B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 32372, jista' l-Prim Ministru jgħid jekk l-istess ditta għamlitx xi xogħol għall-Uffiċċju tal-Prim Ministru matul din il-leġislatura u jekk iva, kemm, kif intgħażlet u kemm tħallset sena b’sena?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant qegħda tinġabar. L-informazzjoni tiġi ppreżentata hekk kif dan l-eżerċizzju jiġi finalizzat.
Jista' l-Ministru jgħid għalfejn il-care workers impjegati mal-gvern li jaħdmu l-Isptar Mater Dei ma jirċevux l-allowance ta' Category A jekk ma jaħdmux ġo ward u dan peress li dawn il-care-workers jiġu f'kuntatt dirett ukoll ma' ħafna pazjenti u allura huma esposti ukoll għal dak kollu li jista' jiġri meta jkollok dan il-kuntatt bħal kull ħaddiem ieħor? Ma jaħsibx li hija diskriminatorja kontra dawn il-ħaddiema meta l-istess grad ta' ħaddiema f'sezzjonijiet oħrajn qed jieħdu dawn l-allowances?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li l-allowance ta’ Cate4gory A tiġi mogħtija skont il-ftehim mar-rappreżentanti tal-ħaddiema li kien sar fis-6 ta’ Marzu 2008. Il-ftehim jistipula b’mod ċar, il-postijiet li jekk wieħed ikun qed jaħdem fihom jieħu l-allowance ta’ Category A.
Jista' l-Ministru jgħid liema oqsma se jintlaqtu l-iktar ħażin u allura l-programm ppjanat se jkollu jinbidel fil-qasam tal-biedja u sajd minħabba nuqqas u l-qtugħ ta' flus li se jseħħ wara li fil-budget il-gvern kellu jerġa' jnaqqas €40 miljun minnu?
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 32525, tista’ l-Ministru tagħti r-raġunijiet għala ż-żewġ persuni in kwistjoni ma tħallewx jaħdmu iktar fuq proġetti ko-finanzjati mill-Unjoni Ewropea li kien qed jipparteċipa fihom l-Istitut għall-Istudji Turistiċi minkejja li dawn kienu ilhom jaħdmu fuqhom is-snin u kienu għadhom kemm ġew offruti l-opportunità li jkomplu jagħmlu dan fuq bażi part-time? Dawn iż-żewġ persuni ngħataw il-ħlas dovut għax-xogħol li kienu laħqu wettqu qabel twaqqfu?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ir-raġuni ewlenija għaliex iż-żewġ persuni in kwistjoni ma tħallewx jaħdmu iktar fuq proġetti ko-finanzjati mill-Unjoni Ewropea li kien qed jipparteċipa fihom l-Istitut għall-Istudji Turistiċi hija li dawn iż-żewġ individwi rrifjutaw l-istess offerta fid-19 ta’ Settembru 2011. Minbarra dan, l-istess proġetti kienu jgħajtu lill-Istitut u mhux l-individwi konċernati. Matul iż-żmien fejn kienu mislufa lill-istess Istitut, il-pagamenti u l-benefiċċji kollha relatati mal-pożizzjoni tal-impjieg tagħhom bħala għalliema li jaqgħu taħt id-DES (Direttorat għal Servizzi Edukattivi MEDE), dejjem ġew onorati.
Tista’ l-Ministru tgħid x’inhuma t-terms of reference tal-Board of Studies tal-Istitut għall-Istudji Turistiċi? Min huma l-membri u xi kwalifiki u esperjenza għandu fil-qasam edukattiv u turistiku kull membru individwalment? Kif ġew appuntanti l-membri? X’remunerazzjoni qed jieħdu talli qed iservu? Kemm se jdumu f’din il-kariga?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Nirreferi l-Onor. Interpellant għat tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 28587.
