Legislature:
Category:
Reset
Active:

imħallfin u maġistrati li siefru fuq xogħol

Question

Jista' l-Ministru jgħid min mill-imħallfin u maġistrati siefru in konnessjoni ma' xogħol barra minn Malta f'dawn l-aħħar sentejn u kemm-il darba marru? Min jagħżel liema imħallef jew maġistrat isiefer jew le fuq xogħol u min iħallas għal dawn is-safriet tagħhom?

Response (SAID, CHRISTOPHER)

L-informazzjoni mitluba dwar safar ta’ Membri tal-Ġudikatura qed titpogga fuq il-Mejda tal-Kamra. Dwar it-tieni mistoqsija jien informat li dan jiddependi mix-xorta ta’ stedina u mix-xorta tax-xogħol li jkun. Dan jista’ jkun xogħol konnessi ma xi proċeduri li jkunu pendenti quddiem xi Mħallef jew Maġistrat partikolari f’liema eventwalita’ ma hix kwistjoni ta’ għażla ta’ xi ħadd għaliex ikun biss dak l-Imħallef jew Maġistrat li jkun jeħtieg li jmur barra. Jekk ix-xogħol jkun jikkonsisti f’seminars jew konferenzi barra minn Malta ta’ interess għall-ġudikatura jiddependi jekk il-ġudikant imurx privatament jew uffiċjalment bħala rappreżentant tal-ġudikatura Maltija. Jekk imur privatament ikun irid jitlob “ leave of absence ” kif provdut fir-regolamenti. Jekk ser imur bħala rappreżentant tal-ġudikatura jien informat li jrid ikun hemm l-approvazzjoni tal-Prim Imħallef wara li dan jieħu qies tas-suġġett tal-konferenza u min hu disponibbli fil-perjodu relevanti sabiex jiġi evitat kemm jista’ jkun id-differiment ta’ seduti ġia appuntati. Dwar min iħallas, jiddependi wkoll mix-xorta ta’ xogħol, tal-konferenza jew seminar, hux ser tkun f’kapaċita’ privata jew uffiċjali, kif ukoll mill-kundizzjonijiet stabbiliti mill-organizzaturi. Is-safar uffiċċjali jitħallas mill-fondi tal-Qrati tal-Ġustizzja.

kawżi ta' natura kostituzzjonali

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-kawżi ta' natura kostituzzjonali jiġux imqasma bejn l-imħallfin kollha li jippresedu fil-Prim' Awla u jekk hemm imħallfin li ma jeħdux dawn il-kawżi min huma?

Response (SAID, CHRISTOPHER)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-kawzi ta’ natura kostituzzjonali jigu assenjati fuq bazi ta’ roster bejn il-gudikanti li jippresjedu fil-Prim’Awla tal-Qorti Civili hlief ghall-Imhallef Carmelo Farrugia Sacco, l-Imhallef Noel Cuschieri u l-Imhallef Abigail Lofaro.

impjegati fuq kuntratt definit

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm hawn impjegati f’pajjiżna minn Jannar 2008 sa Marzu 2012, li qegħdin jaħdmu abbażi ta’ kuntratt definit, kemm mas-settur pubbliku u anke fis-settur privat? Tista' tagħti din l-informazzjoni mitluba u tiddefenixxi kemm huma impjegati abbażi ta’ kuntratt definit full-time u kemm abbażi ta’ kuntratt part-time?

Response (CRISTINA, DOLORES)

In-numru ta’ impjegati f’Malta u Għawdex li bdew jaħdmu fuq bażi ta’ kuntratt definit minn Jannar 2008 sa Novembru 2011 mas-settur pubbliku kien ta’ 2,511-il persuna, filwaqt li mas-settur privat kien hemm 12,095 persuna. Kien hemm 11,787 persuna fuq Kuntratt definit full-time u 2,819-il persuna fuq Kuntratt definit part-time .

impjegati fuq xogħol temporanju

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm huwa l-ammont ta’ impjegati minn Jannar 2008 sa Marzu 2012, li qed jiġu impjegati fuq bażi ta’ xogħol temporanju (dawk mhux impjegati part-time)?

