Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ħal Qormi — Triq Wenzu Gafa - problema ta' vultaġġ baxx

Question

Jista' l-Ministru jinvestiga l-problema ta' vultaġġ baxx li qed ikun hemm fi Triq Wenzu Gafa f'Ħal Qormi partikolarment wara l-ħinijiet tas-sitta ta' filgħaxija?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta se tingħata f'seduta oħra.

Street lights fit-toroq ta' Malta u Għawdex

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 38117, 37812 u 37584 u jinforma l-Kamra kemm huwa n-numru ta' street lights ġewwa t-toroq ta' Malta u Għawdex separatament? Kemm hu l-konsum ta' elettriku? Kemm tiswa l-maintenance ta' dawn il-bozoz? Kemm jinbidlu bħala medja kull sena?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill- Onor. Interpellant li r-risposta se tingħata f’seduta oħra.

MIA — impjegati

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'passi u miżuri qed jieħu l-gvern għar-rigward dawk il-ħaddiema li fil-preżent huma impjegati mal-kumpanija MIA (Malta International Airport) u li din se tkeċċi u/jew titrasferixxi ma' kumpanija privata? Kemm huma dawn il-ħaddiema li se jkunu trasferiti u f'liema dipartiment tal-MIA jaħdmu fil-preżent? Jista' jagħti l-informazzjoni preċiża għar-rigward il-proċess tat-trasferiment ta' dawn il-ħaddiema, l-involviment tal-gvern f'dan il-proċess u l-kundizzjonijiet li se jkunu offruti lilhom?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.

MIA — ftehim dwar kundizzjonijiet tal-ħaddiema

Question

Jista' l-Ministru jgħid u jagħti informazzjoni preċiża għar-rigward tal-ftehim li kien sar mill-gvern fis-sena 2002 meta l-kumpanija MIA (Malta International Airport) ġiet mgħoddija lill-privat għar-rigward il-kundizzjonijiet tal-ħaddiema?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.

Ishma u assi li nbiegħu mill-gvern

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’kienu l-ishma u l-assi li nbiegħu mill-Gvern kull sena mill-2003 sal-lum? Jista’ jgħid kemm daħħal flus il-Gvern minn kull wieħed minn dawn l-ishma u assi?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi r-risposta se tingħata f’seduta oħra.

Kuntratti għal xogħlijiet f'Għawdex

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il kuntratt ingħata għal xogħlijiet f’Għawdex fl-2011 u matul din is-sena sal-lum? Jista’ jgħid lil min ingħataw dawn il-kuntratti u għal liema xogħlijiet ingħataw? Jista' jagħti l-valur ta’ kull kuntratt u jpoġġi kopja ta’ kull kuntratt fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi r-risposta se tingħata f’seduta oħra.
Leg 11 PQ #38442 Sitting 527 2012-11-26 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Returns dwar il-Vot kapitali tal-Ministeru għal Għawdex

Question

Tista’ l-Ministru tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tar-returns dwar il-Vot kapitali tal-Ministeru tagħha li ntbagħtu lill-Budget Office fil-Ministeru tal-Finanzi għal Settembru u għal Ottubru 2012?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant għar-return dwar il-Vot Kapitali għal Settembru 2012 hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra. L-informazzjoni għax-xahar ta' Ottubru 2012 għadha qed tiġi kkumpilata.
Leg 11 PQ #38443 Sitting 527 2012-11-26 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol

Studenti Għawdxin li iggradwaw fl-aħħar tas-sena akkademika

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm studenti Għawdxin iggradwaw fl-aħħar tas-sena akkademika 2011/2012? Tista’ l-onor Ministru jekk jogħġobha tagħti dan it-tagħrif skont il-grad li ħadu?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Nitlob lill-Onor Interpellant jindika għal-liema istituzzjoni edukattiva qiegħed jirreferi.

Proġetti infrastrutturali tal-gvern

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema huma l-proġetti infrastrutturali tal-Gvern li l-Ministeru tiegħu qed jikkordina bħalissa f’Malta u f’Għawdex separatament? X’proġetti hemm maħsuba li jitwettqu fiż-żewġ gżejjer separatament fl-2013 u 2014?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Applikazzjoni għall-post alternattiv

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'possibilità hemm li single parent li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament tieħu post tal-housing minħabba li fil-fond li tgħix huwa żgħir ħafna għal seba' persuni?

