Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 33505 u jagħti breakdown tad-dħul tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar minn sorsi diffrenti għas-snin 2008, 2009, 2010 u 2011?
Response (DEMARCO, MARIO)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bid-dettalji mitluba.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 33823 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid kemm fl-2011 kienu reġistrati opri tal-baħar bħala bastimenti professjonali tas-sajd full-time, bħala bastimenti professjonali tas-sajd part-time u bħala bastimenti tas-sajd mhux kummerċjali għar-rikreazzjoni u kif dawn kienu mqassma f'portijiet, bajjiet, xtut eċċ. skont il-lokalitajiet?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li matul l-2011 ma ġewx reġistrati bastimenti professjonali tas-sajd full-time jew part-time ġodda, ħlief għal 8 bastimenti li ġew mibdula ma bastimenti li kienu diġà reġistrati fil-kategoriji professjonali. Dawn il-bastiment kollha baqgħu fl-istess port li kienu registrati fihom il-bastimenti li ġew mibdula, jiġifieri: 1 il-Vecca, 3 Marsaxlokk, 1 Ta' Xbiex, 1 l-Mġarr u 2 il-Ġnejna.
In-numru ta' reġistrazzjonijiet ġodda ta' bastimenti tas-sajd mhux kummerċjali għar-rikreazzjoni kien ta' 53.
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra dokument bid-dettalji bl-informazzjoni mitluba rigward il-bastimenti tas-sajd mhux kummerċjali għar-rikreazzjoni skont il-lokalità.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentarui 33814 li oriġinarjament saret lill-Ministru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid meta beda l-proġett tat-tkattir tal-għasafar tal-għana fl-Għemmieri f'Malta u f'Għawdex; x'inhu l-iskop ta' dan il-proġett, kemm-il speċi ta' għasafar tal-għana qed jitkattru u x'kienu r-riżultati ta' dan il-proġett? Kemm intnefqu flus s'issa fuq dan il-proġett u hemm ħsieb ta' xi għajnuna minn fondi tal-Unjoni Ewropea għalih?
Response (DEMARCO, MARIO)
L-informazzjoni għadha qed tinġabar u tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 33816 li oriġinarjament saret lill-Ministru tas-Saħħa, l-Anzjani u l-Kura fil-Komunità u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid kemm kienu l-anzjani:
a) bejn is-60 u l-74 sena; u
b) minn 75 sena 'l fuq, sena b'sena, fl-2010 u fl-2011?
Response (GATT, AUSTIN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 33822 li oriġinarjament saret lill-Ministru għal Għawdex u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid x'kien it-total ta' vjaġġi bil-baħar bejn Malta u Għawdex fl-2011 u x'kien it-total ta' passiġġieri u vetturi li għamlu użu minn dawn il-vjaġġi fl-istess sena?
Response (FENECH, TONIO)
Ninsab infurmat li t-total ta’ vjaġġi li saru bejn Malta u Għawdex fis-sena 2011 kienu ta’ 19,816 u għamlu użu minnu 4,124,931 passiġġieri u 1,116,276 vetturi.
Jista' l-Ministru jgħid jekk fil-fatt bdietx il-medjazzjoni bejn vittmi ta' reati u l-priġunieri qabel dawn tal-aħħar jingħataw il-parole? Jekk iva kemm-il medjazzjoni saret?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi l-Kumitat għall-Medjazzjoni bejn il-Vittma u Min Wettaq ir-Reat (VOMC) ġie mwaqqaf riċentament kif ukoll li diġa’ beda’ jiltaqa’.
Preżentament qed tiġi ffinalizzata d-dokumentazzjoni kollha meħtieġa sabiex dan il-Kumitat ikun jista’ jaħdem mad-diversi entitajiet konċernati, bħall-
Offenders Assessment Board
(OAB), il-Parole Board, il-Qorti, il-Faċilita’ Korrettiva ta’ Kordin u oħrajn.
Sabiex il-Kumitat ikun jista’ jgħaddi każijiet għall-medjazzjoni il-vittmi jridu l-ewwel jiġu riferuti lilu mill-entitajiet imsemmija fl-Att dwar il-Ġustizzja Riparatriċi.
Vittmi li applikaw għall-Criminal Injuries Compensation Regulations
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il vittma applikat għall-Criminal Injuries Compensation Regulations (SL. 9.2) mis-sena 2007 sal-lum? Kemm-il vittma ibbenefikat minn dawn l-applikazzjonijiet? Kemm huma ċ-ċifri individwali li ingħata lill-vittmi?
