Jista' l-Ministru jagħti l-lista kollha ta' toroq u xogħlijiet oħra li ngħataw lill-kumpaniji li isimhom qed jintbagħtu separatament mill-2003 sal-lum?
Jista' jagħti l-valur li kien stmat li se jkun ix-xogħol u kemm fil-fatt tħallas finalment? F' kull każ, jista' jispeċifika jekk kenitx
tender
jew
d
irect order
?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 32388.
Uffiċċju tal-Prim Ministru — Ingaġġ ta' persuni b'diżabilità
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm ġew ingaġġati persuni b'diżabilità fil-Ministeru, jew dipartimenti jew entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu fl-aħħar tliet xhur u f'liema grad?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma l-Onorevoli Interpellant li fl-aħħar tliet xhur ma ġewx ingaġġati persuni b’diżabilità fil-Ministeru, Dipartiment jew Entitajiet li jaqgħu taħt dan l-Uffiċċju.
Ministeru tal-Affarijiet Barranin — Ingaġġ ta' persuni b'diżabilità
Question
Jista' l-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Affarijiet Barranin jgħid kemm ġew ingaġġati persuni b'diżabilità fil-Ministeru, jew dipartimenti jew entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu fl-aħħar tliet xhur u f'liema grad?
Response (BORG, TONIO)
Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi fil-Ministeru tal-Affarijiet Barranin,dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħtu, ma ġewx ingaġġati persuni b'diżabilità f'dawn l-aħħar tliet xhur.
Ministeru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni — Ingaġġ ta' persuni b'diżabilità
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew ingaġġati persuni b'diżabilità fil-Ministeru, jew dipartimenti jew entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu fl-aħħar tliet xhur u f'liema grad?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li f'dawn l-aħħar tliet xhur fil-Ministeru tiegħi, dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħti ma ġiet impjegata l-ebda persuna li hija reġistrata b'diżabilità.
Ministeru għall-Kompetizzjoni Ġusta, Negozji Żgħar u Konsumatur — Ingaġġ ta' persuni b'diżabilità
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew ingaġġati persuni b'diżabilità fil-Ministeru, jew dipartimenti jew entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu fl-aħħar tliet xhur u f'liema grad?
Response (AZZOPARDI, JASON)
Ninsab infurmat illi f’dawn l-aħħar tliet xhur ma ġew impjegati ebda persuni b’diżabilità.
Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — Ingaġġ ta' persuni b'diżabilità
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew ingaġġati persuni b'diżabilità fil-Ministeru, jew dipartimenti jew entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu fl-aħħar tliet xhur u f'liema grad?
Response (FENECH, TONIO)
Ninsab infurmat illi f’dawn l-aħħar tliet xhur ma ġewx ingaġġati tali persuni.
Ministeru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali — Ingaġġ ta' persuni b'diżabilità
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew ingaġġati persuni b'diżabilità fil-Ministeru, jew dipartimenti jew entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu fl-aħħar tliet xhur u f'liema grad?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tweġiba tingħata f’seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid meta hu proġettat li jitlesta u jiġi nawgurat il-proġett tal Port taċ-Ċirkewwa? Kemm sewa flus s'issa dan il-proġett? Kemm tħallsu f ċifra globali ta' flus lill-kuntratturi, kumpaniji eċċ. li ħadmu fuq il-proġett u kemm baqa pagamenti x'jitħallsu? Kemm huwa stamt li se jiswa l-proġett meta jitlesta?
Response (GATT, AUSTIN)
Nassumi li l-Onor Interpellant qed jirreferi għat-Terminal taċ-Ċirkewwa u ninsab infurmat li n-nefqa s'issa fuq din l-aħħar fażi tal-proġett tal-Port taċ-Ċirkewwa kienet ta' €3,132,392 (mingħajr VAT) sat-13 ta’ Marzu 2012. Il-proġett mistenni li jitlesta fl-aħħar ta' din is-sena kif ippjanat. Ix-xogħol li jonqos isir huwa stmat li ser ikun ta' madwar €8.9 miljun
Jista' l-Prim Ministru jagħti rendikont lill-Kamra ta' kemm rendiet għall-ġid komuni tal-poplu Dar Malta fi Brussell? Jista' jgħid kemm swiet sena b'sena f'ċifra ta' flus globali Dar Malta fi Brusell? Jista' jagħti break down f'ċifra ta' flus li kull sena renda l-proġett ta' Dar Malta fi Brussell ?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra rendikont tal-ispejjeż sena b’sena kif ukoll id-dħul ta’ flus li daħħal il-gvern matul l-istess perjodu minn Dar Malta. Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Membru illi l-kirjiet f’Dar Malta bdew mis-sena 2009.
Qed inqiegħed ukoll lista sena b’sena ta’ l-ispiża tal-komun kif ukoll tal-parti minn Dar Malta li hija okkupata mir-Rappreżentanza Permanenti ta’ Malta għall-Unjoni Ewropea u mill-Ambaxxata Bilaterali.
