B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 33788 dwar parti minn Triq Wied il-Knejjes Ħal Luqa, jista' l-Ministru jgħid meta l-Korporazzjoni Enemalta beħsiebha tlesti dan ix-xogħol meħtieġ relatat mal-istallazjoni ta' arbli u lampu tad-dawl?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi r-risposta se tingħata f’seduta oħra.
Peress li r-residenti ta' Triq il-Ġnien Imrik fix-Xagħra Għawdex senjatament il-parti ta' isfel tat-triq li tiġi l-iktar qrib tal-lukanda Cornucopia qed jilmentaw minħabba kumulu ta' ilma li jinġabar meta tkun ix-xita u dan qed joħloq inkonvenjent għar-residenti, jista' l-Ministru jara kif din il-problema tiġi riżolta?
Response (GATT, AUSTIN)
Nitlob lill-Onor Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
tħaddim tal-ispecial purpose vehicle sabiex jiġu finanzjati proġetti kbar
Question
Jista’ l-Ministru jfisser fid-dettal kif se taħdem u titħaddem l-ispecial purpose vehicle li beħsiebu joħloq il-gvern sabiex jiffinanzja proġetti bħall-parlament il-gdid, it-teatru l-ġdid u xi proġetti oħrajn, kif ukoll x’sehem se jkollhom il-banek kummerċjali f’dan kollu, kif ukoll possibbilment proġetti kbar eżistenti tal-privat li għad għandhom djun pendenti x’jagħtu lill-gvern?
Response (FENECH, TONIO)
Nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Gvern ta d-dettalji kollha ta’ dan il-vehicle lill-Oppożizzjoni fil-laqgħa li fija pparteċipaw l-Onor. Dr Charles Mangion u l-Onor. Karmenu Vella, nhar is-7 ta’ Diċembru, 2012.
Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — impjegati ġodda
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda mad-dipartimenti u entitajiet oħra li jaqgħu taħt id-dekasteru matul is-sena 2011? Jista' jgħid ukoll b'liema mod sar kull ingaġġ?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ministeru tas-Saħħa, l-Anzjani u l-Kura fil-Komunità — Ingaġġ ta' persuni b'diżabilità
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew ingaġġati persuni b'diżabilità fil-Ministeru jew dipartimenti jew entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu fl-aħħar tliet xhur u f'liema grad?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li ma ġew ingaġġati l-ebda persuni li ddikjaraw illi huma reġistrati mal-Kummissjoni Nazzjonali għal Persuni b’Diżabilità f’dawn l-aħħar tliet xhur.
Ministeru tal-Ġustizzja, Konsultazzjoni Pubblika u l-Familja — Ingaġġ ta' persuni b'diżabilità
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew ingaġġati persuni b'diżabilità fil-Ministeru jew dipartimenti jew entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu fl-aħħar tliet xhur u f'liema grad?
Response (SAID, CHRISTOPHER)
ENTITA’
Ingagg ta’ persuni fl-ahhar 3 Xhur
Kemm minnhom b’dizabilta’
Kummissarju ghal Vjolenza Domestika
nil
nil
Kummissjoni Nazzjonali Persuni b’Dizabilta’
3
1 fuq skala 9
Dipartiment tar-Relazzjonijiet Industrijali u tal-Impjiegi
2
nil
Fondazzjoni ghall-Harsien tas-Servizzi Socjali
16
1 fuq skala 8
Qrati tal-Gustizzja ta’ Malta
12
nil
Qrati tal-Gustizzja t’Ghawdex
nil
nil
Politika Socjali
3
nil
Dipartiment Standards fil-Harsien Socjali
1
nil
Kummissjoni Nazzjonali ghal Promozzjoni tal-Ugwaljanza
2
nil
Kummisarju ghat-Tfal
nil
nil
Awtorita’ tad-Djar
3
nil
MEUSAC
nil
nil
Awtorita’ Nazzjonali ghax-Xoghol
nil
nil
MCESD
nil
nil
Ministeru tal-Intern u Affarijiet Parlamentari — Ingaġġ ta' persuni b'diżabilità
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew ingaġġati persuni b'diżabilità fil-Ministeru jew dipartimenti jew entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu fl-aħħar tliet xhur u f'liema grad?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi ma jirriżultax li f'dawn l-aħħar tliet xhur ġew impjegati persuni b'diżabilità fi ħdan il-Ministeru, Dipartimenti jew Entitajiet.
Ministeru għat-Turiżmu, l-Ambjent u l-Kultura — Ingaġġ ta' persuni b'diżabilità
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew ingaġġati persuni b'diżabilità fil-Ministeru jew dipartimenti jew entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu fl-aħħar tliet xhur u f'liema grad?
Response (DEMARCO, MARIO)
Infurmat illi ma ġewx ingaġġati persuni b’diżabilità la fil-Ministeru u lanqas fid-dipartiment tat-Turiżmu, l-awtoritajiet u l-entitajiet kollha li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu fl-aħħar tliet xhur.
Ministeru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol — Ingaġġ ta' persuni b'diżabilità
Question
Tista' l-Ministru tgħid kemm ġew ingaġġati persuni b'diżabilità fil-Ministeru jew dipartimenti jew entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha fl-aħħar tliet xhur u f'liema grad?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Fid-Direttorat għal Servizzi Edukattivi ġiet ingaġġata persuna waħda b’diżabilità f’dawn l-aħħar tliet xhur fil-grad ta’ supply learning support assistant.