Response (CRISTINA, DOLORES)

In-numru ta’ impjegati f’Malta u Għawdex li bdew jaħdmu minn Jannar 2008 sa Novembru 2011 fuq bażi ta’ xogħol temporanju full-time (casuals) kien ta’ 1,147 persuna kemm mas-settur pubbliku kif ukoll mas-settur privat

Ħal Qormi — Triq il-Milied - water culverts

Question

Jista' l-Ministru jinvestiga għaliex il-water culverts żgħar li hemm fi Triq is-Sebħ kantuniera ma' Triq il-Milied Ħal Qormi dejjem qed ikunu miżdudin bil-konsegwenza li l-ilma tax-xita qed jispiċċa fid-djar tan-nies? Jista' jara jekk jista' jsir water culvert tul Triq il-Milied (fejn dak ezistenti) u minn fejn Triq il-Masġar (fejn hemm il-ġibjun) biex jilqa' l-ilma tax-xita li jinżel mill-bypass u b'hekk ma jikkawżax ħsara lir-residenti?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.

Ħal Qormi — Triq is-Sebħ - junction

Question

Jista' l-Ministru jinvestiga x-xogħol tal-junction li qed isir taħt il-bridge ta' Triq is-Sebħ fejn fi Triq il-Masġar, Ħal Qormi, saret bankina wiesgħa ħafna bil-konsegwenza li l-vetturi qed jipparkjaw fuq iż-żewġ naħat u trakkijiet ma jkunux jistgħu jgħaddu biex jitilgħu mill-ġdid ġol-bypass?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.

ilment rigward housing

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'azzjoni ttieħdet fuq l-ilment rigward Housing Estate li sar aktar minn tliet snin ilu u li r-referenza dwaru qed jintbagħtu separatament?

Response (SAID, CHRISTOPHER)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jghaddi aktar dettalji sabiex l-Awtorità tad-Djar tkun tista’ twiegeb din il-Mistoqsija ghaliex ir-referenza provduta fil-mistoqsija m’hiex korretta u ghalhekk ma tistax tigi identifkata l-blokka li ghaliha qeghda ssir referenza.

Għadira għaċ-Ċirkewwa — wesgħa tat-triq

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma l-wesgħa tat-triq il-ġdida li tagħti mill-Għadira għaċ-Ċirkewwa?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li: 1. bejn in-Niċċa (Triq il-Marfa ma’ Triq l-Armier) u il-Palazz tal-Marfa (Triq il-Marfa mat-triq li tagħti għar-Ramla tal-Bir) - a. c. 4.2m (1-lane) minn kurduna sa kurduna fuq il-karreġġjata għaċ-Ċirkewwa b. c. 7.8m (2-lane) minn kurduna sa kurduna fuq il-karreġġjata għall-Għadira 2. bejn il-Palazz tal-Marfa u t-Terminal taċ-Ċirkewwa a. c. 4.2m (1-lane) minn kurduna sa queuing lane fuq il-karreġġjata għaċ-Ċirkewwa b. c. 3.2m (1-lane) queuing lane fuq il-karreġġjata għaċ-Ċirkewwa c. c. 4.2m (1-lane) minn kurduna sa kurduna fuq il-karreġġjata għall-Għadira

Ħaż-Żebbuġ — Triq Patri Andrew Azzopardi - bini tat-triq

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta hemm il-ħsieb li tinbena Triq Patri Andrew Azzopardi Ħaż-Żebbuġ peress li f'din it-triq hemm ħafna residenti u fl-istat li hi toħolqilhom inkonvinjent kbir?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Enemalta — policy dwar xogħol skabruż

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Korporazzjoni Enemalta għandhiex policy dwar ħaddiema li xogħolhom jaħdmu fit-tankijiet tal-fuel peress li dan hu xogħol skabruż li ma jistax isir minn kulħadd speċjalment minn persuni pjuttost kbar fl-età?

