Legislature:
Category:
Reset
Active:

għajnuna mill-awtoritajiet ġudizzjari taljani

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk l-awtoritajiet ġudizzjarji Maltin intalbux b'xi mod jagħtu appoġġ/għajnuna mill-awtoritajiet ġudizzjarji Taljani dwar l-investigazzjonijiet li għaddejjin fl-Italja u f'għadd ta' pajjiżi oħra dwar kif uffiċjali tal-Fondazzjoni Salvatore Maugeri ħadu €70 miljun u bagħtuhom baxx baxx lejn pajjiżi oħra, inkluż €15-il miljun lejn Malta permezz tal-Bank of Valletta, bis-sehem tal-Kumpanija Periplo SA u issa dawn l-uffiċjali qed jiġu investigati dwar money laundering, tax evasion u missappropriation of public funds? Jekk intalbu, x'kienet l-għajnuna mitluba?

Response (SAID, CHRISTOPHER)

Il-Qrati tal-Gustizzja Ċivili u l-Qorti ta’ Għawdex, m'għandhomx din l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant. Fil-każ tal-Qrati Kriminali tali informazzjoni ma tistax tingħata peress li mhemmx dettalji biżżejjed bħal eżempju l-isem tad-Direttur/i tal-Kumpanija Periplo SA.

Awtoritajiet finanzjarji Maltin

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'passi ħadu, jekk ħadu l-awtoritajiet finanzjarji Maltin biex jipproteġju l-isem ta' Malta fl-investigazzjonijiet li għaddejin l-Italja dwar kif sitt uffiċjali tal-Fondazzjoni Salvatore Maugeri ħadu €70 miljun u bagħtu €15-il miljun minnhom lejn Malta permezz ta' Periplo SA u l-Bank of Valletta għall-kummerċ bejn SIB Laboratories Ltd u r-Russian Acadamy of Science suppost għall-akwist tal-patents fin-nanotechnology u jirriżulta li ftit minnhom biss intużaw għalhekk u issa dawn l-uffiċjali qed jiġu investigati dwar money laundering, tax evasion u missappropriation of public funds?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi r-risposta ser tingħata f’seduta oħra.

Benefiċċju tal-Wens — kontribuzzjoni tas-sigurtà soċjali

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-benefiċjarji tal-benefiċċju tal-Wens titħallas f'isimhom kontribuzzjoni tas-sigurtà soċjali kull ġimgħa?

Response (SAID, CHRISTOPHER)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li persuna li tikkwalifika għal-Pensjoni tal-Wens, tista’ tikkwalifika wkoll għal kontribuzzjoni akkreditati jekk fid-data ta’ l-ogħti tal-Pensjoni tal-wens ikollha:- 1. 156 kontribuzzjoni tas-sigurtà soċjali mħallsa; u 2. medja ta’ kontribuzzjonijiet mħallsa jew akkreditati ta’ aktar minn għoxrin (20) fis-sena minn mindu għalqet 18-il sena.

Kunsilli lokali — proprjetà

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema kunsilli lokali, mit-twaqqif tagħhom sa tmiem is-sena li għaddiet: a) għamlu talbiet għal devoluzzjoni ta' proprjetà; b) f'liema sena saret it-talba; ċ) għal liema proprjetà saret it-talba; d) għal liema skop intalbet dik il-proprjetà; e) it-talba kenitx milqugħa; f) jekk fl-affermattiv meta ntlaqgħet; g) kienx hemm talbiet li ma ntlaqgħux; u h) hemmx talbiet pendenti?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant għad-domandi a, b, ċ, u d. Ninsab infurmat illi peress li l-informazzjoni mitluba għad-domandi e, f, ġ, u ħ ma tinżammx taħt forma ta' statistika kompjuterizzata għadha qed tinġabar u tingħata aktar 'il quddiem.

investigazzjoni ta' kumpaniji

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk l-awtoritajiet ġudizzjarji Taljani talbux b'xi mod l-għajnuna tal-pulizija Maltija dwar l-investigazzjoni li għaddejja dwar l-involviment ta' kumpaniji u istituzzjonijiet Maltin fil-money laundering, tax evasion u misappropriation of public funds minn sitt uffiċjali tal-Fondazzjoni Salvatore Maugeri ta' Pavia? Jekk iva, x'għajnuna qed tingħata? Jekk le, il-pulizija Maltija ħadet l-inizjattiva biex hi ukoll issegwi dawn l-investigazzjoni fejn jirrigwardja lill-Malta?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi ma kien hemm ebda talba f'dan is-sens.
Leg 11 PQ #33986 Sitting 467 2012-05-02 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Esperjenza tas-sajd lit-turisti f'Għawdex

