Università ta' Malta — Fondi mill-Kumpanija SIB Laboratories Ltd
Question
Tista' l-Ministru tgħid kemm ingħatat flus s'issa l-Università ta' Malta sena b'sena mill-kumpanija SIB Laboratories Ltd u għaliex intużaw?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-Università ta’ Malta ingħatat is-somma ta’ €11,771 fis-sena 2011 mill-kumpanija Sib Laboratories Ltd u dawn intu¿aw għall-proġetti, li lista ta’ dawn il-proġetti qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. €500 minnhom ingħataw għall-Premio Salvatore Maugeri, liema premju ingħata fi Frar 2012 lil studenta.
Il-Kumpanija Sib Laboratories Ltd. tat sponsorship għall-
promotional discs
fl-2011 liema
sponsorship
jammonta għal €250 u
sponsorshi
p għal ¿ewġ riklami f’pubblikazzjonijiet tal-Università ta’ Malta, liema publikazzjonijiet huma relatati mal-proġetti tal-aħħar sena fil-Fakultà tal-Inġinerija, liema
sponsorship
jammonta għal €868.
Tista' l-Ministru tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista tal-ismijiet tal-istaff tal-Università ta' Malta li ntgħażlu biex ikunu fuq il-kumitat xjentifiku u tekniku tal-proġetti bis-sħab mal-kumpanija SIB Laboratories Ltd u Fondazzjoni Salvatore Maugeri?
Response (CRISTINA, DOLORES)
M’hemm ħadd mill-istaff tal-Università ta’ Malta fuq il-kumitat xjentifiku u tekniku tal-proġetti bi sħab mal-kumpanija Sib Laboratories Ltd u Fondazzjoni Salvatore Maugeri.
Jista' l-Ministru jgħid jekk l-Arriva bdiet iżżomm mal-ħinijiet stipulati fil-bus stops f'kull rota? Transport Malta qegħda tinforza dwar dan?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li mill-moniteraġġ li qed tagħmel Transport Malta fuq numru ta' rotot, jirriżulta li mill-1 ta' Jannar sal-24 t'April ta' din is-sena l-operatur eċċeda l-ħinijiet tal-iskeda b'aktar minn għaxar minuti fuq 7% tal-vjaġġi.
Infurmat ukoll li Transport Malta qed timponi multi fuq l-operat f'każijiet fejn dan id-dewmien ikun ripetut hekk kif stipulat ful-kuntratt li jirregola dan is-servizz
B’referenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 31319, tista’ l-Ministru tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tar-returns bi break down dettaljat tal-ispiża li saret fuq kull item tal-Vot Kapitali tal-Ministeru tagħha li ntbagħtu lill-Budget Office fil-Ministeru tal-Finanzi għal Diċembru 2010, għal Novembru 2011 u għal Diċembru 2011?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li r-returns li ntbagħtu lill-Budget Office huma kif mogħtija fit-tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 31319. Jidhirli li din l-informazzjoni hija eżawrjenti biżżejjed.
Tista’ l-Ministru tgħid kemm għajnuna finanzjarja nagħtat lill-NGOs taħt l-iskemi tal-Ministeru tagħha finanzjati mill-Vot ta’ Eco-Gozo fl-2010 u 2011? Tista’ tgħid din l-għajnuna lil liema NGOs ingħatat, kemm ħadet għajnuna kull NGO u għal liema skop ingħatat l-għajnuna f’kull każ?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għar-risposta ta' Mistoqsija Parlamentari Numru 31453. Inżid ngħid li l-iskop ta' din l-iskema għall-NGOs hu li dawn jikkontribwixxu għall-implimentazzjoni tal-Pjan t'Azzjoni tal-viżjoni Eko-Għawdex (2010-2012).
Tista' l-Ministur tgħid kemm għandha OB units il-Public Broadcasting Services? Tista' tgħid jekk dawn l-OB units humiex in good running order ? Jekk le, tista' tgħid kemm ilhom bil-ħsara?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Il-PBS għandha 2 OB Units. Wieħed ilu aktar minn 30 sena u huwa obsolete u l-ieħor għadu jintuża.
Tista' l-Ministru tgħid meta nxtraw l-OB Units li għandha l-Public Broadcasting Services u kemm qamu meta nxtraw?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-ebda wieħed miż-żewġ OB Units li għandha il-PBS ma nxtraw.
