Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm social assistants (helpers) impjegati mal-Ministeru tiegħu? Jista’ jgħid dawn fejn hu assenjat x-xogħol tagħhom u x’inhu x-xogħol qed jagħmlu?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li bhalissa hemm 594 social assistants imjegati mal-gvern li jaħdmu f’Home Help, Day Centres, Caring Duties u Cleaning Duties, Clerical, Driving, Handyman, Laundry, Hairdresser, Kitchen u Maintenance & General Other Duties. Dawn is-social assistants huma allokati fid-diversi postijiet tax-xoghol marbuta mal-Ministeru tas-Saħħa, l-Anzjani u Kura fil-Komunità.
Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra xi problemi nqalgħu fir-rigward tat-tender tal-Katakombi ta' San Pawl fir-Rabat? Jista' jikkonferma jew jiċħad jekk kienx hemm dewmien sostanzjali biex dan il-proġett jitlesta u allura jekk hemmx il-possibilità li dawn il-fondi jintilfu?
Response (DEMARCO, MARIO)
Ninsab infurmat li t-tender imsemmi ġie ppubblikat fil-15 t’April 2011 u l-ewwel deċiżjoni għall-kanċellazzjoni minħabba raġunijiet amministrattivi kienet ippubblikata fl-10 t’Awwissu 2011.
Wieħed mill-kuntratturi appella minn din id-deċiżjoni. L-appell instema fl-10 t’Ottubru 2011 u ntlaqa’ b’deċiżjoni ppubblikata fil-31 t’Ottubru 2011. Għalhekk reġa’ beda l-proċess ta’ evalwazzjoni, din id-darba dik teknika. Il-Bord f’dan l-istadju ukoll irrakomanda li t-tender għandu jiġi kkanċellat. Din id-deċiżjoni ġiet ippublika mid-Dipartiment tal-Kuntratti fit-8 ta’ Marzu 2012. Din id-darba ma’ sar l-ebda appell, iżda l-kuntrattur involut ħass li minflok għandu jibda proċeduri fil-qorti, b’mandat ta’ inibizzjoni sabiex jitwaqqaf il-proċess ta’
tendering
. Dan il-każ instema fis-27 ta’ Marzu 2012 iżda l-qorti b’deċiżjoni tat-2 ta’ April 2012 ma laqgħetx il-mandat .
It-tender għalhekk se terġa’ tiġi ppubblikata mill-ġdid mid-Dipartiment tal-Kuntratti fil-ġranet li ġejjin sabiex ix-xogħol ikun jista’ jsir fiż-żmien stabbilit fil-proġett tal-ERDF.
Jista' l-Ministru jinforma liema huma l-proġetti ta' Heritage Malta li kellhom jitwaqqfu in vista tar-reviżjoni 'l isfel fil-voti/fondi li jingħataw mill-gvern lil Heritage Malta?
Response (DEMARCO, MARIO)
Ninsab infurmat li Heritage Malta ma sofriet l-ebda reviżjoni mill-vot kapitali mogħti lilha għal din is-sena.
Jista' l-Ministru jara jekk l-anzjan li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, hux qed jieħu l-pensjoni li ħaqqu peress li din mhux qed tirrifletti l-bolla li kien iħallas?
Response (SAID, CHRISTOPHER)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-persuna ndikata minnu ġiet infurmata bil-miktub dwar il-każ tagħha.
Jista' l-Ministru jgħid liema huma l-lokalitajiet li għandhom s-servizz tal-Ispiżerija tal-Għażla Tiegħek? Kemm ilhom b'dan is-servizz? Liema huma l-lokalitajiet li għad m'għandhomx dan is-servizz?
Response (CASSAR, JOSEPH)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm huma l-fondi speċjali li l-gvern kien ta bħala għajnuna għall-kunsilli lokali? Min kienu dawn il-kunsilli? Kemm talbu huma? Liema huma dawk il-kunsilli lokali li talbu fondi speċjali u l-gvern ma laqgħax it-talba tagħhom?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi matul l-2009 il-Gvern għadda €565,000 lil 20 kunsill lokali permezz tal-iskema Fondi Speċjali għal Lokalitajiet bi Bżonnijiet Speċjali. Intant matul l-2010 il-Gvern għadda €538,000 lil 25 Kunsill Lokali taħt l-istess skema. Qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba i.e. lista tal-kunsilli lokali li bbenefikaw u kemm talbu oriġinalment għas-snin 2009 u 2010 kif ukoll lista ta’ kunsilli lokali li applikaw iżda ma bbenefikawx mill-iskema għas-snin 2009 u 2010.
Attachments:33609 - Tabella B - Ghajnuna.xls33609 - Tabella A Ghajnuna.xls
Malta Enterprise — Raba tal-wara l-Fabbrika tal-Gozitano
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk ix-xogħol ta' trail holes u x-xogħol ieħor li milli jidher qed tagħmel il-Malta Enterprise fir-raba li hemm wara l-fabbrika tal-Gozitano fit-Triq Mġarr, Xewkija, Għawdex huwiex kopert mill-permessi neċessarji? Jekk hemm dawn il-permessi, jista' jgħid d-dettalji tagħhom?