Question

B’referenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 30430, tista' l-Ministru tgħid il-Ministeru tagħha ma’ min qiegħed f'diskussjonijiet biex jippromwovi l-esperjenza tas-sajd fis-settur turistiku? Meta bdew dawn id-diskussjoni u meta mistenni li jintemmu?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li d-diskussjonijiet mal-partijiet konċernati bdew wara li din il-miżura daħlet fil-Pjan t'Azzjoni Eko-Għawdex 2010-2012. Il-Ministeru, se jkompli l-ħidma tiegħu sabiex flimkien mas-settur privat, jippromwovi l-introduzzjoni ta' esperjenzi tas-sajd fil-qasam turistiku.
Leg 11 PQ #33987 Sitting 467 2012-05-02 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Anażli tas-suq fil-qasam tat-turiżmu

Question

B’referenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 30432, tista’ l-Ministru tgħid liema huma li ġew identifikati bħala l-aktar tipi idonei għal Għawdex fil-qasam tat-turiżmu f’dawk li huma konferenzi, laqgħat u incentives travel?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li wara laqgħat bejn rappreżentanti tal-Ministeru għal Għawdex, l-Awtorità Maltija tat-Turiżmu u l-Assoċjazzjoni Għawdxija tat-Turiżmu, ġiet imnedija skema miftuħa għall-operaturi fis-settur. L-iktar tipi ta' konferenzi, laqgħat u incentives travel idonei għal Għawdex huma dawk relatati ma' board meetings importanti, konferenzi żgħar, workshops u inċentivi varji li jkunu qed ifittxu ambjent rurali u trankwill, filwaqt li jiġu offruti wkoll il-faċilitajiet u s-servizzi neċessarji relatati ma' dan is-settur.
Leg 11 PQ #33988 Sitting 467 2012-05-02 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

skemi ta' għajnuna lill-bdiewa

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm kien hemm skemi ta’ għajnuna ko-finanzjati mill-Unjoni Ewropea mill-2004 sal-lum għall-bdiewa f’Għawdex għal proġetti ta’ titjib bħalma huma, ġwiebi, bini ta’ ħitan ta’ sejjieħ, irziezet, passaġġi fil-raba, eċċ.? Meta daħlu fis-seħħ dawn l-iskemi u għal liema snin kienu japplikaw? X’ammont ta’ għajnuna ngħatat kull sena taħt kull skema skont in-natura tal-proġett u kemm bdiewa ibbenefikaw taħt kull skema ukoll skont in-natura tal-proġett?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li l-iskemi msemmija jiġu maħruġa, approvati u amministrati mill-Paying Agency fil-Ministeru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali. Id-Direttorat għall-Proġetti u Żvilupp fil-Ministeru għal Għawdex jieħu ħsieb jilqa' l-applikazzjonijiet mill-bdiewa Għawdxin biex imbagħad jiġu pproċessati mill-Ministeru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali. Għaldaqstant nitlob lill-Onorevoli Interpellant jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

skema ta' għajnuna lill-bdiewa

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm skemi ta’ għajnuna ko-finanzjati mill-Unjoni Ewropea mill-2004 sal-lum għall-bdiewa f’Għawdex għal proġetti ta’ titjib bħalma huma, ġwiebi, bini ta’ ħitan ta’ sejjieħ, irziezet, passaġġi fil-raba, eċċ.? Meta daħlu fis-seħħ dawn l-iskemi u għal liema snin kienu japplikaw? X’ammont ta’ għajnuna ngħatat kull sena taħt kull skema skont in-natura tal-proġett u kemm bdiewa ibbenefikaw taħt kull skema ukoll skont in-natura tal-proġett?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li fid-dawl tal-informazzjoni dettaljata mitluba, din l-informazzjoni għadha qed tinġabar.
Leg 11 PQ #33990 Sitting 467 2012-05-02 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Għawdex — proġetti u skemi

Question

Jista’ l-Prim Ministru issa jgħid x’inhuma l-proġetti, l-iskemi, eċċ. għal Għawdex li huma kofinanzjati mill-Unjoni Ewropea għas-snin 2007-2013 u li se jitlestew fl-2012 jew fl-2013? Jista’ jgħid liema minnhom diġà qed jitwettqu? Meta bdew jitwettqu? Meta mistenni li jitlestew dawk li diġà qed jitwettqu u mhux se jkunu lesti fl-2012 jew fl-2013? Meta bdew jitwettqu? Jista’ jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-grant agreement ta’ kull proġett, skema, eċċ?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u għaldaqstant it-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari se tingħata f’xi seduta oħra.

Għawdex — mużew ta' arti moderna u kontemporanja

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk bediex il-proċess biex f'Għawdex jitwaqqaf mużew ta' arti moderna u kontemporanja ta' livell nazzjonali? Jekk fin-negattiv, meta hu mistenni li jinbeda? Fejn hu s-sit li fuqu mistenni li jitwaqqaf dan il-mużew?