Wieħed ilu mill-1980 u huwa
obsolete
. Dan kien ingħata mill-Gvern Ġermaniż.
L-ieħor il-PBS akkwistatu meta ħadet over Channel 12.
Tista' l-Ministru tgħid jekk il-Public Broadcasting Services għandux ħaddiema li jaħdmu biss mal-OB Unit? Jekk fl-affermattiv, tista' tgħid kemm hemm minn dawn il-ħaddiema u f'liema skala qegħdin?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Il-Public Broadcasting Services m’għandux ħaddiema li jaħdmu biss mal-OB Unit.
Tista' l-Ministru tgħid kemm għandha cameras għall-filming tal-Public Broadcasting Services? Tista' tgħid meta nxtraw dawn il-cameras u kemm qamu? Tista' tgħid jekk kienx hemm xi cameras li ġew obsolete minħabba s-sistema diġitali? Tista' tgħid fil-każ li kien hemm cameras li ġew obsolete x'sar minnhom dawn il-cameras?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid meta se titnaddaf l-alka li hemm fil-bajja tal-Armier peress li għadha sal-lum ma tnaddfitx bil-konsegwenza li minħabba f'hekk qed jintilef ħafna ramel għax mhux qed ikun jista' jerġa' jiżdied b'mod naturali?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninsab infurmat li it-tindif tal-bajjiet mill-alka jsir skont programm imfassal appożitament u li beda aktar kmieni dan ix-xahar. Skont dan il-programm imsemmi, kien ippjanat li t-tindif tal-bajja tal-Armier jibda nhar il-Ġimgħa 27 ta’ April.
Jien infurmat li kuntrarjament għall-oservazzjoni tal-Onor. Interpellant, l-alka mhux talli ma ttellfix l-akkumolu tar-ramel, imma isservi biex tissalvagwardjah billi ma jinġarrx il-barra mill-mewġ qawwi waqt il-maltempati.
Jista' l-Ministru jgħid fiex waslet r-rikjesta mibgħutha mill-individwu li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, wara li huwa kien vittma tal-bomba li tpoġġiet fl-għassa tal-pulizija ta' Tas-Sliema fit-18 ta' Diċembru 1985 liema ittra riċentament kienet tinsab bħala talba ta' kompensazzjoni għand l-Avukat Ġenerali?
Response (SAID, CHRISTOPHER)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant sabiex jinforma lura d-data jew jibghat kopja tal-ittra li dwarha qieghed jaghmel referenza peress illi ma jirizultax li din l-ittra waslet ghand l-Avukat Generali.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 33633, jista' l-Ministru jispjega għaliex jekk ħaddiem jaħdem ma' employer fit-tliet tipi ta' xogħlijiet li jirrikjedu liċenzja irid iħallas tliet liċenzji minflok tkun liċenzja waħda inkluża jekk hux imqar għal finijiet ta' ħlas?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Nirriferi l-Onorevoli Interpellant għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 33633. Jekk l-Onorevoli Interpellant qiegħed jirreferi għal xogħlijiet taħt il-kappa ta’ Gwardjan Privat, intenni li:
“Kull Gwardjan Privat, irrispettivament mill-kategorija jew kategoriji li jinsab fihom, għandu biss iħallas għal liċenzja waħda skont Artikolu 7(2) tar-Regolamenti imsemmija. L-unika differenza minn kif kienu jsiru l-affarijiet qabel hija li l-liċenzja għandha tindika l-kategorija li għaliha jappartjeni d-detentur, hekk kif stabbilit minn Artikolu 7(3) tal-istess Regolamenti.”
Jista' l-Ministru jgħid kif jiġu assenjati l-kawżi ċivili bejn il-maġistrati? Min huma l-maġistrati u jekk jieħdux l-istess ammont ta' kawżi bejniethom u tal-istess natura?
Response (SAID, CHRISTOPHER)
Qrati Ċivili u Tribunal (Malta)
Ninforma lill-Onorevoli INterpellant li l-kawżi civili fil-Qorti tal-Maġistrati (Malta) jinqasmu kollha indaqs b’sistema ta’ roster. Dawn il-kawżi jinqasmu bejn il-Maġistrati: Dr Joseph Apap Bologna, Dr Consuelo Scerri Herrera, Dr Gabriella Vella u Dr Francesco Depasquale.