Response (SAID, CHRIS)

B'risposta ghall-Mistoqsija Parlamentari 38,451 ninforma lill-Onorevoli Interpellant biex jara r-risposta għal din il-mistoqsija f'mistoqsija parlamentari 37,096 seduta numru 511.
Leg 11 PQ #38452 Sitting 527 2012-11-26 Oral · Final From: STEFAN BUONTEMPO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Persuna li ġiet imkeċċija miċ-ċivil

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid għaliex il-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament ġie mkeċċi miċ-ċivil?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li l-persuna li semma l-Onorevoli Interpellant ma ġietx imkeċċija iżda kienet irriżenjat mis-Servizz Pubbliku.
Leg 11 PQ #621 Sitting 526 2012-11-23 Written · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol

talba għal LSA

Question

Tista' l-Ministru tara għaliex it-tifla li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament għadha mingħajr LSA?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Il-Bord tal-Appell bagħat ir-rakkomandazzjonijiet tiegħu fil-jiem li għaddew u dawn ġew milqugħa minnufiħ. Għalhekk id-Direttorat għas-Servizzi Edukattivi se jinforma lill-Kap tal-iskola biex jgħid lill-ġenituri bid-deċiżjoni tal-Bord t’Appell.
Leg 11 PQ #37849 Sitting 526 2012-11-23 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol

Health Safety and Security — tenders

Question

Tista' l-Ministru tgħid jekk it-tender tal-Health Safety & Security li d-dettalji dwarhom qed jingħataw separatament pubblikat fil-31 ta' Lulju 2012 u li għalaq fil-31 t'Awwissu 2012, ma ġiex awarded, għaliex għadu ma ġiex awarded u meta se jiġi awarded?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Il-Korporazzjoni għax-Xogħol u t-Taħriġ ippubblikat l-Award Notice tal-Health, Safety and Security tender, fil-5 ta’ Novembru 2012.
Leg 11 PQ #37850 Sitting 526 2012-11-23 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol

ETC — korsijiet tat-Training

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm hemm nies reġistrati mal-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ li qegħdin jistennew biex jidħlu fil-korsijiet tat-training?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Fil-preżent hemm madwar 3,485 persuna reġistrata u 10,840 persuna oħra bejn impjegati u inattivi li qed jistennew biex jibdew xi taħriġ mal-Korporazzjoni għax-Xogħol u t-Taħriġ (ETC). Il-Fondi Soċjali Ewropej (5.7 miljun euro) li permezz tagħhom il-Korporazzjoni kienet qed toffri programmi ta’ taħriġ taħt l-Employability Programme mill-2009 sa din is-sena waslu fit-tmiem tagħhom. Għaldaqstant, il-Korporazzjoni ħadet ħsieb li tissottometti applikazzjoni oħra għal proġett ġdid li jipprovdi fondi ġodda biex ikunu jistgħu jitkomplew il-programmi ta’ taħriġ. Dan il-proġett ġdid, bl-isem ta’ ‘ Enhancing Employability through Training’ , kien approvat u se jitnieda fil-ġimgħat li ġejjin. Dawk li qed jistennew biex jidħlu fil-korsijiet tat-taħriġ ser jibbenefikaw minn dan il-proġett li għandu fondi ta’ madwar 3.4 miljun euro oħra.

Applikazzjonijiet għal djar soċjali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm applikazzjonijiet għal-djar soċjali? Jista’ jgħid kemm hemm minin dawn l-applikazzjonijiet li ilhom iktar minn sitt xhur, sena, sentejn, tliet snin, erba’ snin u aktar?

