Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar x'inhi l-policy li tħaddem Transport Malta għal dawk li huma rampi quddiem il-garaxxijiet, bankini li huma baxxi iktar min-normal u l-aċċess għal garaxxijiet kemm li huma basement kif ukoll dawk li huma 'l fuq mil-livell tat-triq? X'konsultazzjoni saret/qed issir mal-kunsilli lokali dwar is-suġġett?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jinvestiga dan il-każ li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament sabiex ikun stabbilit jekk liċenzja tal-mutur li kien involut f'inċident, li fih is-sid tal-mutur kien naqas, kellu il-liċenzja tal-mutur mħallsa sa sena li fiha kien sar l-inċident fatali iżda il-mutur li kien tkiser u kien ittieħed taħt il-kustodja tal-pulizija f'Ta Kandja, l-ġenituri ta' dan iż-żagħżugħ ġew mitluba jħallsu il-liċenzja tal-mutur għaż-żmien li l-istess mutur għamel f'Ta' Kandja?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li n-notifika in kwistjoni nħarġet b'mod awtomatiku mis-sistema iżda fil-fatt missu qatt ma sar hekk. Transport Malta irrevediet il-każ u l-ebda ħlasijiet mhu ser jintalbu.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 33848, filwaqt li napprezza li r-rapport qiegħed fuq is-sit elettroniku, jista' l-Ministru xorta jpoġġi kopja tiegħu fuq il-Mejda tal-Kamra? Jista' jwieġeb it-tieni parti tal-mistoqsija?
Response (GATT, AUSTIN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tad-dokument in kwistjoni. Kif għidt fit-tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 33848, dan id-dokument bħalissa huwa suġġett ta' konsultazzjoni pubblika u għalhekk mhux il-każ li jerġa' jkun diskuss fil-Parlament.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 33353, jista' l-Ministru jgħid kemm fil-fatt kien hemm klieb fit-taqsima tal-klieb fil-ħabs? Jista' jgħid ta' liema razza huma?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
B'referenza għall-Mistoqsija Parlamentari 33353, ninsab infurmat illi fit-taqsima tal-klieb tal-Faċilita' Korrettiva ta’ Kordin kien hemm tnax-il kelb, 1 ta’ razza labrador, 5 ta’razza alsation u 6 ta’ razza springer spaniel.
Mosta — Ġnien ta' wara l-Knisja - tneħħija ta' siġar
Question
Jista' l-Ministru jinvestiga jekk hux possibli li ġnien wara l-knisja tal-Mosta li jidher fir-ritratt li qed jingħata separatament, jidher li fejn jidħol passaġġ bejn il-ġnien u l-ground tal-boċċi, jara li jinqalgħu s-siġar li qed jikkawżaw ħsara fil-bini ta' ċint? Jkun xieraq li minflok dawn is-siġar jkun hemm taraġ li jservi sabiex dawk li jkunu qed jaraw l-logħba tal-boċċi jkunu jistgħu joqogħdu bil-qegħda fuqu?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma lill-Onorevoli interpellant illi is-sit imsemmi jaqa’ taħt ir-responsabbiltà tal-kunsill lokali. Għalhekk nistieden lill-Onorevoli Interpellant sabiex iressaq il-mistoqsija lill-Onorevoli Ministru tal-Intern u Affarijiet Parlamentari li taħtu taqa’ ir-responsabbiltà għall-kunsilli lokali.
Jista' l-Ministru jagħti lil din il-Kamra il-pożizzjoni attwali fl-aħħar ta' Marzu 2012 dwar il-fondi tal-Unjoni Ewropea attwalment kontratti u maħruġa (disbursed) skont il-priority axis taħt l-Operational Programmes 1 and 2, allokati lil pajjiżna?
Response (FENECH, TONIO)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel id-domanda tiegħu lill-Uffiċċju tal-Prim Ministru.
Jista' l-Minsitru jgħid liema huma dawk id-distretti u branches tal-pulizija li ma jirċevux id-detail tagħhom permezz ta' email? Jista' jgħid ukoll x'inhi r-raġuni għal dan?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi minn Settembru 2010 il-membri kollha tal-Korp bdew jirċievu d-detail tad-duty li se jkunu xogħol l-għada permezz ta’e-mail minflok kif kien isir qabel, fejn il-pulizija ried joqgħod iċempel huwa d-Distrett/Diviżjoni fejn ikun stazzjonat biex jara x’se jkun xogħol l-għada. Il-membri tal-Korp fid-Distretti u l-Branki kollha għandhom din il-faċilita li jirċievu d-detail tagħhom fuq l-e-mail address li jkunu ndikaw huma lid-detail officer tagħhom.