Rigward il-kawżi tat-Tribunal ta’ Reviżjoni Amministrattiva, il-kawżi kollha jiġi assenjati lill-Maġistrat Dr Gabriella Vella. Il-libelli ċivili jiġu assenjati kollha lill-Maġistrat Dr Francesco Depasquale.
Rigward it-tliet Bordijiet, jiġifieri Il-Bord li Jirregola l-Kera (RRB), il-Bord ta’ Arbitraġġ dwar Artijiet (LAB) u l-Bord dwar il-Kontroll tal-Kiri tar-Raba’ (RLCB) il-kawżi jinqasmu hekk: RRB u LAB jiġu assenjati lill-Maġistrat Dr Giovanni Grixti filwaqt li dawk ta’ l-RLCB jiġu assenjati lil Magistrat Dr Francesco Depasquale.
Qrati Ċivili (Għawdex)
Is-S.T.O. Prim Imħallef jassenja l-kawżi ċivili bejn il-Maġistrati.
Fil-Qorti tal-Maġistrati (Għawdex), il-kawżi ċivili jieħdu konjizzjoni tagħhom il-Maġistrat Dr Paul Coppini u l-Maġistrat Dr Josette Demicoli.
Preżentement, il-kawżi ċivili jinqassmu hekk: il-Maġistat Demicoli tieħu konjizzjoni tal-kawżi Superjuri u Inferjuri kollha; mentri li tal-Familja jinqassmu nofs bin-nofs mal-Maġistrat Coppini.
Il-Magistrat Demicoli tieħu wkoll konjizzjoni tar-rikorsi kollha li jidħlu fil-Qorti tal-Maġistrati (Għawdex), Ġurisdizzjoni Volontarja.
Jista' l-Ministru jgħid kemm għandhom kawżi ċivili pendenti kull maġistrat u kemm hemm minn dawn il-kawżi li ilhom pendenti għal aktar minn ħames snin?
Response (SAID, CHRISTOPHER)
Qrati Ċivili u Tribunali (Malta)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li n-numru ta’ kawżi ċivili pendenti ta’ kull Maġistrat u kemm hemm minn dawn il-kawżi li ilhom pendenti għal aktar minn ħames snin huma s-segwenti:
Maġistrat Dr Joseph Apap Bologna
Tip ta’ kawża
Nru. ta’ kawżi pendenti
Pendenti għal iktar minn 5 snin
Tal-Maġistrati (Ċivili)
333
100
Bord li Jirregola l-Kera
8
8
Bord dwar il-Kontroll tal-Kiri tar-Raba’
5
5
Total
346
113
Maġistrat Dr Giovanni Grixti
Tip ta’ kawżaNru. ta’ kawżi pendentiPendenti għal iktar minn 5 snin
Tal-Maġistrati (Ċivili)
22
16
Bord li Jirregola l-Kera
410
82
Bord dwar il-Kontroll tal-Kiri tar-Raba’
25
23
Bord ta’ l-Arbitraġġ dwar Artijiet
175
79
Total
632
200
Maġistrat Dr Consuelo Scerri Herrera
Tip ta’ kawżaNru. ta’ kawżi pendentiPendenti għal iktar minn 5 snin
Tal-Maġistrati (Ċivili)
130
6
Total
130
6
Maġistrat Dr Gabriella Vella
Tip ta’ kawżaNru. ta’ kawżi pendentiPendenti għal iktar minn 5 snin
Tal-Maġistrati (Ċivili)
263
76
Tribunal ta’ Reviżjoni Amministrattiva
365
0
– Tribunal beda jiffunzjona fl-2009
Total
628
76
Magistrat Dr Francesco Depasquale
Tip ta’ kawżaNru. ta’ kawżi pendentiPendenti għal iktar minn 5 snin
Tal-Maġistrati (Ċivili)
297
20
Bord li Jirregola l-Kera
16
6
Bord dwar il-Kontroll tal-Kiri tar-Raba’
66
28
Bord ta’ l-Arbitraġġ dwar Artijiet
3
0
Total
382
54
Qrati Ċivili (Għawdex)
Il-kawżi ċivili pendenti fil-Qorti tal-Maġistrati (Għawdex) huma hekk:
Ara PL 9691 li tpoġġiet nhar it-Tlieta, 02 ta’ Mejju 2012 fis-Seduta 467.
Jista' l-Ministru jgħid, mill-maġistrati, minn minnhom jagħmlu inkjesti kriminali? Kemm għandhom pendenti kull maġistrat u kemm ilhom pendenti għal aktar minn sena.?
