Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk l-Awtorità ta' Malta dwar it-Turiżmu hux se tipprova tikkoorina mal-organizzaturi tal-Air Show ta' Malta biex din il-wirja ta' avjazzjoni tinżamm fl-inħawi 'l barra minn San Pawl il-Baħar?
Response (DEMARCO, MARIO)
L-airshow annwali hi organizzata mill-‘Malta Aviation Society’ (MAS) li ma tiffurmax parti mill-Gvern. Għaldaqstant mhix il-kompetenza tal-Gvern li jiddetermina l-lokalita’ fejn din issir. Din tiġi determinata minn ħafna fatturi fosthom dak finanzjarju.
Jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar kemm ġew ingaġġati membri fil-Korp militari ta' pajjiżna, kull sena mill-2008 sal-lum? Kemm minn dawk li ġew ingaġġati, għandhom xi sengħa?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Infurmat li l-ammont ta’ suldati li ġew ingaġġatti fil-Forzi Armati ta’ Malta sena b’sena mill-2008 sal-lum huwa kif jidher fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hu n-numru ta' tfal li qed ikunu fostered preżentament? Min liema lokalitajiet huma (fejn joqogħdu) l-ġenituri li qed jagħmlu l-fostering preżentament?
Response (SAID, CHRISTOPHER)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li prezentament, hemm 251 tifel u tifla li qed jigu fostered. Il-lokalitajiet fejn joqoghdu l-genituri li qed jaghmlu fostering jinsabu fil-lista hawn taht:
Qormi
Hamrun
Zebbug
Zurrieq
Santa Venera
San Giljan
Fgura
Mellieha
Madliena
Mosta
Bugibba
Ta' Xbiex
Swieqi
Naxxar
Rahal Gdid
Lija
San Gwann
Xemxija
Gharb
Xewkija
Msida
B'Kara
Zabbar
Sannat
Xaghra
Marsaskala
Sliema
Valletta
Floriana
Iklin
Rabat
Luqa
Kirkop
Pembroke
Santa Lucija
Ghaxaq
Victoria
Gharghur
Munxar
Siggiewi
Senglea
Mgarr (Malta)
Attard
Bormla
Dingli
Nadur
Gharb
Ibragg
Tarxien
Zejtun
Bahrija
Marsa
Kercem
Qawra
Xghajra
B'Bugia
Qrendi
Gzira
Ta' Giorni
Pieta
Kalkara
Balzan
Marsaxlokk
Swatar
Xemxija — San Pawl il-Baħar - Trejqet Għar Berbaħ u Triq is-Simar - xogħlijiet fuq mains tal-ilma
Question
Jista' l-Ministru jagħti dettalji dwar x'inhuma x-xogħlijiet li għandhom isiru fi Trejqet Għar Berbaħ u Triq is-Simar, Xemxija, San Pawl il-Baħar għal dak li jirrigwarda x-xogħol fuq mains tal-ilma fl-istess triq? Meta hu mistenni li x-xogħol kollu meħtieġ mill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma ikun finalizzati?
Response (FENECH, TONIO)
Ninsab infurmat illi x-xogħlijiet fi Trejqet Għar Berbaħ jinkludu main tad-drenaġġ u tibdil tas-servizzi ta’ l-ilma.
Ix-xogħol fi Triq is-Simar jinkludi main tad-drenaġġ.
Ix-xogħol f’din it-triq beda fis-26 t’ April 2012 u jrid jingħaqad ma xogħol ieħor fi Triq is-Simar stess. Ix-xogħol għandu jitlesta sas-Sajf.
Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratti kollha u tal-ftehim kollha li saru sa mill-1 ta' Jannar 2000, rigward il-faċilità tal-Fire Fighting ta' Ħal Far?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Qiegħed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt li sar fis-7 t'April, 2000 li fih deher id-Direttur tal-Protezzjoni Ċivili.
trainee career advisors, trainee counsellors u trainee educational psychologists — tiġdid tal-kuntratt
Question
Tista' l-Ministru tgħid jekk humiex se jiġġeddu l-kuntratti tat-trainee career advisors, trainee counsellors u trainee educational psychologists li ġew impjegati mad-Direttorat fl-2009 fuq kuntratt ta' tliet snin peress li dawn l-istess impjegati kienu mwegħda minn qabel ma ffirmaw il-kuntratti tagħhom, li se jkun hemm vacancies ta' career advisors, counsellors, educational psychologists, college career advisors u college counsellors u bħala parti mill-career progression tagħhom se jkunu jistgħu japplikaw għalihom la darba jlestu l-istudji fl-ispeċjalizzjoni rispettiva tagħhom? Tista' l-Misnistru tikkonferma li dawn il-vacancies se jiġu offruti fil-futur immedjat?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-ebda professjonist li ġie ingaġġat minn 2009 sal-ġurnata tal-lum qatt ma ġie mwiegħed li hu/hi ser/sejra jiġi/tiġi maħtur/a awtomatikament bħala grad iktar għola skont il-professjoni tagħhom. Bħal kull professjonisti oħra li huma impjegati fid-Direttorat ġew mgħarrfa bil-pożizzjonijiet li ġew maħluqa skont id-dokument Student Services within the Directorate for Educational Services: A Framework for Operations 2007. Għalhekk il-professjonisti ikollhom id-dritt li japplikaw meta dawn il-pożizzjonijiet jiġu pubblikati fil-Gażżetta tal-Gvern, fejn jibda l-proċess ta’ kull applikazzjoni skont ir-regoli.
Qatt ma ngħatat indikazzjoni tax-xahar jew sena meta l-applikazzjonijiet ser jinħarġu. Matul dawn l-aħħar sentejn ħarġu applikazzjonijet fi gradi għola minħabba n-neċessita’ tas-servizz.
Hija l-mira tad-Direttorat Għal Servizzi Edukattivi li jiġu inġaġġati professjonisti skont id-dokument Student Services within the Directorate for Educational Services: A Framework for Operations 2007.
Jista' l-Ministru jgħid fejn waslet l-applikazzjoni tal-persuna li d-dettalji tagħha qed jingħataw separatament?
Response (SAID, CHRISTOPHER)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-applikazzjoni tal-applikanta hija proċessata flimkien mal-applikazzjonijiiet l-oħra għall-akkomodazzjoni soċjali
B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 6756, jista’ l-Prim Ministru jgħid kif fl-20 ta’ April, 2009 qal li l-applikazzjoni għall-bini ta’ passenger terminal fiċ-Ċirkewwa kienet se tiġi sottomessa fil-ġimgħat li ġejjin taħt is-sejħa ristretta għall-cohesion funds, meta fl-istess tweġiba kompla jgħid li din is-sejħa fetħet fid-9 ta’ Marzu u kienet diġà għalqet fis-17 ta’ April, 2009? Jista’ jpoġġi kopja ta’ din is-sejħa ristretta fuq il-Mejda tal-Kamra?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li għalkemm l-MMA kellha l-ħsieb li tilħaq tissottometti l-applikazzjoni tagħha f’April 2009 din ma rnexxiliex tagħmlu minħabba diffikultajiet ta’ natura teknika. L-applikazzjoni fil-fatt ġiet sottomessa taħt it-tieni sejħa li ħarġet f’Diċembru 2009 u għalqet fi Frar 2010.
Dwar is-sejħa għall-applikazzjonijiet, ninsab infurmat li kopja tal-applikazzjoni u tal-linji gwida jinstabu fuq il-websajt tal-
Planning and Priorities Coordination Division
tal-Uffiċċju tal-Prim Ministru fil-paġna ppcd.gov.mt/calls_all_closed u qed inpoġġi wkoll kopja tagħhom fuq il-mejda tal-kamra.
Jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar in-numru ta' applikazzjonijiet li hemm għand il-Lands Department biex dawk li għandhom ristoranti jew bars ikunu jistgħu jagħmlu estensjonijiet tal-bankina quddiem il-post tagħhom?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Jien infurmat li l-applikazzjonijiet li għalihom qiegħed jirreferi l-Onorevoli Interpellant ma jsirux li-Dipartiment tal-Artijiet.
Ministeru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali — każijiet ta' korruzzjoni tal-VAT
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk matul is-snin 2004, 2005, 2006, 2007 u 2008, persuni u/jew kumpaniji li nstabu ħatja fil-każ ta’ korruzzjoni tal-VAT ingħatawx kuntratti u/jew direct orders mill-Ministeru u/jew entitajiet li jaqgħu taħtu? Jekk iva, liema huma dawn il-kumpaniji, liema kienu l-kuntratti u għal kemm jammontaw?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra t-tabella bl-informazzjoni mitluba.
Jista' l-Prim Ministru jgħid f'liema stadju wasal ix-xogħol ta' restawr tal-pittura tas-saqaf tal-Knisja tal-Vitorja tal-Belt li għandha valur stortiku kbir? X'sar mir-restawraturi barranin li oriġinarjament kienu appuntati jagħmlu dan ix-xogħol ta' restawr?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Infurmat li x-xogħol ta’ restawr imsemmi mill-Onorevoli Interpellant kien proġett li nbeda mill-Uffiċċju ta’ Rijabiltazzjoni tal-Belt Valletta (VRP) u kienu ġew kummissjonati restawraturi minn Coulthard Foundation biex jinbeda dan x-xogħol.
Sussegwentement ġie konkluż ‘Att ta’ Kurazija’ mal-Organizzazzjoni Din l-Art Ħelwa, liema Att tpoġġa fuq il-Mejda ta’ din il-Kamra fis-7 ta’ Novembru 2011. Dan l-Att jipprovdi, fost oħrajn, għat-tkomplija tal-proġett ta’ restawr tal-pittura tas-saqaf tal-knisja kif ukoll restawr u konservazzjoni oħra li huma meħtieġa.
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 20032 u jgħid matul l-ewwel disa' xhur ta' din is-sena, kien hemm persuni li kkwalifikaw mir-rifużjoni ta' 15.2% fuq in-nefqa ta' restawr ta' bini storiku jew ta' patrimonju skedat Grade 1?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Infurmat li din il-miżura ma ġietx implimentata minħabba li miżuri fiskali oħra ġew imfassla sabiex jindirizzaw l-ikkawżar tal-qerda urbana b’mod iktar ħolistiku u effetiv.
Dawn jinkludu kawżi legali fil-qrati dwar wirt, spejjeż għoljin fuq il- konservazzjoni u r-restorazzjoni u restrizzjonijiet fuq l-użu ta’ bini skedat.
Pakkett ta’ inċentivi fiskali aktar komprensiv ġie mħabbar fil-
budget
bil-għan li jgħin u jħeġġeġ investiment fix-xiri ta’ propjeta’, ir-restawr u l-manutenzjoni kemm ta’ bini skedat kif ukoll ta’ propjeta’ li tinsab ġo żoni ta’ konservazzjoni urbana (UCAs).
L-iskema tapplika għar–restawr u xogħol ta’ konservazzjoni ta’ bini skedat fi gradi 1 u 2, kif ukoll għall-proprjeta’ li tinstab f’żoni ta’ konservazzjoni urbana. Dawn l-inċentivi jinkludu:-
· Eżenzjoni ta’ taxxa fuq id-dokumenti ta’ trasferiment bejn il-werrieta sabiex jiffaċilitaw il-konsolidazzjoni tal-propjeta in kwestjoni b’din il-konċessjoni tagħlaq fil-31 ta’ Diċembru 2013.