Il-membri tal-Bord tal-Istudju ma jirċievu l-ebda remunerazzjoni.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 32520 u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt taċ-chairman il-ġdid tal-Korporazzjoni Enemalta flimkien mad-dettalji sħaħ dwar il-pakkett finanzjarju u inċentivi oħrajn li ġew offruti lilu? Ir-rwol tiegħu hu wieħed eżekuttiv jew le?
Response (FENECH, TONIO)
Ninsab informat illi ċ-Chairman Eżekuttiv tal-Enemalta għandu kuntratt ta’ 3 snin u b’remunerazzjoni bażika annwali ta’ €95,242 fis-sena. Huwa intitolat għal Account Insurance Policy, International Health Insurance Key, Communication Allowance, Performance Bonus sa 15% tar-remunerazzjoni bażika fis-sena, u użu ta’ karozza uffiċjali bix-xufier. Huwa ma jieħux remunerazzjoni bħala chairman.
Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — nefqa fuq safar
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa globalment għal kull safra separata (inkluż flights, subsistence allowance u accomodation) li fiha kien involut il-Ministru u fejn japplika s-Segretarju Parlamentari inkluż l-uffiċjali li marru magħhom? Fejn kienet id-destinazzjoni u minn akkumpanjahom matul l-2011?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 32688.
Ministeru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni — nefqa fuq safar
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa globalment għal kull safra separata (inkluż flights, subsistence allowance u accomodation) li fiha kien involut il-Ministru u fejn japplika s-Segretarju Parlamentari inkluż l-uffiċjali li marru magħhom? Fejn kienet id-destinazzjoni u minn akkumpanjahom matul l-2011?
Response (GATT, AUSTIN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Ministeru għall-Kompetizzjoni Ġusta, Negozji Żgħar u Konsumatur — nefqa fuq safar
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa globalment għal kull safra separata (inkluż flights, subsistence allowance u accomodation) li fiha kien involut il-Ministru u fejn japplika s-Segretarju Parlamentari inkluż l-uffiċjali li marru magħhom? Fejn kienet id-destinazzjoni u minn akkumpanjahom matul l-2011?
Response (AZZOPARDI, JASON)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 32688.
Ta’ min wieħed jippreċiża li n-nefqa globali tas-safar li tikkonċerna lis-Segretarju Parlamentari u li llum huwa l-Ministru għall-Kompetizzjoni Ġusta, Negozji Żgħar u Konsumatur qed tiġi riprodotta kif tidher fit-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ministeru tal-Ġustizzja, Konsultazzjoni Pubblika u l-Familja — nefqa fuq safar
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa globalment għal kull safra separata (inkluż flights, subsistence allowance u accomodation) li fiha kien involut il-Ministru u fejn japplika s-Segretarju Parlamentari inkluż l-uffiċjali li marru magħhom? Fejn kienet id-destinazzjoni u minn akkumpanjahom matul l-2011?
Response (SAID, CHRISTOPHER)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li fl-2011 il-Ministeru tal-Gustizzja, Konsultazzjoni Pubblika u l-Familja ma kienx jezisti. Ghal dak li jirrigwarda s-Segretarju Parlamentari fl-ufficju tal-Prim Ministru r-risposta nghatat mill-Prim Ministru fil-mistoqsija numru 33400.
Ministeru għat-Turiżmu, l-Ambjent u l-Kultura — nefqa fuq safar
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa globalment għal kull safra separata (inkluż flights, subsistence allowance u accomodation) li fiha kien involut il-Ministru u fejn japplika s-Segretarju Parlamentari inkluż l-uffiċjali li marru magħhom? Fejn kienet id-destinazzjoni u minn akkumpanjahom matul l-2011?
Response (DEMARCO, MARIO)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bl-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant.
Ministeru tas-Saħħa, l-Anzjani u l-Kura fil-Komunità — nefqa fuq safar
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa globalment għal kull safra separata (inkluż flights, subsistence allowance u accomodation) li fiha kien involut il-Prim Ministru u fejn japplika s-Segretarju Parlamentari inkluż l-uffiċjali li marru magħhom? Fejn kienet id-destinazzjoni u minn akkumpanjahom matul l-2011?