Response (SAID, CHRISTOPHER)
Qrati Kriminali u Tribunal (Malta)
Il-Magistrati kollha huma assenjati li jaghmlu inkjesti Magisterjali minbarra Magistrat wiehed li mhux assenjat jaghmel dan ix-xoghol. u Magistrat iehor li ghad irid jigi assenjat ix-xoghol lilu.
It-tabella ta’ hawn taht turi kemm il-inkjesta ghandhom pendenti kull Magistrati sal-31 ta’ Marzu, 2012. It-tieni kolonna ta’ din it-tabella turi kemm ghandhom inkjesti pendenti sad-data imsemmija fil-waqt li t-tielet kolonna turi kemm minn dawn l-inkjesti gew introdotti qabel is-sena 2010 u ghadhom pendenti.
Magistrati - MALTA
Inkjesti Pendenti sal-31 ta’ Marzu 2012
Li Minnhom gew Introdotti qabel Dicembru 2010
Mag. A. Mizzi
42
7
Mag. J. Apap Bologna
381
333
Mag. J. Padovani
52
44
Mag. A. Micallef Trigona
82
47
Mag. G. Grixti
50
22
Mag. C. Scerri Herrera
21
NIL
Mag. M. Hayman
198
139
Mag. A. Vella
49
3
Mag. A. Demicoli
52
29
Mag. E. Grima
93
7
Mag. D. Clarke
50
5
Mag. G. Vella
75
22
Mag. C. Stafrace Zammit
115
52
Mag. M. Farrugia
127
122
Mag. F. Depasquale
78
31
Mag. N. Camilleri
22
NIL
Qrati Kriminali (Għawdex)
Maġistrat
Total globali ta’ inkjesti pendenti **
Inkjesti li ilhom pendenti għal iktar minn sena ^^ + $$
Maġ. Dr D. Montebello
19
19
Maġ. Dr J. Apap Bologna
9
9
Maġ. Dr C. Peralta
7
7
Maġ. Dr P. Coppini
191
166
Maġ. Dr A. Micallef Trigona
56
56
Mag. Dr J. Demicoli
60
45
Total fil-Qorti ta’ Għawdex
342
302
Din l-istatitika hija sal-31 ta’ Marzu 2012
** jinkludi fih l-ammont indikat fil-kolonna testata “
Inkjesti li ilhom pendenti għal iktar minn sena.”
^^
kompriż fil-kolonna testata
“Total ta’ inkjesti pendenti”
$$ is-sena qed tiġi meħuda mis-27 ta’ April 2011 u qed tittieħed mid-data li fiha jkun ġie preżentat fir-Reġistru tal-Qorti r-rapport tal-ispettur tal-pulizija.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm kawżi tad-distrett kriminali pendenti quddiem il-maġistrati u jekk il-maġistrati kollha jagħmlux xogħol tad-distrett?
Response (SAID, CHRISTOPHER)
Qrati Kirminali u Tribunali (Malta)
Quddiem il-Qorti tal-Magistrati (Malta) bhala Qorti ta’ Gudikatura Kriminali, sal-ahhar ta’ Frar, 2012, kien hemm 4,162 pendenti, li minnhom 3,917 huma attivi u 245 sine die.
Fuq l-ahhar parti tal-mistoqsija, mhux il-Magistrati kollha jaghmlu xoghol tad-distrett.
Qrati Kriminali (Għawdex)
Maġistrat
Kawżi tad-Distrett Kriminali pendenti
Dr Neville Camilleri
241
Dr Paul Coppini
0
Dr Josette Demicoli
1
Dr Edwina Grima
23
Dr Giovanni Grixti
5
Total
270
Informazzjoni mogħtija sal-31 ta’ Marzu 2012.
Fil-Qorti tal-Maġistrati (Għawdex) Maġistrat wieħed biss (Dr Neville Camilleri) jieħu konjizzjoni tal-kawżi tad-Distrett.
Il-kawżi tad-Distrett li hemm pendenti quddiem il-Maġistrati l-oħra qiegħdin hekk peress illi dawn il-Maġistrati peress illi dawn l-istess Maġistrati kienu jaħdmu fil-Qorti ta’ Għawdex (Maġistrati Grima u Grixti) jew għax ikunu ġew assenjati lilhom wara astensjoni minn xi Maġistrat ieħor (bħal fil-kawża li hemm għand il-Maġistrat Demicoli).