· Skema għal individwi li jixtiequ jirrestawraw il-propjeta privata tagħhom fejn skont ta’ 20 fil-mija jingħata fuq l-ispiża ta’ restawr sa massimu ta’ ħames (5) t’elef ewro.
Għal dawk l-individwi u l-kumpaniji li jinvestu fir-restawr, ibiegħu jew jikru xi propjeta’, tingħata konċessjoni speċjali kif ġej :-
·
Final Withholding Tax
ta’ għaxra fil-mija fuq dħul minn kiri ta’ propjeta li tintuża bħala residenza privata u ħmistax fil-mija fuq dħul minn kiri ta’ propjetà għal għanijiet kummerċjali; u
·
Final Withholding Tax
ta’ għaxra fil-mija fil-każ ta’ bejgħ jew ħlas ta’ tletin fil-mija taxxa minflok ħamsa u tletin fil-mija fuq il-qliegħ; u
· Kreditu ta’ taxxa ta’ għoxrin fil-mija fuq in-nefqa li tikkwalifika għal restawr ta’ propjeta għal finijiet kummerċjali u li tiżdiet sa tletin fil-mija fil-każ ta’ proprjetà li tkun skedata fi grad 1 u 2.
Il-MEPA tkun qed tirrevedi l-permess ta l-użu għal dawn it-tipi ta’propjeta ħalli l-użu ta’ guest house, ufficini u bini kummercjali jkun permess, filwaqt li jibqghu kumpatibbli u kumplementari għal-żoni residenzjali.
Wieħed irid jikjarifika li dan il-benefiċju japplika meta l-proprjetà tkun qed tiġi restawrata u rinovata u mhux jekk il-proprjetà tiġi mwaqqa’ u mibnija mill-ġdid.
MEPA — każ tad-Dwejra - kopji tal-permit conditions u day by day reports
Question
Billi normalment meta jinħareġ permess bħal dak tal-iffilmjar fid-Dwejra apparti mill-permit conditions ikun hemm day by day reports magħmula mill-uffiċjali tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar li kienu qed jimmonitorjaw is-sit kkonċernat, jista' l-Prim Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra dawn ir-rapporti kollha f’ordni kronoloġika?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra rapporti tal-monitoraġġ li saru mid-Direttorat tal-Ambjent.
European Union Flood Directive — Msida - Triq il-Wied
Question
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 21650, 21273, 20948 u 20217 u ċioe: B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 19443 dwar il-bini li twaqqa' fi Triq il-Wied, Msida, jista' l-Prim Ministru jikkonferma jekk Malta hijiex timplimenta f'dan il-kuntest kif ukoll fil-kuntest tal-bini li jrid jitla' l-European Union Floods Directive?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Infurmat li l-Floods Directive 2007/60/EC daħlet fis-seħħ fis-26 ta' Novembru 2007. Il-Proġett imsemmi mill-Onorevoli Interpellant jirrigwardja numru ta' permessi fosthom PA 6983/05, PA 3917/98, PA 4450/98 u PA 1814/03. L-ewwel tlett permessi ġew approvati ferm qabel id-dħul tad-direttiva, (12/06/06, 09/09/98, 01/10/01 rispettivament) filwaqt li l-aħħar fażi tal-proġett, fir-raba’ applikazzjoni (PA 1814/03), il-konsultazzjonijiet saru ferm qabel id-dħul tad-direttiva. Fuq il-proġetti msemmija l-MEPA ħarġet permess flok binja eżistenti elevat mil-livell ta' Triq il-Wied b'0.85 metri mingħajr basement. L-applikazzjoni PA 1814/03 ġiet deċiża fil-5 ta' Diċembru 2007.
Wara d-dħul tad-direttiva l-MRA (Malta Resources Authority) hi risponsabbli għall-implimentazzjoni tal-Floods Directive f’Malta u l-MEPA tikkonsulta mal-MRA qabel jinħarġu l-permessi relattivi.
