Jista' l-Ministru jgħid min hi l-kumpanija jew kumpaniji li qed jieħdu ħsieb il-manutenzjoni tal-art bil-madum fl-Isptar Mater Dei? Kemm kienet in-nefqa totali għall-manutenzjoni tal-madum inkluż spejjeż in konnessjoni mal-sysmic joints minn meta fetaħ l-isptar sal-aħħar tal-2011?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li l-kumpaniji Juris Klavins u Building & Management Services Ltd kellhom jew/u għandhom kuntratti għal-manutenzjoni tal-art bil-madum u sysmic joints, filwaqt li l-kumpanija Mekanika Ltd kellhom jew/u għandhom kuntratti għal-manutenzjoni ta’ sysmic joints fir-ring road ta’ madwar l-isptar.
In-nefqa totali għall-manutenzjoni tal-madum inkluż spejjeż konnessi mas-
sysmic joints
minn meta nfetaħ l-isptar sa l-aħħar tas-sena 2011 kien ta’ madwar €39,619.00.
estensjoni tal-power station — taħriġ dwar makkinajru mid-Danimarka
Question
Jista' l-Ministru jgħid x'qed iżomm lid-Daniżi li mingħandhom inxtrat s-sistema riċenti għall-estensjoni tal-power station milli jagħtu taħriġ serju fuq it-tħaddim tal-istess stante illi l-korsijiet li ngħataw kienu qosra u skjetti?
Response (FENECH, TONIO)
Ninsab infurmat illi t-taħriġ li qed jiġi pprovdut s’issa huwa ta’ livell addattat u jkopri l-aspetti kollha neċessarji fuq l-operazzjoni tal-impjant u ġie magħmul apposta għall-operators bl-esperjenza fuq l-operat tal-power stations. Dan it-taħriġ se jitkompla fuq ix-xogħol innifsu iktar 'il quddiem qabel ma’ l-Enemalta tieħu l-impjant f’idejha.
Ta' Xbiex, Imsida u Birkirkara — toroq li għandhom bżonn wiċċ ġdid
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk Triq ix-Xatt ġewwa Ta' Xbiex/Imsida, Triq Ellul Mercer ġewwa Ta' Xbiex/Imsida u Valley Road f'Birkirkara, hemmx xi ħsieb li jingħataw xi wiċċ ġdid?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li Triq ix-Xatt ġewwa Ta' Xbiex/Imsida hija triq li taqa' taħt ir-responsabbilità tal-Kunsill Lokali. Madankollu se jingħata wiċċ ġdid minn Transport Malta f'parti sostanzjali minnha. Fil-ġimgħat li ġejjin se jsir ukoll xogħol f'Misraħ Ellul Mercer ġewwa l-Imsida. Għalissa mhemmx pjan li Valler Road f'Birkirkara tingħata wiċċ ġdid.
Qajjenza — Limiti ta' Birżebbuġa - applikazzjonijiet għal ftuħ ta' spiżerija
Question
Jista' l-Ministru jgħid għaliex l-applikazzjonijiet li hemm pendenti għal ftuħ ta' spiżerja fil-Qajjenza fil-limiti ta' Birżebbuġa għadhom pendenti minkejja li ilhom is-snin pendenti u l-popolazzjoni tal-Qajjenza llum ssuperat l-2,000 ruħ?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li Il-ħruġ tal-liċenzji għall-spiżeriji jsir skont l-Avviż Legali numru 279/2007 ‘Regolamenti ta’ l-2007 dwar il-Liċenzi għall-Ispiżeriji’ kif amendata mill-Avviż Legali 81/2008 u l- Avviż Legali 198/2010.
Skont Regolament numru 4(2) ta’ dan l-Avviż Legali, f’kull belt jew raħal l-għadd ta’ spiżeriji m’għandux jeċċedi l-proporzjon ta’ spiżerija għal kull elfejn u ħames mitt abitant, u n-numru ta’ abitanti huwa dak kif ippublikat mill-Ufficju Nazzjonali tal-Istatistika.