Ninsab infurmat ukoll illi fid-Distretti ta’ Tas-Sliema u San Ġiljan, kif ukoll fit-Taqsima ta’ l-
Special Branch
, kien hemm xi diffikultajiet li ġew riżolti.
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 30907, jista' l-Ministru jara jekk l-għalqa immarkata b'X fir-ritratti li qed jintbagħtu separatament, jistax isirilha punt li joffri l-possibilità li s-sidien tal-għalqa jkunu jistgħu jidħlu fl-għalqa tagħhom mingħajr ma jużaw passaġġ ta' persuni oħra peress li l-problema ġiet ikkawżata wara li d-Dipartiment għamel ħidma ta' tindif tal-Wied li hemm fil-limiti ta' Burmarrad li qiegħed taħt il-Wardija?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma lill-Onor.Interpellant li uffiċjali mid-dipartiment konċernat ingħataw struzzjonijiet biex jaraw issibux rimedju għal dan il-każ.
Mosta — żona ta' Sriedaq - servizz tat-trasport pubbliku
Question
Jista' l-Ministru jinvestiga jekk hux possibbli li f'Triq il-Kbira għall-komunità li tgħix f'żona magħrufa ta' Sriedaq fil-Mosta, ikollhom is-servizz ta' bus shelter li tagħti kenn lil dawk li jużaw it-trasport pubbliku li jgħaddu minn dawk l-inħawi?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 33249 u 33133 li oriġinarjament saret lill-Ministru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol u issa ġiet riferuta lilu u cioè: B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 31882, jista' l-Ministru tieħu l-passi neċessarji biex din il-persuna tibda tmur fl-iskola oħra Ħal Far?
Response (SAID, CHRISTOPHER)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li preżentament, l-individwu qiegħed jattendi fiċ-Ċentru ta’ Matul il-Jum għall- Persuni b’Diżabiltà fil-lokalità ta’ M’Scala u li kemm l-individwu kif ukoll il-familjari tiegħu qatt ma tkelmu jew għamlu talba ma’ persuni li jaħdmu fiċ-Ċentru ta’ Marsascala jew ma’ persuni oħra li jieħdu ħsieb it-tmexxija taċ-Ċentru b’din ix-xewqa tagħhom.
Il-familjari tal-individwu kif ukoll l-individwu ser jiġu avviċinati minn persuni li jieħdu ħsieb iċ-Ċentru mill-aktar fis possibli sabiex jiġu diskussi ir-raġunijiet għal din it-talba. L-Agenzija Sapport tikkommetti ruħha li l-klijent jirċievi l-aħjar servizz fl-interess tieghu.
Victim Support Unit — persuni jaħdmu ma' vittmi ta' reati
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk fil-fatt ġewx impjegati persuni sabiex jaħdmu mal-vittmi ta' reati fil-Victim Support Unit? Jekk le, meta se jiġu impjegati u kemm?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat li d-Dipartiment tal-Probation u Parole ħa passi skont il-proċeduri tas-Servizz Pubbliku biex ikollu aktar riżorsi umani biex jaqdi l-funzjoni tiegħu, inkluż dik marbuta mal-vittmi ta’ reati.
Każijiet ta' persuni akkużati b'tentattiv t'omiċidju volontarju
Question
Jista' l-Ministru jgħid fl-aħħar għaxar snin f'kemm-il każ ta' persuni akkużati b'tentattiv t'omiċidju volontarju, l-Avukat Ġenerali rtira din l-akkuża qabel inħareġ l-Att t'Akkuża? Jista' jgħid f'kemm-il każ din l-akkuża ġiet irtirata wara li nħareġ l-Att t'Akkuża?
Response (SAID, CHRISTOPHER)
Ninforma lill-Onorevoli INteprellant illi l-kwistjoni dwar jekk il-fatti ta’ każ u l-provi miġjuba fih jippruvawx l-akkuża ta’ tentattiv ta’ omiċidju volontarju lil hinn mid-dubbju dettat mir-raguni tigi evalwata kemm qabel ma' persuna titressaq il-Qorti kif ukoll fid-diversi stadji tal-proċeduri.