Response (SAID, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant l-Awtorità tad-Djar fil-prezent ghandha 1693 applikazzjoni ghall-akkommodazzjoni socjali. L-informazzjoni mitluba qiegħda fit-tabella t’hawn taħt:- Perjodu Nru t’Applikazzjonijiet Aktar minn 6 xhur 149 Aktar minn sena 255 Aktar minn sentejn 154 Aktar minn tlett snin 69 Aktar minn erba’ snin u aktar 640

Bhejjem li inqabdu jitrabbew b'mod illegali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il każ kien hemm matul is-snin 2009 2010, 2011 u 2012 li inqabdu bhejjem, mogħoż, nagħaġ, baqar u għoġiela li kienu qed jitrabbew b'mod illegali? Jista’ jgħid x'sar minn dawn l-istess bhejjem? Jista’ l-Ministru jgħid l-ammont ta’ bhejjem li kien hemm fkull każ u l-proċedura li intużat f’kull każ?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-proċedura li intużat kienet dejjem kif stipulat fir-regolamenti tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea numri 1760/2000 u 911/2004 intenzjonati biex jissalvagwardaw is-saħħa tal-bniedem fil-konsum ta’ laħam u prodotti li joriġinaw minn annimali. Fi kliem ieħor, dawn ir-regolamenti fost l-oħrajn jesiġu li kull animal mhux identifikat u regolat skont ir-regolamenti eżistenti, m’għandux post fil-katina tal-ikel u kull animal ta’ produzzjoni ma jistax ikun konsidrat bħala pet. Ninformah ukoll li qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra dokument bl-informazzjoni l-oħra mitluba.

Spezzjonijiet fi ħwienet tal-laħam minħabba livel ta' sanità

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il spezzjoni saret fi ħwienet tal-laħam minn esperti sanitarji matul Jannar sa Ottubru 2012? Jista’ jgħid jekk dawn l-ispezzjonijiet humiex fuq bażi kontinwa jew jekk din l-proċedura issirx minħabba xi raġuni oħra? Jekk iva, x’inhi dik ir-raġuni?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Infurmat li din is-sena fil-perjodu ndikat, saru 296 ‘risk assessment isnpections’ fi ħwienet tal-laħam, ġew investigati 20 ilment fl-istess tipi ta’ ħwienet, kif ukoll saru 68 spezzjonijiet oħra relatati ma’ traċċabilita’ tal-prodotti tal-laħam. Il-296 ‘ risk assessment inspections’ huma spezzjonijiet li jsiru fuq bażi kontinwa/regolari, l-għoxrin ilment ġew investigati wara ndividwi jkunu għamlu lment speċifiku fuq ħwienet partikolari f’dan il-każ ħwienet tal-laħam, waqt li tmienja u sittin spezzjoni li saret fuq it-traċċabilita’ tal-ikel kienet ibbażata fuq sorveljanza fis-suq.

Ħela ta' enerġija ġenerata

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 37552 u jgħid jekk jeżistix perjodu fil-ġurnata li tiġi ġġenerata enerġija mill-power station li ma tintużax jew li tiġi ġġenerata enerġija iktar milli għandu bżonn il-pajjiż u għalhekk jinħela? F'liema huma dawn il-ħinijiet tal-ġurnata u kemm tkun l-enerġija ġġenerata li ma tintużax?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta se tingħata f'seduta oħra.

Sptar Monte Carmeli — ħaddiema b'kuntratt definit

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm ħaddiema b'kuntratt definit jaħdmu ġewwa Sptar Monte Carmeli? Kif ġew ingaġġati? Kemm minnhom jaħdmu u jitħallsu minn kumpaniji privati? Ma' liema kumpaniji saru dawn l-arranġamenti? Jista', mingħajr ma jsemmi ismijiet, jindika x'tip ta' xogħol qegħdin jagħmlu u jekk dan huwiex ristrett biss għal tindif jew anke għal xogħol amministratti? Jekk iva, fuq liema livel?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Infurmat li hemm 77 persuna b’kuntratt definit li jaħdmu fl-Isptar Monte Carmeli, kif ukoll 440 persuna li jaħdmu fuq kuntratt definit ma’ kumpanija privata u li jagħtu servizz fl-istess sptar. Dawk tal-ewwel kollha ġew ingaġġati wara proċess ta’ intervista, filwaqt li dawk li jaħdmu ma’ kumpaniji privati ġew ingaġġati permezz ta’ proċess immexxi mill-istess kumpaniji. Il-ħaddiema li huma impjegati fuq kuntratt definit ma’ kumpaniji privati jagħmlu xogħol ta’ Careworkers u ta’ Infermiera, u dawn huma rispettivament ingaġġati mill-kumpaniji Support Services Ltd u Health Services Ltd, li magħhom sar kuntratt għall-għoti ta’ servizz wara li kienu nħarġu tenders rilevanti.