Ministeru għal Għawdex — Ingaġġ ta' persuni b'diżabilità
Question
Tista' l-Ministru tgħid kemm ġew ingaġġati persuni b'diżabilità fil-Ministeru jew dipartimenti jew entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha fl-aħħar tliet xhur u f'liema grad?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li persuna b'diżabilità li ġiet ingaġġata mill-Ministeru responsabbli mill-Edukazzjoni, qed taqdi dmirijietha fil-Fergħa tal-Edukazzjoni ġewwa Għawdex. Din il-persuna li hija fil-grad ta' supply learning support assistant, qed tiġi mħallsa mill-Ministeru għal Għawdex.
Jista' l-Ministru jinformani għaliex ir-residenti tal-Kunċizzjoni limiti tar-Rabat tħallew bla dawl il-Ħadd 11 ta' Marzu għaliex il-Korporazzjoni Enemalta ma jkollhiex ħaddiema l-Ħdud biex jagħmlu l-manutenzjoni f'ċirkustanzi ta' emerġenza? Jista' jinforma għaliex regolarment qed jinqata' d-dawl f'din il-parti tar-Rabat? Jista' jinvestiga dan in-nuqqas u jara li r-residenti fl-inħawi jkunu tabilħaqq rispettati u mhux ikomplu jitħallew abbandunati?
Response (FENECH, TONIO)
Ninsab infurmat illi peress li bejn il-Ġimgħa 9 ta’ Marzu u l-Ħadd 11 ta’ Marzu, għamel ħafna riħ u xita mhux tas-soltu li kkawżaw ħsarat fuq overhead lines f’ċertu nħawi, kien hemm numru ta’ xogħlijiet ta’ manutenzjoni li riedu jsiru. L-ewwel ried jitneħħa l-periklu għall-pubbliku u jissewwew ħsarat fuq is-sistema tal-high voltage u low voltage. Minħabba li kien hemm numru kbir ta’ ħsarat u t-temp ma kien tajjeb xejn, ix-xogħol tal-manutenzjoni ħa aktar żmien mis-soltu u l-gangs tal-emerġenza ġew miżjuda minn tnejn għal sebgħa biex ilaħħqu max-xogħol. Dawn il-gangs jaħdmu kuljum inkluż il-Ħdud u huma disposti 24 siegħa.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet il-produzzjoni tal-għasel f'Malta u Għawdex matul dawn l-aħħar ħames snin sena b'sena? Kemm fil-fatt kienet il-kwantità tal-importazzjoni tal-għasel fl-istess perjodu? Kemm huwa n-numru ta' produtturi tal-għasel illum reġistrati f'Malta u Għawdex?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Filwaqt li ninforma lill-Onorevoli Interpellant li 203 raħħal li jrabbu n-naħal (bee keepers), ninfurmah ukoll li id-direttorat tal-biedja ma jżommx informazzjoni dwar l-ammonti ta’ produzzjoni. Id-Dipartiment iżomm data dwar l-ammont ta’ kaxxi li kull raħħal għandu reġistrati f’ismu.
Rigward importazzjoni, nistieden l-Onorevoli Interpellant jressaq din il-parti tal-Mistoqsija lill-Onorevoli Ministru tal-Finanzi, Ekonomija u Investiment responsabbili mill-Awtorità tal-Istatistika ta’ Malta
Jista' l-Ministru jagħti raġuni għaliex fil-Baħrija, fl-inħawi tal-Marġa u nħawi oħra tpoġġew kaxxi biex ikejlu s-saħħa tar-riħ fl-inħawi? Min huwa responsabli minn dan l-eżerċizzju?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninsab infurmat li l-kaxxi li qiegħed jirreferi għalihom Onorevoli Interpellant huma apparat li ġew installati sabiex jkun studjat l-ambjent tal-madwar. Dawn huma r-responsabbiltà tal-kuntrattur li qiegħed jagħmel dan l-istudju abjentali.
Il-kejl tar-riħ qiegħed isir f’Wied Rini fuq wieħed mit-torrijiet eżistenti. Dan qed isir mill-Istitut tal-Enerġija Sostenibbli.
Baħrija — ħsara ekoloġika minħabba drenaġġ li jfur
Question
Billi kull ma jmur fl-inħawi tal-Marġa fil-Baħrija, qed tkompli tfawwar id-drenaġġ mill-fossa fl-inħawi aktar minn qatt qabel, jista' l-Ministru jinfurmani x'rapport sar mill-Awtorità ta' Malta dwar ir-Riżorsi biex tistabillixxxi l-ħsara ekoloġika li qed tissokta?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma lill-Onor.Interpellant li l-MRA qegħda f’ kuntatt mal-MEPA biex issegwi l-każ.
Billi kawża tal-fawran tad-drenaġġ mill-fossa tal-Baħrija ġabet magħha l-qerda għal kollox tal-qabru fil-Wied tal-Marġa , jista' l-Ministru jinforma għaliex ma ħa ebda passi konkreti bħala Ministru responsabli biex jipproteġi milli seħħ il-qerda tal-qabru? Ma jħossx li huwa politikament responsabli għal dan il-falliment u cioè li abbanduna miżuri neċessarji biex jiġi salvat dan l-ispeċi ta' granċ tal-ilma ħelu?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Nistieden lill-Onorevoli Interpellant iressaq din il-Mistoqsija Parlamentari lill-Onorevoli Ministru għat-Turiżmu, l-Ambjent u l-Kultura li hu responsabbli mill-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar.
Billi l-persuna li d-dettalji tagħha qed jingħataw separatament tixtieq tkun taf jekk hiex intitolata għas-sussidju fuq id-dawl, jista' l-Ministru jara li d-dipartiment ikkonċernat iżomm kuntatt tagħha ħalli jestendila dan is-servizz?
Response (SAID, CHRISTOPHER)
Jien infurmat li l-persuna kkonċernata ġiet infurmata bil-mitktub.