Skont l-istess avviż legali “‘belt’ tfisser lokalita’, inlużi l-irħula żgħar kollha u żoni tal-madwar, li jkollhom kunsill lokali jew kumitat hekk appuntant taħt l-Att dwar Kunsilli Lokali, u ‘raħal’ għandha tiftiehem bl-istess mod.”
Għal din il-fini iż-żona tal–Qajjenza tagħmel parti mill-lokalita’ u għalhekk mal-Kunsill Lokali ta’ Birżebbuġa.
Skont l-aħħar rapport demografiku tal-Uffiċju Nazzjonali tal-Istatistika pubblikat fit-8 ta’ Novembru 2011, in-numru ta’ abitanti totali fil-lokalita ta’ Birżebbuġa huwa ta’ 9,304 .
Fil-lokalita ta’ Birżebbuġia bħal issa hemm tlett spiżeriji li huma liċenzjati.Għalhekk sa issa għad ma hemmx lok u bażi legali għal ħruġ ta’ liċenzja oħra ġidida fil-lokaltita ta’ Birżebbuġa peress li skont l-Avviż Legali 279/2007 kif amendat, biex tkun tista’ tinħareġ liċenzja oħra, l-popolazzjoni fil-lokalita’ ta’ Birżebbuġa trid tlaħħaq l-10,000 ruħ.
Jista' l-Ministru jgħid jekk hux qed tiġi mmonterjata r-rotta 82 tal-Kumpanija Arriva? Jista' jgħid x'inhu jsir sabiex ir-residenti tal-Birżebbuġa ma jkollhomx dewmien ta' sagħtejn jew aktar għal dan is-servizz?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li Transport Malta kienet qiegħda tissorvelja kontinwament ir-rotta 82 mis-27 ta' Frar sal-15 t'April 2012, kemm bejn is-sebgħa u l-ħdax ta' filgħodu u wara nofsinhar bejn is-sagħtejn u l-ħamsa.
Infurmat ukoll li kif jirriżulta minn dan l-istħarriġ li sar fuq medda ta' 49 ġurnata kien hemm:
a) 1.95% biss tal-vjaġġi li kienu tard tant li kien hemm stennija ta' bejn 40 u 44 minuta; u
b) 0.73% tal-vjaġġi kienu tard tant li kien hemm stennija ta' madwar siegħa.
Transport Malta baqgħet tissorvelja din ir-rotta u qiegħda tieħu azzjoni hekk kif inhu stiġulat fil-kuntratt bejn Transport Malta u Arriva. Sadattant ġew applikat il-multi applikabbli għal dawn l-episodji.
Transport Malta — Chief Executive Officers - personal assistants
Question
Jista' l-Ministru jgħid min fejn ġie ngaġġat il-personal assistant taċ-chief executive officers għal mat-Transport Malta? Jista' jgħid jekk kenitx inħarġet call for application għal din il-post? Jista' jgħid x'tip tax-xogħol qed jesegwixxi? Jista' jindika kemm hu s-salarju flimkien mal-benefiċċji provduti lilu?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li ma ġiex ingaġġat personal assistant għaċ-chief executive officer.
Jista' l-Ministru jgħid għaliex il-pagi taċ-chief officers mhux qed jinħadmu mill-accounts department ta' Transport Malta? Jista' jgħaddi rendikont ir-raġuni wara din is-sikurezza kollha? Jista' jgħid għaliex l-awtorità qed tidħol fi spejjeż żejda meta qed tħallas lill-kumpanija Price Water House Cooper sabiex jiġu maħduma dawn is-salarji? Jista' jgħid kemm Transport Malta ħallset lil din il-kumpanija sal-lum sabiex ikunu jistgħu jinħadmu dawn is-salarji?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li hija prattika komuni li salarji fi gradi ta' top u/jew senior management jinħadmu minn kumpaniji privati. Minn Marzu 2010 sa Marzu 2012 Transport Malta ħallset lill-PriceWaterHouseCoopers is-somma ta' €9,225 għal servizz ta' payroll tat-top u senior management.