Il-MEPA qed tikkonsulta ma’ l-MRA meta żvilupp ikun f'area li hija meqjusa bħala 'flood risk area'
Skont ir-regolamenti msemmija, sat-22 ta’ Diċembru 2011 l-MRA lestiet valutazzjoni preliminari ta’ riskji ta’ għargħar f’kull distrett fejn jinqabad l-ilma. Sat-22 ta’ Diċembru 2013 jridu jitħejjew mapep ta’ periklu ta’ għargħar u mapep tar-riskju ta’ għargħar għaż-żoni identifikati biex sat-22 ta’ Dicembru 2015 jkunu sottomessi pjani għall-immanniġġjar ta’ għargħar skont id-Direttiva.
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm għandha konsulenti l-Awtorità tat-Turiżmu ta' Malta ? Min huma? Xi ħlas, x'allowances u xi fringe benefits jingħataw?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Infurmat illi l-Awtorità tat-Turiżmu ta’ Malta għandha konsulent wieħed. Dan huwa s-Sur Joseph Lanzon li bħala ħlas jingħata €22,049 fis-sena. Din l-informazzjoni tkopri sa nofs Jannar 2011.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw flus mill-I.A.S.C.S f’dawn l-aħħar ħames snin, sena b’sena? Kemm minn dawn il-flus inġabru lura għaliex instab li kienu saru xi żbalji? X’tip ta’ żbalji saru u jista' jikkonferma li wħud minn dawn l-iżbalji saru għaliex il-bdiewa ma ngħatawx tagħrif tajjeb ?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Filwaqt li ninforma lill-Onorevoli Interpellant li matul l-perjodu msemmi kienu tqassmu madwar erba u għaxrin miljun u erba mija u ħamsin miljun ewro. L-ammonti ta’ flus inġabru lura mingħand il-benefiċċjarji kien jammonta għal anqas min sitt mija u erbau erbgħin elf ewro (€644,000) li l- parti l-kbira minnhom (€470,000) kienu riżultat ta’ irtirar voluntarju min-naħa tal-applikanti. Wieħed jista’ jgħid ukoll li il-ħlasijiet lura l-oħra kienu primarjament għal ħlasijiet mhux dovuti ħtija nuqqas min-naħa tal-applikanti fid-dikjarazzjonijiet tagħhom skont kif kien stipulat fir-regolamenti li kienu ġew ippubblikati. Biex tonqos din l-inċidenza, illum qed ikunu ppubblikati ukoll gwidi dwar l-iskemi u ta’ kif wieħed għandu jimla’ l-applikazzjonijiet. Barraminhekk qed isiru wkoll aktarlaqgħat informattivi.
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra dokument bl-informazzjoni dettaljata skont kif mitluba.
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 24341 u jgħid ġimgħa b’ġimgħa mill-bidu ta’ Frar kemm kien hemm każijiet ta’ ħaddiema tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar f’Hexagon House li għażlu li jaħdmu mid-dar minħabba l-irwejjaħ li kien hemm qrib l-uffiċini tagħhom?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Infurmat li bejn Frar u l-24 ta’ Mejju 2011, il-ġimgħa li fiha spiċċat l-azzjoni industrijali kien hemm medja ta’ 57 ħaddiema kuljum, li normalment jaħdmu Hexagon House li kienu qed jaħdmu mid-dar minħabba l-azzjoni industrijali.
Infakkar li l-MEPA minn dak iż-żmien ħadet diversi miżuri sabiex l-inkonvenjent ikkawżat minn attività industrijali fiż-żona tal-Marsa, jiġi minimiżżat.