Response (SAID, CHRISTOPHER)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-għadd ta’ vittmi li applikaw għall-Criminal Injuries Compensation Regulations (SL. 9.2) mis-sena 2007 sal-lum jammonta għal sittax. L-ebda vittma għadha ma definitivament ibbenefikat minn dawn l-applikazzjonijiet, u, għalhekk, ebda ċifra individwali għadha ma ngħatat lil xi vittma.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar x'tip ta' spazji pubbliċi se jkunu nklużi fix-xogħol li qed isir fl-inħawi tal-akwarju, fl-inħawi tal-Qawra u San Pawl il-Baħar?
Response (DEMARCO, MARIO)
Filwaqt li l-proġett tal-akkwarju huwa kollu kemm hu pubbliku, għax huwa ntiż bħala attrazzjoni pubblika, hemm ċertu spazji li minn dejjem kienu maħsubin li jkunu miżjuda mal-promenade eżistenti għat-tgawdija tal-pubbliku in ġenerali. Dawn huma:
Livell mat-Triq:
estensjoni tal-promenade b’
soft
u
hard
landscaping,
5500 mtr kwdr
water features
u żona għat-tfal
żona għall-parkeġġ 4000 mtr kwdr
Livell taht it-Triq
Żona esterna b
’landscaping
u
pool
4000 mtr kwdr
Żona għall-parkeġġ sotterranja 2500 mtr kwdr
Faċilitajiet oħrajn jinkludu Diving Institute, Ristorant, Kiosk, ħanut u Tourist Information Kiosk.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar fiex jikkonsisti l-proġett tal-water park li qed isir fl-inħawi tal-promenade ta' Buġibba? Minbarra l-water park liema xogħlijiet oħra huma ppjanati li jsiru f'dawn l-istess naħat?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-proġett jikkonsisti f’żona tal-logħob bl-ilma u faċilitajiet anċillari.
L-ispazju magħluq għandu area totali ta 'madwar 800 metru kwadru. Iż-żona tal-logħob se jkollha art tal-konkos b'wiċċ "non-slip" waqt li t-tagħmir se jitqassam fi gruppi skond l-età. Għalkemm il-park intiz li jintuża biss matul il-ġurnata, is-sit se jkollu dawl adegwat kemm għas-sigurtà kif ukoll f'kaz li jigi deċiz li jintuża wkoll filghaxija. Il-
park
se jkun imdawwar b'
fence
biex id-dħul ikun kontrollat billi hu ddisinjat biex jakkomoda numru massimu ta' persuni fl-istess ħin. Se jinżergħu xi siġar mad-dawra waqt li t-triq adjaċenti se tingħata wiċċ bit-tarmac. Il-faċilitajiet anċillari se jinkludu "guard room", WC, u l-
pump room.
San Pawl il-Baħar — sajjieda li jużaw il-port tal-Veccia
Question
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hu n-numru ta' sajjieda li huma reġistrati bħala li joperaw mill-port tal-Veccia, San Pawl il-Baħar? Jista' jagħti tagħrif dwar jekk hemmx il-ħsieb li jitjiebu l-faċilitajiet għall-istess sajjieda f'dan il-port? Jekk iva, liema titjib hu mistenni li jsir?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li n-numru ta’ bastimenti reġistrati li joperaw mill-port tal-Veccia, San Pawl il-Baħar huwa ta’ 91 u huma mqassmin kif ġej:
· 30 bastiment professjonali full-time (MFA);
· 17 il-bastiment professjonali part-time (MFB); u
· 44 bastiment tas-sajd mhux kummercjali, jigifieri ghar-rikrezzjoni (MFC)
Fil-Port tal-Veċċja, San Pawl il-Baħar, hu maħsub li jsir proġett ta’ modernizzar tal-faċilitajiet tal-flotta tas-sajd. L-imsemmi proġett jinkludi it-twaqqiegħ u l-bini mill-ġdid tal-winch room li hemm f’tal-Veċċja, liema winch room ha tiġi estiża, installazzjoni ta’ service pillar fejn is-sajjieda jkunu jistgħu jieħdu provvista ta’ dawl, u kif ukoll immodernizzar tal-iskali li hemm f’tal-Veċċja.
Ninfurmah ukoll li bħalissa għaddejjin l-aħħar preparamenti biex jiġi mwaqqaf uffiċju biex jopera bhala Landing Facility . Dan mistenni ikun fil-post fix-xahar ta’ Mejju.