Jista' l-Ministru jgħid x'kien in-numru ta' familji li kienu qed iservu bħala foster carers, kull sena, mill-2006 sal-2011 u kemm kien in-numru ta' tfal (subien, bniet u total) li kull sena kienu qed jingħataw dan it-tip ta' servizz?
Response (SAID, CHRISTOPHER)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-ammont ta’ familji li kienu qed iservu bhala foster carers kull sena mill-2006 sal-2011, kif ukoll l-ammont ta’ tfal (subien u bniet) li kienu qed jinghataw dan is-servizz matul is-snin imsemmija, jidher fit-tabella hawn taht:
Foster Carers
Children
SENA
Fostering Families
Girls -Boys - TOTAL
2006
159
82- 104 -186
2007
155
77 - 96 -173
2008
160
79 -81 -160
2009
187
103 -92 -195
2010
198
106 -106 -212
2011
228
127 -132 -259
Jista' l-Ministru jgħid x'għajnuna:
a)
allowances
imħallsa taħt l-Att dwar is-Sigurtà Soċjali dwar tfal lill-istituzzjonijiet tal-Knistja u entitajiet oħra;
b) foster care allowance imħallas taħt l-Att dwar is-Sigurtà Soċjali lill-familji; u
ċ) għajnuna finanzjarja mill-vot għall-NGOs taħt il-Ministeru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali) ipprovda l-gvern, kull sena, mill-2006 sal-2011 lill-istituzzjonijiet tal-Knisja, lil entitajiet oħra u lil foster carers għat-tfal li jieħdu ħsieb?
Response (SAID, CHRISTOPHER)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li:
a) l-allowances imħallsa taħt l-Att dwar is-Sigurtà Soċjali lil tfal f’istituzzjonijiet tal-Knisja u entitajiet oħra huma, il-Foster Care Allowance li jammonta għal €70 fil-gimgħa għal kull tifel jew tifla u fejn ikun hemm persuna b’diżabilita jingħata wkoll l-Allowance għal tfal b’diżabilita’ li jammonta għal €16.31 fil-ġimgħa għal kull tifel jew tifla ;
b) l-allowances imħallsa taħt l-Att dwar is-Sigurtà Soċjali lit-tfal li jgħixu mal-familji huma l-istess bħal dawk imsemmija hawn fuq, jiġifieri il-Foster Care Allowance li jammonta għal €70 fil-ġimgħa għal kull tifel jew tifla u fejn ikun hemm diżabilita jingħata l-Allowance għal tfal b’diżabilita’ li jammonta għal €16.31 fil-ġimgħa.
c) Din l-għajnuna finanzjarja mqassma kif mitlub fil-mistoqsija parlamentari, mqassma sena sena, mis-sena 2006 tinsab fit-tabelli li qed titpogga fuq il-mejda tal-Kamra.
istituzzjonijiet tal-Knisja — għajnuna finanzjarja
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-gvern jipprovdix ukoll għajnuna finanzjarja taħt voti speċifiċi taħt il-Ministeru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali lil xi istituzzjonijiet tal-Knisja jew entitajiet oħra u jekk fl-affermattiv għaliex tingħata din l-għajnuna?
Response (SAID, CHRISTOPHER)
Qed inpoggi fuq il-mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Awtorità tad-Djar — għotijiet finanzjarji lil NGOs
Question
Jista' l-Ministru jgħid minn mindu l-Awtorità tad-Djar tagħmel għotijiet finanzjarji lil NGOs u minn meta bdiet tagħmel dawn l-għotjiet, liema NGOs ingħataw dawn l-għotjiet kull sena minn mindu bdew jingħataw sal-2011 u kemm kull NGO ingħatat flus?