Response (DEMARCO, MARIO)

Il-Politika Kulturali Nazzjonali tenfasizza fuq il-ħtieġa li pajjiżna jkollu spazju għall-arti moderna u kontemporanja. B’rabta ma’ dan u mall-fatt li Malta ser tkun qed iġġorr it-titula ta’ Belt Kapitali Ewropea għall-Kultura, fl-2018, il-Ministeru responsabbli mill-Kultura nieda eżerċizzju biex jidentifika siti li jistgħu jakkomodaw spazji biex jesponu l-arti moderna kontemporanja. Is-siti li ġew identifikati huma fil-Belt Valletta u l-madwar tagħha.
Leg 11 PQ #34024 Sitting 467 2012-05-02 Oral · Final From: JOSÈ HERRERA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

imħalfin li jattendu state dinners

Question

Jista' l-Prim Minisru jgħid kif jiġu magħżula l-imħallfin sabiex jattendu l-istate dinners jew l-imħallfin kollha jkunu mistiedna?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-lista tal-Istate dinners u official luncheons waqt żjarat statali jkunu ko-ordinati flimkien mill-kumitat taż-żjarat. Filkaż tal-Imħallfin, dawn jiġu mistiedna fuq bażi ta’ roaster sabiex ikun hemm rappreżentanza ta’ dan il-korp f’dawn l-attivitajiet. Huwa biss il-Prim Imħallef li jkun dejjem mistieden għall-Istate Dinners.
Leg 11 PQ #34025 Sitting 467 2012-05-02 Oral · Final From: JOSÈ HERRERA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

maġistrati mistiedna għall-ikliet statali

Question

Jista' l-Prim Minsitru jgħid jekk il-maġistrati kollha jiġux mistiedna għall-ikliet statali jew le?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Bħala regola, le, il-maġistrati ma jiġux mistiedna għall-ikliet statali waqt żjarat minn kapijiet ta’ stati u kapijiet ta’ gvern.

MNL — esperti xjentisti

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex l-esperti impjegati mal-Malta National Labortory idumu ħafna sabiex jippreżentaw ir-relazzjonijiet tagħhom fosthom l-esperti xjentisti?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li din il-materja ma taqax taħt id-dekasteru tiegħi.

Airmalta — impjieg ġdid

Question

Jista' l-Minsitru jispjega għaliex wara li waqfet diversi ħaddiema mis-sezzjoni tal-luggage handling/cargo, l-Airmalta qiegħda terġa' timpjiega ħaddiema f'dan id-dipartiment inkluż loading?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi r-risposta se tingħata f’seduta oħra.

Ħad-Dingli — Triq il-Kbira u Triq il-Mitħna - tabella ta' bus stop

Question

Jista l-Ministru jara li t-tabella tal-bus stop li kienet imwaħħla ma' ħajt u li issa ġiet imwaħħla ma' arblu fuq il-bankina fejn il-ħanut Hilltop fi Triq il-Kbira u Triq il-Mitħna f'Ħad Dingli, titneħħa minħabba li l-arblu fil-bankija qiegħed ta' inkonvenjent kbir għal min juża l-bankina għax ma jippermettiex li jgħaddi wheelchair jew pushchair?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li għaddejt l-osservazzjoni tiegħu lil Transport Malta.

Kont tad-dawl u ilma

Question

Jista' l-Ministru jara li jiġi ċċekjat il-meter tad-dawl u l-ilma tal-proprjetà li d-dettalji tagħha qed jingħataw separatament peress li l-kont tal-ilma hu esaġerat u jiżboq dak tal-elettriku għal-istess perjodu?

Response (FENECH, TONIO)

Ninsab infurmat li l-informazzjoni ingħatat lil-ARMS Ltd li minn naħa tagħha ser tikkomunika direttament mal-klijient.

Dipartiment tat-Tindif Pubbliku

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma jekk il-kantant li d-dettalij dwaru qed jingħataw separatament, ġiex maħtur konsulent mad-Dipartiment tat-Tindif Pubbliku? Jekk fl-affermattiv x'qiegħed jitħallas għas-servizz li jagħti? Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt tiegħu?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-persuna li qiegħed jirreferi għaliha l-Onorevoli Interpellant ma ġietx impjegata bħala co-ordinator tal-kampanja favur l-Indafa Pubblika. Din il-persuna ntagħażlet li hi wiċċ familjari u li kapaċi tikkomunika mal-pubbliku. Qiegħed inpoġġi kopja tal-kuntratt mitlub fuq il-Mejda tal-Kamra

Ħ'Attard — servizz tat-trasport pubbliku

Question

Jista' l-Ministru jara jekk hux possibli li xi rotta tal-Arriva tiġi emendata biex il-vetturi jaslu sa Triq Santa Katerina Ħ'Attard fejn qabel kien hemm il-venda għax din l-area mhix milħuqa bis-servizz tat-trasport pubbliku?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li hekk kif diġà ġie mħabbar fil-ġimgħat li għaddew, din iż-żona se tkun moqdija permezz tar-rotta 54 wara li jidħlu fis-seħħ il-modifikazzjonijiet li hemm maħsuba għas-27 ta’ Mejju 2012.

Spiżerija tal-Għażla Tiegħek — ftehim

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-ftehem tal-iskema tal-Ispiżerija tal-Għażla Tiegħek jinibixxiex il-ħruġ ta' liċenzji ta' spiżeriji fil-hamlets stabiliti? Jista' jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-istess ftiehem mal-ispiżjara?

Response (CASSAR, JOSEPH)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.