Response (DEMARCO, MARIO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ma tirriżulta ebda applikazzjoni pendenti jew permess ta' żvilupp sabiex isir xi żvilupp fuq dan is-sit li hu identifikat bħala Żona Industrijali skond l-Pjan Lokali għall-Għawdex. Pero minn stħarriġ li sar mal-Malta Industrial Parks, tal-Malta Enterprise, jirriżulta illi verament kienu saru 'soil testing holes' xi żmien ilu bħala parti minn 'feasiblity studies' qabel tkun sottomessa xi applikazzjoni ta' żvilupp. Tali xogħol jikkwalifika bħal żvilupp permess mingħajr il-ħtieġa ta' notifika (DNO) taħt Classi 13. (Sondaġġ minerali u geologiku).
Servizz ta' skrivan biex Għawdxin iħallsu l-liċenzja tal-kaċċa u l-insib
Question
Jista' l-Ministru jgħid għaliex f'Għawdex, s-servizz ta' skrivan fejn is-soltu l-Għawdxin imorru jħallsu l-liċenzja tal-kaċċa u l-insib, mhux dejjem qed ikun miftuħa għas-servizz tal-pubbliku?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi ttieħdet azzjoni neċessarja sabiex il-ħlas tal-liċenzji ta’ kaċċa fl-uffiċċju tal-Pulizija ġewwa Għawdex ikun jista' jsir regolarment fil-ġranet u fil-ħinijiet normali tal-ħlasijiet.
Eko Għawdex — nefqa fuq l-uffiċċju f'pjazza San Franġisk, Rabat
Question
Tista' l-Ministru tagħti rendikont sħiħ u dettaljat ta' kemm intnefqu flus biex jiġi rranġat u mgħammar l-uffiċċjuil-ġdid tal-Eco Gozo li sar f'Pjazza San Franġisk, Rabat, Għawdex - item item?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm nisa f'pajjiżna ġew mistiedna xahar b'xahar fl-aħħar sentejn biex jagħmlu breast screening b'xejn in linea mal-Breast Screening Program tal-gvern? Jista' jikkategorizzahom skont l-etajiet u l-irħula tal-istess nisa?
Response (CASSAR, JOSEPH)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Minsitru jgħid x'kienet ir-raġuni li s-Superintendent tal-Wirt Kulturali akkumpanja lill-Eċċellenza Tiegħu l-President ta' Malta fiż-żjara uffiċjali tal-Italja?
Response (DEMARCO, MARIO)
Is-Sovrintendent tal-Patrimonju Kulturali akkumpanja lill-Eċċellenza Tiegħu l-President ta’ Malta fuq stedina u rikjesta personali tal-istess President. Waqt iż-żjara kienet inawgurata wirja ta’ xogħolijiet tal-iskultur Malti Melchiorre Gafà.
Wirt Kulturali — informazzjoni dwar nies impjegati
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm impjegati mas-Superintendenza tal-Wirt Kulturali, kemm minnhom għandhom PhD u kemm għandhom Masters u f'liema suġġetti?
Response (DEMARCO, MARIO)
Is-Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali għandha ħdax-il impjegat (11) li minnhom disgħa (9) huma gradwati. Minn dawn il-gradwati tnejn (2) għandhom livell ta’ MA, fl-immaniġjar ta’ wirt arkeoloġiku u ta’ Siti ta’ Wirt Dinji, wieħed (1) MSc fl-osteoloġija arkeoloġika, wieħed (1) M.Phil fl-arkeoloġija u l-preistorja Ewropea u Ph.D fis-sostenibiltà fl-immaniġjar, l-użu u l-konservazzjoni ta’ monumenti ta’ Wirt Dinji.
Jista' l-Ministru jgħid jekk hux se jibdew isiru Malta, il-bone marrow transplants? Jekk le, għaliex?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li bħalissa ma hemmx pjanijiet li l-bone marrow transplants isiru Malta.
Madanakollu id-Dipartiment dejjem għaddej bil-proċess biex jiddaħħlu servizzi ġodda skont il-bżonnijiet u l-kompetenzi fi ħdan l-istess dipartiment.
Jista' l-Ministru jgħid jekk l-Oncology Centre hux se jkun mgħammar b'ITU? Jekk le, għaliex?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li ċ-ċentru l-ġdid tal-Onkoloġija ġie ddisinjat bħala estensjoni tal-isptar Mater Dei. Għalhekk servizzi li diġà jeżistu fl-isptar Mater Dei mhux se jiġu replikati fl-isptar il-ġdid tal-Onkoloġija.
Jista' l-Ministru jgħid kemm intnefqu flus f'kiri ta' ambulanzi minn meta nfetaħ l-Isptar Mater Dei sal-aħħar tas-sena 2011? Min huma l-kuntratturi? X'kuntratti għandhom? Jista' jqiegħed kopja tal-kuntratti fuq il-Mejda tal-Kamra?
Response (CASSAR, JOSEPH)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm intnefqu flus fl-istrutturi fl-Isptar Mater Dei minn meta nfetaħ sal-aħħar tas-sena 2011, f'alterazzjoni, alterazzjoni, u dawn għandhom jinkludu fost affarijiet oħra: bini/ftuħ ta' kmamar ġodda u għeluq/ftuħ ta' twieqi u bibien? Kemm intnefqu flus biex dawn l-alterazzjonijiet ġew attrezzati, per eżempju f'għamara, siġġiijiet eċċ., alterazzjoni, alterazzjoni?
Response (CASSAR, JOSEPH)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.