Response (FENECH, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-‘policy’ li għandha l-Enemalta rigward is-saħħa u s-sigurta tal-ħaddiema hija uniformi għal kull tip ta’ xogħol. Din hija bbażata fuq is-saħħa ta’ kull individwu u mhux fuq l-eta’. Għaldaqstant kull ħaddiem jiġi suġġett għal eżami mediku perjodikament. Il-frekwenza ta’ dan l-eżami tkun tiddependi mill- parir li jgħatu t-tobba skont it-tip ta’ xogħol li l-individwu jkun jgħamel kif ukoll fuq ir-riżultat ta’ l-aħħar eżami. Skont ir-riżultat ta’ dan l-eżami tittieħed deċiżjoni fuq jekk il-ħaddiem għandux jitħalla jkompli fix-xogħol tiegħu.

ELC — nefqa f'pagi u materjali

Question

Jista' l-Ministru jagħti breakdown tan-nefqa tal-ELC għas-sena 2011 b'mod partikolari n-nefqa f'pagi u materjali li jintużaw fix-xogħlijiet?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Filwaqt li nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tieni paragrafu tat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 34036, infakkru li għalkemm din il-kumpanija tifforma parti minn Public-Private Partnership, din toffri servizzi lill-privat fuq bażi purament kummerċjali. Għaldaqstant l-informazzjoni mitluba hija kummerċjalment sensittiva.
Leg 11 PQ #34042 Sitting 466 2012-04-30 Oral · Final From: GINO CAUCHI To: Ministeru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol

PBS — ħaddiema bit-teleworing

Question

Tista' l-Ministru tgħid jekk hemmx impjegati mal-Public Broadcasting Services li qed jaħdmu bis-sistema tat-teleworking? Jekk fl-affermattiv, kemm huma l-ħaddiema b'din is-sistema u x'inhuma l-kundizzjonijiet tal-ingaġġ?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Mal-Public Broadcasting Services mhemmx impjegati jaħdmu bis-sistema tat-teleworking.

BWSC — tekniċi Daniżi li se jħarrġu lill-operaturi

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li minħabba fiha, tekniċi Daniżi mibgħuta mill-BWSC qed jirrifjutaw li jħarrġu lill-operaturi tal-Korporazzjoni Enemalta fuq l-impjant il-ġdid tal-power station? Huwa minnu li dawn għandhom dritt jagħmlu dan u li fil-kuntratt għandhom li għall-ewwel ħames snin se jħaddmu l-impjant huma?

Response (FENECH, TONIO)

Ninsab infurmat illi mhux minnu li BWSC qed jirrifjutaw li jħarrġu lill-operaturi tal-Korporazzjoni Enemalta fuq l-impjant il-ġdid tal-power station. Diġa ingħata taħriġ formali fil-klassi fuq operat u manutenzjoni skont il-kuntratt miftiehem bejn iż-żewġ entitajiet. Barra minn hekk, se jingħata training addizzjonali (on the job), waqt li jsiru t-testijiet fuq l-impjant. Mhux minnu li BWSC għandhom fil-kuntratt li se jħaddmu l-impjant huma għall-ewwel ħames snin. Fil-preżent l-impjant qed jiġi kkummissjonat mill-inġienira tal-kuntrattur, u meta l-impjant ikun ikkommissjonat aktar tard din is-sena, dan se jiġi mħaddem minn operaturi tal-Enemalta.

Uffiċċju Legali tal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma li ċertu xogħol li qabel kien isir mill-uffiċċju legali tal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma issa qed isir minn uffiċċju legali privat? Jekk fl-affermattiv, jista' jispeċifika x'inhu x-xogħol li qed jagħmlu? Kif ġie magħżul dan l-uffiċċju legali u kemm qed jitħallas għax xogħol li qed jagħmel? X'sar mill-uffiċċu legali li kien hemm fil-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma?

Response (FENECH, TONIO)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jiċċara d-domanda tiegħu.

Impjant tal-BWSC — fuel

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk fil-perjodu ta' prova fuq l-impjant tal-BWSC hux qed jintuża l-Heavy Fuel Oil jew id-diesel?

Response (FENECH, TONIO)

Ninsab infurmat illi fil-perjodu ta’ prova fuq l-impjant il-ġdid, qed jintużaw kemm fuel oil u gas oil.