B'referenza għat-tnaqqis ta' €40 miljun mill-budget attwali, jista' l-Prim Ministru jinforma lill-Kamra jekk dan it-tnaqqis ġiex ordnat mill-Unjoni Ewropea? Jekk huwa l-każ, jista' jinformani minn fejn l-Unjoni Ewropea pproponiet li jsir dan it-tnaqqis?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi l-Onorevoli Interpellant għar-risposta li tajt f’Mistoqsija Parlamentari 32468.
Skont l-Awtorità ta' Malta dwar ir-Riżorsi, jista' l-Ministru jgħid kemm huwa kkalkulat li ntilef ilma tax-xita għax spiċċa l-baħar eċċ. matul Jannar u Frar ta' din is-sena ?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 32257.
Jista' l-Ministru jinfurmani għaliex minkejja l-iżvilupp tal-bini li l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar approvat fil-Baħrija qatt ma kkunsidrat li għal dan l-iżvilupp kien jeħtieġ li l-aworitajiet konċernati jestendu s-servizz tad-drenaġġ?
Billi s-sitwazjoni llum hija tali li l-fossa tal-Marġa fil-Baħrija qed tissokta tfawwar id-drenaġġ għad-detriment li qed issir ħerba kontinwa tal-Wied tal-Marġa kif ukoll tipperikola saħħet ir-residenti fl-inħawi u partikolarment lill-bdiewa li jfifrekwentaw l-inħawi biex jaħdmu r-raba, jista' l-Ministru jinfurmani min huwa politikament responsabli għal dan in-nuqqas ?
Response (DEMARCO, MARIO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-ewwel mistoqsija għandha tiġi mwieġba mill-MRRA.
Il-MEPA investigat ilmenti relatati ma' żbroff ta' drenaġġ minn ġol-fossa tal-Baħrija għal ġo Wied il-Marga fl-2004 u fl-2008. Fiż-żewġ każijiet il-MEPA għamlet l-investigazzjonijiet u nnotifikat lill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma biex tirrimedja is-sitwazzjoni.
Spezzjonijiet segwenti tal-MEPA f'Ottubru tal-2008 wrew li ma kienx hemm drenaġġ ifawwar. Minn Ottubru tal-2008 l'hawn il-MEPA ma rċevietx akar ilmenti.
Billi l-fossa tal-Marġa fil-Baħrija qed tissokta tfawwar id-drenaġġ għad-detriment li qed tkun perikolata saħħet il-bdiewa li jiffrekwentaw l-inħawi biex jaħdmu r-raba, jista' l-Ministru jinformani x'passi ħa biex din il-kriżi tiġi rimedjata ħalli tkun imħarsa saħħithom?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Nistieden lill-Onorevoli Interpellant iressaq din il-Mistoqsija Parlamentari lill-Onorevoli Ministeru tal-Finanzi, Ekonomija u Investiment li hu responsabbli mill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma.
Ministeru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali — kuntratti ta' konsulenti
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 32448 u 32001 u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt short u/jew medium/long term ta' konsulenti li ġew imqabbda mill-Ministeru tiegħu matul din il-leġislatura flimkien mad-dettalji sħaħ dwar in-natura tax-xogħol mogħti lilhom?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Filwaqt li nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġibiet li kienu ingħataw matul din il-leġiżlatura rigward din il-materja, fosthom Mistoqsijiet Parlamentari numri 18086, 20210, 24516, 29216, u 31641, ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-kumplament tal-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.
Jista' l-Ministru jgħid fiex waslet it-tħejjija tal-applikazzjoni tal-WasteServ lill-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar biex l-ex Miżbla tal-Magħtab magħrufa bħala ta' Żwejra jkollha l-capping u tippermetti l-estrazzjoni tal-gass? Fiex waslu t-testijiet li qed tagħmel l-istess WasteServ dwar resource recovery biex tistabbilixxi l-optimum use tal-gassijiet li jistgħu jiġu ġġenerati? X’inhi r-raġuni li mis-sena 2007 'l hawn mindu nxtegħlet christmas tree kbira bil-landfill gas ma kien hemm ebda data oħra available on line biex turi l-progress miksub dwar din l-attività? Għalkemm huwa stamt li l-landfill taż-Żwejra tista' twassal biex jiġu ġġenerati xi 750kW gass, jista' jgħid s’issa kemm qed jiġi ġġenerat minn dan u kemm dan kollu jinsab 'il bogħod bħalissa mill-miri tal-gvern? Jista' jikkonferma jekk il-capping huwiex isir b’materjal inert li kien preżenti diġà jew jekk huwiex jiġi depożitat construction and demolition waste ukoll? Jista' jwieġeb din il-mistoqsija peress li żżid fir-rilevanza tagħha għalhiex skont il-media release tal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika dwar l-iskart bid-data ta' 2 ta' Jannar 2012 jintqal li some waste types are also used for engineering works within the landfill?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tweġiba tingħata f’seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid jekk l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar għandhiex xi applikazzjonijiet pendenti rigward taż-Żwejra min-naħa tal-WasteServ? X’inhi r-raġuni li meta l-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika ħareġ statistika dwar l-iskart fil-bidu ta’ din is-sena intqal li the disposal at sea data of waste for 2009 is oncomplete filwaqt li dik għas-sena 2010 lanqas biss ingħatat, filwaqt li figuri dwar disposal u recycling ta' privatedly u WasteServ controlled/managed quarry sites ingħataw?