Response (SAID, CHRISTOPHER)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba tinsab hawn taht:
Lista' ta NGO's li inghataw flus
2006
2007
2008
2009
2010
2011
€
€
€
€
€
€
Istitut Gesu Nazzarenu Zejtun
-
9,509.94
15,899.83
-
-
-
Dar Parrokjali San Gorg Ghawdex
-
-
2,329.37
-
-
-
YMCA
13,754.98
6,788.56
34,946.87
23,287.46
-
-
Hospice Movement
-
-
28.00
-
-
-
Dar l-Emigranti
-
6,789.19
21,743.54
3,765.27
-
-
Sacred Heart Home
-
-
6,622.41
-
-
-
Young Women's Christian Association (YWCA)
-
-
15,000.00
-
-
-
Dar Nazareth Zejtun
-
-
10,997.32
-
47,237.07
-
Conservatario Vincenzo Bugeja
-
-
-
8,000.00
8,305.61
-
Dar Guzeppa Debono
-
-
-
11,646.87
-
-
Dar Merbha Bik
-
-
-
29,171.42
26,495.96
5,000.00
Mid-Dlam ghad-dawl
-
8,420.68
-
5,065.49
8,889.80
5,146.25
Richmond Foundation
221.29
16,541.82
-
-
13,479.27
9,692.50
Caritas Malta
-
-
-
-
3,354.30
3,354.30
Victim Support Group
-
-
-
-
1,000.76
-
Ejjew Ghandi - Children's Home
-
-
-
-
5,000.00
-
Suret il-Bniedem
-
22,789.12
9,317.49
-
-
-
Sorijiet Frangiskani tal-Qalb ta' Gesu
-
11,646.87
-
-
-
-
Fondazzjoni Arka
-
8,152.81
-
-
-
-
Ir-Raghaj Tieghi
-
6,988.12
-
-
-
-
Qaddejja tac-Cenaklu
-
6,988.12
-
-
-
-
Kapuccini Frangiskani
9,317.49
-
-
-
-
-
Commission for Persons with Disability
-
-
-
-
-
10,000.00
Equal Partners Foundation
-
-
-
-
-
1,630.00
Child Care Centre Zejtun
-
-
-
-
-
11,925.00
Puttinu Cares Foundation
-
-
-
-
-
714.50
Inspire
-
-
-
-
-
13,215.40
Dar Sagra Familja
-
-
-
-
-
6,679.58
Ursuline Sisters
-
-
-
-
-
5,300.00
23,293.76
104,615.23
116,884.83
80,936.51
113,762.77
72,657.53
Jista' l-Ministru jgħid jekk l-Awtorità tad-Djar tgħinx NGOs fil-kiri ta' appartamenti jew fondi oħra u jekk fl-affermattiv minn meta bdiet dan? Liema NGOs ibbenefikaw u kemm kienet l-għajnuna, kull sena sal-2011, li dawn l-NGOs ingħataw?
Response (SAID, CHRISTOPHER)
Ninforma lill-Onoerevoli INterpellant illi l-informazzjoni mitluba tinsab fit-tabella indikata hawn taht:
Lista' ta NGO's li jinghataw ghajnuna
Data minn meta bdiet tinghata l-ghajnuna
Ghajnuna li tinghata
Sussidju fuq il-kera (ammont annwali)
€
Inspire
30-May-11
1,334.80
Richmond Foundation
08-Aug-11
1,949.00
Equal Partners Foundation
25-May-10
3,235.00
Multiple Sclerosis
29-Apr-11
1,500.00
Multiple Sclerosis
29-Apr-11
1,815.00
Victim Support Group
12-Jan-11
809.00
Jista' l-Ministru jgħid, minn mindu twaqqaf il-commuted parking scheme, li tħallsu minn żviluppaturi u oħrajn fuq żvilupp ġo Ta' Sliema, cioè mill-bidu sallum, kemm huwa t-total ta' fondi tul dan iż-żmien, kemm tnefqu ġo Ta' Sliema stess u kemm għad fadal flus f'dan il-fond? Kien hemm fondi li nġabru minn ġo żviluppi f'Ta' Sliema u ġew allokati ġo lokalitajiet oħra?