Ma tezistix statistika ta’ kemm kien hemm każijiet f’dawn l-aħħar għaxar snin fejn l-Avukat Ġenerali ma kompliex isostni akkuża ta’ tentattiv ta’ omicidju volontarju fil-kors tal-proċeduri.
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il persuna instabu ħatja tar-reat ta' tentattiv ta' omiċidju volontarju fl-aħħar għaxar snin u x'kienu l-pieni li ngħataw każ b'każ?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi mis-sena 2002 'il hawn kien hemm 80 persuna li nstabu ħatja ta' attentat ta' omiċidju volontarju. Il-pieni mgħotija kienu jinkludu pieni karċerarji, sentenzi ta' ħabs sospiżi, probation, garanziji u multi.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 33877 u jgħid jekk jinħtieġx permess sabiex sid ta' caravan ikun jista' iqatta' sajf fl-area riservata fl-Armier ? Jekk fl-affermattiv, jista' jgħid kif jista' jinkiseb dan il-permess?
Response (DEMARCO, MARIO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li sid ta' caravan ikun jista jqatta' sajf fl-area ristervata għal dan l-użu diment li l-istess area riservata hija koperta bil-permess ta' l-Awtorita' ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar jew hija area riservata skond Klassi 10 Paragrafu 1(ii) ta' l-Avviż Legali 115 tal-2007 (ie. l-Ordni dwar in-Notifkazzjoni dwar Żviluppi kif emendat bl-Avviż Legali 226 u 494 tal-2010, u 317 u 457 tal-2011).
Din ta' l-aħħar tippermetti l-użu riversibbli ta' l-art, minn entitajiet governattivi, Kunsilli Lokali jew entitajiet pubbliċi appuntati minnhom, għat-tqegħid temporanju u użu ta' caravan jew kamp kif ukoll kull strutturi temporanji meħtieġa għall-użu bħal dan matul il-perjodu bejn l-1 ta' Ġunju u t-30 ta' Settembru, sakemm l-art użata tkun kompletament restawrata għall-istat oriġinali tagħha u kull struttura titneħħa qabel l-iskadenza ta' dak il-perjodu.
Ta' min iżid li l-Pjan ta' Azzjoni tal-Marfa jidentifika biċċa art għall-caravans fl-inħawi ta' l-Armier. Mandanakollu dan il-Pjan għadu abbozz.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 33900 u jara li Triq San Franġisk Bormla jsirilha dak ix-xogħol li hemm bżonn isir u dan għax it-triq niżlet u mtliet b'ħofor kbar? Jista' jgħid meta jista' isir dan ix-xogħol?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 33901 li oriġinajrament saret lill-Ministru tal-Ġustizzja, Konsultazzjoni Pubblika u l-Familja u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid jekk hemmx xi policy ġdida li min iqatta' jiem fl-Isptar Mater Dei irid iħallas jew jitnaqqaslu mill-pensjoni?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li mill-1 ta’ Diċembru 2011 bis-saħħa tal-avviż legali numru 404 tal-2011, l-isptar Mater Dei ġie inkluż bħala ‘State Financed Residential Service jew State Financed Institution’. Dan l-avviż jemenda l-avviż legali numru 259 tal-2004 li jgħid li kwalunkwe resident ġewwa din it-tip ta’ residenza jew istituzzjoni li ġie discharged imma li se jibqa' residenti ġewwa l-isptar ser jaghmel kontribuzjoni lill-Gvern għall-kura li jingħata.
Din kienet diġa ssir ġewwa l-Isptar San Luqa u għaldaqstant kien meħtieġ li l-Isptar Mater Dei jiġi skedat speċifikament. Din hija l-istess proċedura li tintuża fil-każ ta’ djar oħra residenzjali tal-Gvern.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 33902 u cioè: Peress li x-xogħol fuq Triq San Lawrenz Birgu inqalgħet ħafna snin ilu, jista' l-Ministru jgħid meta fl-aħħar tista' issir din it-triq u dan sabiex jispiċċa l-inkonvenjent tar-residenti?
B'referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 33634, jista' l-Ministru jikkonferma li b`dan il-prezz tat-tender huwa prezz li bih tista' titħallas il-paga minima nazzjonali u l-ispejjeż kollha ancillary tagħha?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi r-risposta se tingħata f’seduta oħra.