Tal-Kmand — Ċentru tal-Micropropagation - esperimenti fuq pjanti u siġar
Question
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar fuq liema speċi ta' pjanti jew siġar qed isiru l-esperimenti, bħalissa, fiċ-Ċentru tal-Micropropagation f'Tal-Kmand?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Bħalma kien diġa spjegat fit-tweġibiet mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari 5322 tat-2009, fis-sena 2000 iċ-Ċentru f’tal-Kmand inbidel fi Plant Bioetchnology Centre li jinkludi fih parti mid-Direttorat ghas-Saħħa tal-Pjanti. Ix-xogħol li jsir fil-laboratorju tal-in vitro jew mikropropagazzjoni tal- pjanti huwa biss parti żgħira mix-xogħol li jsir f’dan iċ-Ċentru.
Fil-Laboratorju tal-Mikropropagazzjoni tal-Pjanti qed jiġu mkattra b'metodi mhux konvenzjonali pjanti ornamentali. It-tulipan u l-orkidi Maltin li tkattru fil-laboratorju ukoll b’metodi mhux konvenzjonali qed jiġu ikkonservati fl-istess laboratorju. Bħalissa qed titkompla l-esperimentazzjoni fuq it-tneħħija ta’ mard minn varjetajiet taċ-ċitru Maltin bil-għan li dawn jiġu użati fil-futur għat-tkattir u konservazzjoni.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar liema hi l-iktar kawża li ilha pendenti quddiem il-qrati tagħna? Mingħajr ma jingħataw dettalji personali, jista' jagħti tagħrif dwar x'inhu s-suġġett ta' din il-kawża?
Response (SAID, CHRISTOPHER)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant ili l-iktar kawża li ilha pendenti hija quddiem il-Qrati Ċivili u Tribunali (Malta) li hi dwar wirt u li ġiet ippreżentata fis-sena 1931.
kumitat ta' Regatta Bormla — kumpens minħabba danni
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-kumitat ta' Regatta Bormla humiex intitolati għal xi kumpens u dan wara li soffrew danni kbar bi ħsarat li rriżultaw minħabba x-xogħliiet marbuta mal-proġett ta' Dock 1 u Xatt ir-Risq? Jekk fl-affermattiv, min hu responsabbli li jikkumpensa lill-klabb?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-Grand Harbour Regeneration Corporation mhix responsabbli għal xi kumpens. Il-kuntrattur għandu l-obbligu li jħares id-drittijiet ta' terzi.
Rabat — San Pawl Kuntent - permess għal żvilupp fl-għerien
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar tatx permess sabiex ġewwa San Pawl Kuntent limiti tar-Rabat, jkun hemm żvilupp ta’ farmhouse u jekk is-sidien ingħatawx permess sabiex jiżviluppaw u jkissru saħansitra għerien li jinsabu fl-inħawi? Kemm-il darba ma ngħatax permess mill-awtorità sabiex isir tkissir tal-għerien, jista’ l-Ministru jgħid jekk sarux spezzjonijiet mis-sezzjoni tal-infurzar u meta saru?
Response (DEMARCO, MARIO)
Ninforma lill-Onor Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar u tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-Air Malta hux se tikri uffiċini ġewwa l-bini magħruf bħala Sky Park li jinsab fl-ajruport tal-Gudja mingħand l-Ajruport Internazzjonali ta' Malta? Jekk fl-affirmattiv, jista' jgħid kemm se tkun tiswa l-ispiża annwali u totali għal din il-kera u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-kuntratt?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi r-risposta se tingħata f’seduta oħra.
Peress li ftit tax-xhur ilu it-triq fuq il-Bajja ta' Rinella Kalkara ġġarrfett sabiex tista' tkun ta' periklu, jista' l-Ministru jgħid x'miżuri ttieħdu jew se jittieħdu sabiex jitneħħa kull periklu l-aktar issa li qed joqrob is-sajf u din il-bajja tkun aktar iffrekwentata?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li x-xogħlijiet ta' tiswija fuq retaining wall ser isir mid-diviżjoni tax-xogħlijiet tal-Ministeru tar-Riżorsi u Affarijiet Rurali. Ladarba x-xogħol tal-bini mill-ġdid tal-ħitan jitlesta, Transpot Malta tagħmel ix-xogħol neċessarju fuq il-bażi u l-wiċċ tat-triq.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 33872, jista' l-Ministru jgħid jekk dawn l-arretrati bdewx jitħallsu, u jekk fl-affermattiv, jista' jgħid xi proċedura ta' preċedenza qed tintuża?
Response (SAID, CHRISTOPHER)
Ninforma lil Onorevoli Interpellant illi jien infurmat li sa issa inħadmu u tħallsu l-arretrati ta’ dawk il-pensjonanti li twieldu qabel is-sena 1937 u li għaldaqstant ta’ dawk li rtiraw matul is-snin sebgħin u snin tmenin u ta’ dawk li rtiraw sas-sena 1998.