Response (DEMARCO, MARIO)
Ninforma lill-Onor Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar u tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid fejn waslet t-talba tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament li applika għal post alternattiv?
Response (SAID, CHRISTOPHER)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-applikazzjoni tal-applikant in kwestjoni hija proċessata mal-applikazzjonijiet l-oħra għall-akkomodazzjoni alternattiva.
Jista’ l-Ministru jagħti rendikont sħiħ ta’ kif, minn min u lil min il-qbiela tar-raba li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament inqalbet matul dawn l-aħħar għaxar snin?
Response (AZZOPARDI, JASON)
Ninsab infurmat illi r-raba’ li d-dettalji tiegħu intbagħat separatament kien trasferit lill-Gvern permezz tal-Ftehim tal-1991 ta’ bejn is-Santa Sede u l-Gvern Malti. Meta r-raba’ kien trasferit lill-Gvern, il-qbiela kien jitħallas mill-persuna. F’Awwissu tal-2007, din il-persuna għamlet skrittura privata fejn ċediet il-qbiela lit-tifla tagħha. A bażi ta’ din l-iskrittura privata, f’ Ottubru tal-2007, id-dipartiment irrikonoxxa lil din il-persuna fil-qbiela ta’ dan ir-raba’.
Jista' l-Ministru jgħid kemm saru ilmenti lill-Kummissarju għall-Protezzjoni tad-data mis-sena 2002 sas-sena 2008 u f'kemm minn dawn l-ilmenti l-kummissarju sab ksur u x'kien l-eżitu? Jista' jgħid fil-konfront ta' min saru dawn l-ilmenti?
Response (SAID, CHRISTOPHER)
Dwar l-informazzjoni mitluba għas-snin 2007 u 2008, kif ukoll dwar x’kien l-eżitu, nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-Tweġiba li jien tajt għal Mistoqsija Parlamentari Numru 33483.
Ninsab infurmat li l-Att dwar il-Protezzjoni u l-Pivatezza tad-
Data
daħal fis-seħħ fil-15 ta’ Lulju 2003, u li bejn dik id-data u l-aħħar tas-sena 2006 l-Uffiċċju tal-Kummissarju għall-Informazzjoni u l-Protezzjoni tad-Data, irċieva total ta’ 107 ilment.
Ninsab infurmat ukoll li l-kumplament tal-informazzjoni mitluba hi kif tidher fit-Tabelli li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jagħti dettalji dwar it-tender tat-tneħħija tal-asbestos mill-fabbriki u cioè jekk sarx rapport dwar kemm hija gravi jew anqas gravi l-problema tal-asbestos fil-fabbriki? Kemm jiswa dan it-tender? Kemm kien hemm persuni jew entitajiet li tefgħu t-tender? Min ingħata dan it-tender?
Response (FENECH, TONIO)
Ninsab infurmat illi t-tneħħija tal-asbestos mill-fabbriki qeda issir abbażi ta’ rapport li kien sar fl-2008 permezz ta’ tender bl-isem Tender for the Surveying M.I.P Properties for the Presence of Asbestos Contaminated Material, liema tender kien ġie ippublikat mid-Dipartiment tal-Kuntratti fl-2007. Dan it-tender kien ġie mogħti lil ADI Associates Environmental Services Ltd għall-prezz ta’ €507,803.40 fid-19 ta’ Settembru 2008.