Dipartiment tal-Artijiet — tweġiba għall-ittra

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 33664 li oriġinarjament saret lill-Ministru tal-Ġustizzja, Konsultazzjoni Pubblika u l-Familja u li issa ġiet riferuta lilu jara li d-Dipartiment tal-Artijiet twieġeb l-ittra li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament?

Response (AZZOPARDI, JASON)

Ninsab infurmat illi d-Dipartiment Proprjetà tal-Gvern qiegħed fil-proċess li jixtri l-art kollha li qegħda għand il-Gvern b’titlu ta’ Pussess u Użu jew Dominju Pubbliku u li fuqha hemm residenzi mibnija. L-art akkwistata tiġi trasferita lil Awtorità tad-Djar permezz ta’ avviz legali. Wara, l-Awtorità tad-Djar tkun tista’ tbiegħ ir-residenzi attwali li hemm mibnija, lil inkwilini. Fil-kaz indikat separatament, l-art li fuqa hemm mibnija r- residenza msemmija, għada ma ġietx akkwistata mill-Gvern, għalhekk għalissa ma tistax tiġi mixtrija mir-residenti. Pero’, kif ingħad aktar ’il fuq, għaddej eżerċizzju intensiv biex tinxtara l-art kollha. Bħalissa għaddej ix-xoghol fuq l- area ta’ Bormla u għalhekk huwa previst li sa żmien sena ikun jista’ jsir it-trasferiment tal-art u konsegwentement il-bejgħ tar-residenza lill-persuni indikati. Id-Dipartiment se jieħu ħsieb ukoll li jagħti risposta għall-ittra li d-dettalji tagħha ntbgħatu separatament.

Tender rigward il-Paracetemol

Question

Jista' l- Ministru jgħid għaliex it-tender maħruġ minn Ministeru tas-Saħħa għall-proviżjoni ta 2.7 miljun tablets 500mg Paracetemol bi skadenza ta' tliet snin ma ngħatatx lill-offerent li kellu l-orħos bidu li kellu l-offerta tiegħu tirrispetta fedelment il-kriterji kollha stabiliti fi tender document ?

Response (FENECH, TONIO)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel id-domanda tiegħu lill-Ministru responsabbli mis-Saħħa, l-Anzjani u l-Kura fil-Komunità.

Tender rigward Paracetemol

Question

Jista' l- Ministru jgħid għaliex it-tender maħruġ minn Ministeru tas-Saħħa għall-proviżjoni ta 2.7 miljun tablets 500mg Paracetemol bi skadenza ta' tliet snin ma ngħatatx lill-offerent li kellu l-orħos bidu li kellu l-offerta tiegħu tirrispetta fedelment il-kriterji kollha stabiliti fi tender document ?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Infurmat li kull tender li jiġi ppubblikat ikun evalwat skont il-kriterji pprovvduti fit-tender document. Għalkemm l-offerta msemmija kienet tissodisfa l-kriterji rigward speċifikazzjonijiet (jiġifieri Paracetamol 500mg tablets/capsules), din ma kinitx konformi mal-kundizzjonijiet mitluba fit-tender. Id-data tal-iskadenza tal-mediċina skont kif ikkwotata fid-dokument mill-offerent ma kinitx taqbel ma’ dik ta’ l-SPC (Summary of Product Characteristics). Barra minn hekk, il-prodott offrut ma jistax ikollu data ta’ skadenza (shelf life) aktar minn ⅓ skaduta. F’dan il-kaz, il-prodott offrut ried ikollu tal-anqas 40 xahar shelf life biex ikun aċċettabli minħabba l-fatt li skont l-SPC ix-shelf life totali tiegħu kienet 60 xahar.

SMEs — refund tal-micro credit

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta se jingħata r-refund tal-micro credit lil SMEs għas-sena 2010 Year of Assessment 2011?

Response (FENECH, TONIO)

Ninsab infurmat li l-kreditu ta’ taxxa għall-SMEs kwalifikanti ma jingħatax f’rifuzzjoni ta’ taxxa iżda dan iservi sabiex jitnaqqas kontra t-taxxa dovuta. Jekk ma jkunx hemm taxxa biżżejjed f’sena, id-differenża tiġi brought forward biex tintuża fis-sena suċċessiva.