Response (DEMARCO, MARIO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li bħalissa l-Awtorita` ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar għandha żewġ applikazzjonijiet li jinkludu ż-Żwejra. Dawn huma:
• PA 4525/03 li hi applikazzjoni għal outline development permission fuq il-kumpless kollu tal-landfill; u
• PA 2342/06 li hi applikazzjoni fuq iż-Żwejra għal tibdil u xogħol addizzjonali. Hemm diskussjonijiet għaddejjin biex din l-applikazzjoni tkopri x-xogħol kollu fuq l-arja taż-Żwejra.
Hemm applikazzjonijiet oħrajn fl-arja tal-engineered landfill li ma jaffettwawx iż-Żwejra.
Ninforma ukoll lill-Onorevoli Interpellant li l-istatistika dwar l-iskart li intrama fil-baħar ma kienetx ingħatat lill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika għax kienet għadha qed tinġabar u/jew tiġi validata. Dan l-eżerċizzju ingħalaq u l-informazzjoni ingħatat lill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika.
Jista' l-Ministru jgħid jekk l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar tafx b’xi stock piling tal-RDF fil-Magħtab aktar milli fiż-Żwejra nnifisha? Jekk iva, jeżisti permess għal dan? Kien hemm xi ċaqliq mill-footprint oriġinali li ġie awtorizzat? L-awtorità tat xi awtorizazzjonijiet ġodda dwar dan speċjalment fejn jidħlu rehabilitation works? Dwar il-footprint taż-Żwejra nnifisha kien hemm xi tibdil jew modifiċi awtorizzati mill-awtorità nnifisha?
Response (DEMARCO, MARIO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi minn spezzjoni li saret riċenti, ma kien innotat ebda stockpiling ta' Refuse Derived Fuel (RDF) la fil-Magħtab u l-anqas fiż-Żwejra. Rigward il-footprint oriġinali li ġie awtorizzat, l-Awtorita` għandha quddiema applikazzjoni, PA 2342/06, li għadha qed tiġi pproċessata u li parti minnha tikkonċerna tibdil fil-footprint taż-Żwejra. Xogħol ta rijabilitazzjoni tal-landfill u li fil-present qed jitwettaq, huwa approvat fil-permess PA 6149/08 għall- 'Proposed Rehabilitation of Former Magħtab Landfill' maħruġ f' Ġunju, 2010.
Jista' l-Viċi Prim Ministru u l-Ministru tal-Affarijiet Barranin jgħid l-Ambaxxatur Malti għall-Istati Uniti meta temm il-ħatra tiegħu? Min inħatar minfloku u meta?
Response (BORG, TONIO)
Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-ħatra ta' Ambaxxatur Malta għall-Istati Uniti intemmet fil-31 ta' Lulju 2011.
Jista' l-Ministru jgħid x’inhi l-policy tal-Ministeru dwar ingaġġ ta' persuni b’kuntratt full-time jew anki part-time ma' entitajiet li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tal-ministeru meta dawn ikunu diġà laħqu l-età tal-irtirar il-ġdida? Kien hemm każijiet fejn ġew ingaġġati persuni simili wara li laħqu din l-eta u jekk iva kemm ġew ingaġġati u f’liema gradi sar dan f’dawn l-aħħar snin?
Response (FENECH, TONIO)
Ninsab infurmat illi tali estenzjonijiet jiġu kkunsidrati skont il-ħtieġa tal-Ministeru jew dipartiment u entità rispettiva tagħhom.
Jista' l-Ministru jgħid jekk huwx se jkollhom tibdil fir-rotot biex persuni li jgħixu ġewwa l-Housing Estate ta' Ħ'Attard ikunu moqdija aħjar mit-trasport pubbliku peress li persuni jistgħu faċilment jiġu moqdija aħjar minn dan l-istess servizz bi ftit iktar ħsieb u sensittività u dan sabiex ir-residenti jingħataw servizz aħjar u iktar qrib tagħhom?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li mill-iskeda tas-sajf 2012, b'żieda mas-servizz eżistenti, se jkun ipprovdut ukoll servizz bejn il-qasam Santa Katerina u l-Belt Valletta.