġie nnutat.

Ġnien Kottonera — public convenience magħluqa

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni għaliex il-public convenience li hemm fi Ġnien Kottonera tingħalaq?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li din il-latrina kienet il-mira ta’ sensiela ta’ żgassar u vandaliżmu. Ninsab infurmat ukoll li regolarment kienu wkoll jinstabu oġġetti relatati mal-abbuż ta’ droga. Saru numru ta’ rapporti lill-pulizija u finalment b’ dispjaċir kellha ittieħded deċizzjoni li tingħalaq.

Arms Ltd — Kontijiet tad-dawl u l-ilma

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex il-kumpanija ARMS Ltd qed tagħmilha impossibli għall-konsumaturi li jkunu wirtu djar mingħand il-ġenituri tagħhom biex idawru l-kontijiet tad-dawl fuqhom meta jkollhom dritt testamentat għal użufrutt tad-dar? Jista' jgħid għaliex titlob il-kunsens tal-werrieta l-oħra saħansitra dawk li jkunu jgħixu barra mill-pajjiż u b'konsegwenza t'hekk ma jkunux jistgħu idawru l-meter mill-ewwel? Ma jaħsibx li dan hu red tape bla bżonn u qed jikkawża ħafna problemi għall-konsumaturi?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi r-risposta ser tingħata f’sedta oħra.

Servizz Pubbliku — Accrual Accounting - Project Board

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’sar mill-Project Board dwar id-dħul tas-sistema tal-accrual accounting fis-Servizz Pubbliku, ix-xogħol ta’ liema bord kemm-il darba rrefera għalih meta wieġeb mistoqsijiet dwar meta se tidħol din is-sistema? Jista’ jagħti d-dati tal-laqgħat tal-bord minn meta ġie ffurmat s’issa?

Response (FENECH, TONIO)

Ninsab infurmat illi dan il-kumitat ġie mwaqqaf bl-iskop li jipprepara abbozz ta’ dokument ta’ tender. Dan tlesta u għadda għand il-MITA. Għaldaqstant ma kienx hemm raġuni għalfejn ikompli jiltaqa’. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista tal-laqgħat kollha li saru.

Online gaming — taxxi mħallsa

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien l-ammont sħiħ ta’ taxxi mħallsa mill-kumpaniji tal-online gaming matul l-2008, l-2009 u l-2010? Jista' jgħid kemm minn dan l-ammont, sena b’sena b’mod rispettiv, matul l-2008, l-2009 u l-2010, mar għall-oqsma tal-isport, l-arti u l-kultura?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Bir-referenza għat-tieni parti tal-mistoqsija, il-fond tal-Kawżi Ġusti jirċievi perċentaġġ mit-taxxa ġenerali mill-gaming kull xahar. L-Onoverovoli Interpellant jista’ wkoll jirreferi għar-rapporti li ġew mpoġġija fuq il-Mejda tal-Kamra għall-kontribuzzjonijiet li ngħataw fuq l-oqsma tal-isport, l-arti u l-kultura.

Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — informazzjoni dwar impjegati

Question

Jista' l-Ministru jagħti rendikont ta' kemm daħlu impjegati fid-dipartimenti u l-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu, f'liema rwoli u b'liema salarji mill-2004 sal-lum? Jista' jgħid jekk humiex Maltin jew barranin? Jista' jgħid minn liema lokalitajiet ġejjin? Għall-istess perjodu, jista' jgħid kemm irtiraw, irriżenjaw u tkeċċew nies mill-istess dipartimenti u entitajiet?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Entitajiet pubbliċi — dejn

Question

Fir-rigward tad-dejn li għandhom l-entitajiet pubbliċi u li għalihom jagħmel tajjeb il-gvern, jista' l-Ministru jagħti sena b'sena kif dan id-dejn akkumula mis-sena 2000 'l hawn?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba fuq id-dejn garantit tal-Korporazzjonijiet Pubbliċi mis-sena 2000 ’il hawn qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — nefqa globali fuq hospitality

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa globali tal-Ministeru u dekasteri, entitajiet eċċ. li jaqgħu taħtu għall-hospitality għall-perjodu ta' 12-il xahar mill-aħħar ta' Settemrbu 2010 sal-aħħar ta' Settembru 2011?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 32168.

Taxxi għall-Unjoni Ewropea

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk huwiex veru jew le li qed isiru pjanijiet mill-Unjoni Ewropea biex jibdew jinġabru taxxi biex imorru direttament għall-Unjoni Ewropea? Jista' jgħid jekk dawn it-taxxi humiex se jkunu addizzjonali ma' dawk diġà eżistenti jew jekk humiex taxxi li diġà jeżistu u li se jingħataw forma oħra?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 31536.

Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — lista ta' tenders

Question

Jista' l-Ministru jagħti lista ta' tenders mogħtija fl-2008, 2009, 2010 u bejn Jannar u Novembru 2011 mill-Ministeru, l-aġenziji, awtoritajiet, korporazzjonijiet, eċċ. li jaqgħu taħtu u li l-valur tagħhom kien ta' iktar minn miljun ewro? Jista' jagħti dettalji ta' x'tenders kienu u lil min ingħataw? Jista' jgħid fuq kemm minnhom tħallas iktar minn kemm kienet l-ispiża oriġinali u kemm kienet id-differenza f'kull każ u jagħti r-raġuni għaliex ġara hekk f'kull każ?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi lista ta’ tenders maћruġa mid-Dipartiment tal-Kuntratti, bid-dettalji kif mitluba, qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — nefqa globali fuq hospitality

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 30624 u jgħid kemm kienet in-nefqa globali tal-Ministeru u dekasteri, entitajiet eċċ. li jaqgħu taħtu għall-hospitality għall-perjodu ta' 12-il xahar mill-aħħar ta' Settemrbu 2010 sal-aħħar ta' Settembru 2011?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 32168.

Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — lista ta' tenders

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 30887 u jagħti lista ta' tenders mogħtija fl-2008, 2009, 2010 u bejn Jannar u Novembru 2011 mill-Ministeru, l-aġenziji, awtoritajiet, korporazzjonijiet, eċċ. li jaqgħu taħtu u li l-valur tagħhom kien ta' iktar minn miljun ewro? Jista' jagħti dettalji ta' x'tenders kienu u lil min ingħataw? Jista' jgħid fuq kemm minnhom tħallas iktar minn kemm kienet l-ispiża oriġinali u kemm kienet id-differenza f'kull każ u jagħti r-raġuni għaliex ġara hekk f'kull każ?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 30887.

Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — nefqa globali fuq hospitality

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 30944 u 30624 u jgħid kemm kienet in-nefqa globali tal-Ministeru u dekasteri, entitajiet eċċ. li jaqgħu taħtu għall-hospitality għall-perjodu ta' 12-il xahar mill-aħħar ta' Settemrbu 2010 sal-aħħar ta' Settembru 2011?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 32168.

informazzjoni dwar konsum tal-ilma fl-oqsma differenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien il-konsum tal-ilma fl-oqsma tal-industrija, tal-kummerċ, tat-turiżmu, tal-agrikoltura u fil-qasam domestiku f’Malta u f’Għawdex separatament kull sena mill-2000 sal-lum?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 31756.

Malta Enterprise — Investiment u impjieg

Question

Jista' l-Ministru jagħti lista tal-kumpaniji li l-Malta Enterprise qalet li nvestew €320 miljuni f'dawn l-aħħar erba' snin? Jista' jagħti breakdown tat-3,200 impjieg li qegħdin jgħidu li ħolqu dawn il-proġetti ġodda?

Response (FENECH, TONIO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-lista ta’ dawn il-kumpaniji ma tistax tingħata minħabba raġunijiet ta’ kunfidenzjalità kif stabbilit fil-Business Promotion Act. Madanakollu qed inpoġġi fuq il-Mejda tl-Kamra lista ta’ setturi li fihom investew dawn il-127 kumpanija. Għat-tieni parti tal-mistoqsija nirefferi lill-Onor. Interpellant għall-Ministru resposabbli mill-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ.

Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — Family Friendly measures

Question

B’referenza għat-tweġiba li kien ta' xi xhur ilu għall-mistoqsija parlamentari 25673, jista' l-Ministru jagħti kif kien mitlub fiha, it-tweġiba għall-mistoqsija (b), jiġifieri l-breakdown ta’ kemm kienu (dakinhar li ta t-tweġiba) l-ħaddiema fid-dipartimenti li kienu jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu li kienu qegħdin jibbenefikaw minn dawk il-miżuri msemmijin f’(a) u dan qed jintalab għax huwa biss mill-Ministri ma kienx ta dan it-tagħrif mitlub?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 32305.

informazzjoni dwar films maħduma f'Malta

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm inħadmu films f'pajjiżna mis-sena 2010? Kemm dam jinħadem kull film f'pajjiżna u kemm tħaddmu Maltin f'kull film inklużi extras? Jekk hemm proġettat aktar filming ta' films f'pajjiżna, kemm hemm films proġettati, meta u kemm se jitħaddmu Maltin f'kull film inklużi l-extras?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għall-ewwel parti tal-mistoqsija qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Ninsab infurmat illi l-Malta Film Commission ma żżommx statistika ta’ persuni Maltin u barranin li ħadmu f’dawn il- films. Għall-aħħar parti tal-mistoqsija, nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari numru 30407.