Għat-tneħħija tal-
asbestos per se
, inħargu żewġ tenders. Dettalji qed jitpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 33791 u jikkonferma jew le jekk il-liċenzja ta' vetturi bil-Y number plate għoliet minn €86 għal €450 fis-sena b'effett mis-sena 2012? Jista' jgħid jekk inbidlux ir-regolamenti għall-ħruġ ta' liċenzji ta' Y number plate vehicles fis-sens li issa r-requirment ta' fond biex il-vettura tkun iggaraxxjata spiċċat? Jekk dan huwa l-każ ma jidirlhux li dan it-tibdil joħloq kompetizzjoni inġusta għax min akkwista vettura s-sena li għaddiet kellu jidħol f'investiment qawwi ta' xiex ta' proprjetà u dawk li jakkwistaw liċenzja issa m'għandhom għalfejn? Dan it-tibdil ġie diskuss ma xi entità?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li fil-budget għas-sena 2009, il-Gvern kien ħabbar tibdil fl-ammont ta' ħlas ta' liċenzji tal-vetturi u dan b’effett mill 1 ta’ Jannar 2009. B’riżultat ta’ dan, żdied il-ħlas tal-liċenzji tal-vetturi kollha għall-ġarr ta’ passiġġieri li għandhom sa tmien sedili minbarra s-sedil tax-xufier, kemm dawk privati, kif ukoll dawk bil-pjanci ‘Y’ (misjuqa minn xufier b’kiri jew b’kumpens). Vetturi reġistrati u liċenzjati qabel l-ewwel ta' Jannar tas-sena 2009, bdew iħallsu l-liċenzja tagħhom skont it-tip ta' fuel tal-magna (petrol jew diesel), iċ-ċilindrata u skont id-data ta' manifattura tal-vettura; filwaqt li vetturi reġistrati wara l-ewwel ta' Jannar tas-sena 2009, bdew iħallsu il-liċenzja tagħhom skont it-tip ta' fuel tal-magna (petrol jew diesel), l-ammont ta’ CO2 u Particulate Matter u skont id-data ta' manifattura tal-vettura.
Għaldaqstant, b’risposta għall-ewwel parti tal-mistoqsija, vetturi bil-pjanci ‘Y’ (misjuqa minn xufier b’kiri jew b’kumpens), li kienu jħallsu liċenza annwali ta’ €86.15, bdew iħallsu ammont ta’ liċenzja skont il-parametri indikati hawn fuq u mhux rata waħda kif qed jallega l-Interpellant.
Fir-rigward tat-tieni parti tal-mistoqsija, l-aħħar provediment fir-regolamenti li jipprovdi fejn vetturi bil-pjanċa ‘Y’ jistgħu jinżammu waqt li dawn ma jkunux qed jintużaw biex jipprovdu servizz daħal fis-seħħ fis-sena 2009, bis-saħħa tal-Avviż Legali 319 tal-2009. Ir-regolament in kwistjoni japplika għal vetturi għall-ġarr ta’ passiġġieri b’kiri jew b’kumpens li għandhom aktar minn tmien sedili minbarra s-sedil tax-xufier u jipprovdi li l-operaturi ta’ tali vetturi għandhom jiżguraw li kull vettura għall-ġarr tal-passiġġieri fl-operat tagħhom skont il-liċenzja tal-operatur għandha, f’kull ħin meta ma tkunx qed tintuża:
(a) tinażamm fil-garaxx; jew
(b) ma tkunx ipparkjata fit-triq; jew
(c) tkun ipparkjata f’post adatt li ma jkunx f’distanza ta’ ħames metri minn tarf ta’ xi binja, sew jekk abitata sew jekk le, jew kull struttura oħra li għandha xi valur storiku jew kulturali.
Dan ir-regolament kien dahal fis-seħħ wara konsultazzjoni mas-settur.
Fil-preżent Transport Malta qegħda wkoll għaddejja f’diskussjonijiet mar-rappreżentanti tal-operaturi ta’ vetturi bil-pjanċa ‘Y’ li għandhom sa tmien sedili minbarra s-sedil tax-xufier, bil-għan li twettaq tibdiliet simili f’qafas ta’ riforma aktar wiesgħa li hija ppjanata għal dan is-settur ukoll.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 33801, jista' l-Ministru jagħti indikazzjoni u data approssimattiva meta l-approvazzjoni finali tal-pharmacy technicians se tiġi approvata?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li l-pharmacy technicians issa ġew approvati u ġew ikkuntattjati sabiex jindikaw jekk humiex interessati f’din il-kariga.