Response (CASSAR, JOSEPH)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kien hemm konsulenti f'Ministeri matula is-sena 2011 u minn Jannar sa Marzu 2012 fid-Dipartimenti tal-Gvern u entitajiet oħra governattivi li mhumiex impjegati regolari tal-gvern?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lil Onor Interpellant li l-informazzjoni qed tinġabar u se tingħata f’seduta oħra. Tajjeb ngħid li din ir-risposta se tinkorpora ukoll l-informazzjoni mitluba f’mistoqsijiet parlamentari numri 33475, 33476, 33477 u 33478.
Jista' l-Prim Ministru jgħid f'liema ministeri, dipartiment u entitajiet oħra qed jagħtu servizz tagħhom il-konsulenti impjegati mal-istess Ministeri u Segretarji Parlamentari?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onor Interpellant għat-tweġiba li tajt f’mistoqsija parlamentari numru 33474.
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm minn dawn il-konsulenti li għandu l-gvern kienu jaħdmu ta' konsulenti qabel ma ngħataw dan l-impjieg tagħhom mal-istess Ministeri u Segretarji Parlamentari? Jista' jgħid jekk humiex fl-età tal-pensjonanti?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onor Interpellant għat-tweġiba li tajt f’mistoqsija parlamentari numru 33474.
Jista' l-Prim Ministru jgħid x'inhu s-salarju jew onorarja li qed jingħataw għas-servizzi tagħhom il-konsulenti li għandhom il-Ministeri u Segretarji Parlamentari kull wieħed minnhom?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onor Interpellant għat-tweġiba li tajt f’mistoqsija parlamentari numru 33474.
Dipariment tal-Proprjetà tal-Gvern — Trasferiment ta' proprjetà
Question
B'refernza għall-mistoqsija parlamentari 32728, jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta' proprjetajiet li ġew trasferiti skont il-policies tad-Dipartiment tal-Proprjetà tal-Gvern lill-għaqdiet non-governattivi f'din il-leġislatura? Jista' jgħid kull proprjetà għal liema skop ġiet trasferita u kemm ġew mitluba jħallsu?
Response (AZZOPARDI, JASON)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tl-Kamra.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 32848 u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tan-notifika formali li permez tagħha l-Kummissjoni Ewropeja għarrfet lill-Gvern Malti li kienet bdiet proċeduri legali kontra l-impjant tal-power station tal-Marsa talli dan kien qed jopera fi ksur tal-Large Combustion Plant Directive tal-Unjoni Ewropea? Jista' jikkonferma li ilu jagħmel dan sa minn Lulju tas-sena li għaddiet?
Response (DEMARCO, MARIO)
Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant li n-notifika formali bid-data ta’ 28 ta’ Frar 2012 li Malta rċiviet mingħand il-Kummissjoni Ewropea tifforma parti minn proċedura legali (infringement procedure) li għadha għaddeja u mhix konkluża. Il-Gvern Malti m’huwiex f’pożizzjoni li jqiegħed dan id-dokument fuq il-Mejda tal-Kamra qabel mal-proċeduri jiġu konkużi. Nixtieq ukoll ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-ittra tirreferi għall-parti tal-Power Station tal-Marsa u mhux għall-power station kollha.
Jista' l-Ministru jara l-każ tal-anzjan li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, li jbati mid-dimensja u għalkemm applika biex jidħol f'dar tal-anzjani jew fir-Residenza San Vinċenz de Paul, għadu bla risposta?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li d-Dipartiment għall-Anzjani u Kura fil-Komunità ma rċieva l-ebda applikazzjoni għall-Ammissjoni fid-Djar tal-Anzjani jew fir-Residenza ta’ San Vinċenz minn għand l-anzjan li qed jirreferi għalih l-Onor. Interpellant.