Bejn il-perjodu ta’ Frar u l-24 ta’ Mejju 2011, kien hemm 16-il darba meta ġew irrappurtati episodji ta’ riħa fil-madwar ta’ Hexagon House u saru 7 spezzjonijiet minn uffiċjali tal-MEPA biex jiġi ddeterminat is-sors tar-riħa u t-tip ta’ attivatijiet li jkunu qegħdin isiru. Bejn il-perjodu tal-25 ta’ Mejju u t-30 ta’ Novembru 2011, kien hemm 39 rapporti ta’ rwejjaħ fil-madwar ta’ Hexagon House, li minnhom kien hemm 27 darba meta saru spezzjonijiet minn uffiċjali tal-MEPA. Fid-drabi meta ma sarux spezzjonijiet, l-operaturi tal-madwar kienu mitluba jindikaw liema attivitajiet ikunu qegħdin isiru fl-installazzjoni.
Fil-25 ta’ April 2011, il-MEPA ħarġet avviż lill-
Mediterranean Offshore Bunkering Ltd
minħabba xi attivitajiet li kienu qegħdin jikkaġunaw tniġġiz ta’ l-arja. F’dan ir-rigward, l-operatur kien ordnat jieqaf min attivitajiet relatati ma’ tgħabija u ħatt ta ‘fuel’ minn u għal ‘barges’, trasferiment ta ‘fuel’ minn tank għal ieħor u attivitajiet relatati ma’ tisħin ta’ fuel. L-operatur ġie mitlub jipproponi teknoloġija li biha jistgħu jitnaqqsu l-emissjonijiet mit-tankijiet tal-‘fuel’.
Fir-rigward ta’ l-operat tal-
Waste Oils Co. Ltd
., il-MEPA ħadet azzjoni fit-2 ta’ Diċembru 2011 billi inħareġ avviż lill-operatur biex jwaqqaf kull operat relatat ma' tgħabija u ħatt ta’ fuel oil u gas oil fuq road tankers u ħatt ta’ waste oils minn road tankers. Saru riviżjonijiet ta’ dan l-avviż biex l-operatur jkun jista jħott xi fuel fuq road tankers u l-MEPA tkun tista tevalwa aħjar jekk dan it-tip ta’ operat iwassalx għall-episodji ta’ riħa fil-madwar. Waqt dan l-eżerċizju, l-operatur għamel ċertu tibdil fl-operat tiegħu biex kemm jista jkun jitnaqqsu l-emissjonijiet assoċjati ma’ din l-attività. Dan l-eżerċizzju sar ukoll waqt li kien qiegħed jinħatt il-waste oils ġo l-impjant. Il-MEPA evalwat dan l-operat waqt li saru dawn l-attivitajiet, u neħħiet l-avviż ta’ twaqqif fis 27 ta' Jannar 2012.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 25042 u jgħid kemm–il darba sar tibdil fil-makkinarju fil-biċċerija tal-gvern bejn l-2004 u llum? Jista jagħti d-dati ta’ kull meta sar dan it-tibdil, jgħid x’kien it-tibdil li sar u jagħti raġuni għaliex sar dan it-tibdil? Jista' jgħid kemm kienet l-ispiża kull darba li sar xi tibdil u lil min ingħata x-xogħol neċessarju li kellu jsir?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma l-ill-Onorevoli Interpellant li qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra dokument bl-informazzjoni mitluba.
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija 26732 u jgħid x’sar mill-Project Board dwar id-dħul tas-sistema tal-accrual accounting fis-Servizz Pubbliku, ix-xogħol ta’ liema bord kemm-il darba rrefera għalih meta wieġeb mistoqsijiet dwar meta se tidħol din is-sistema? Jista’ jagħti d-dati tal-laqgħat tal-bord minn meta ġie ffurmat s’issa?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 26732.
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 26732 u 27482 u jgħid x’sar mill-Project Board dwar id-dħul tas-sistema tal-accrual accounting fis-Servizz Pubbliku, ix-xogħol ta’ liema bord kemm-il darba rrefera għalih meta wieġeb mistoqsijiet dwar meta se tidħol din is-sistema? Jista’ jagħti d-dati tal-laqgħat tal-bord minn meta ġie ffurmat s’issa?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 26732.