San Ġwann — bini ta' childcare centre - ilqugħ għall-ilma tax-xita
Question
B'referenza għaċ-childcare centre li qed tinbena fi Vjal ir-Rihan San Ġwann 'il fuq mill-iskola primarja, tista' l-Ministru tikkonferma rapporti li wasluli li l-post li żar il-Prim Ministru xi xhur ilu ma għandux ilqugħ għall-ilma tax-xita u jekk dan huwa minnu dan se jkun konformi ma' dak li s-soltu titlob l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Il-bini ta’ Child Care Centre u l-estensjoni tal-iskola primarja se jkollhom ilqugħ għall-ilma tax-xita skont il-kundizzjoni 1 h tal-permess PA/01187/12 maħruġ mill-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar.
Peress li r-residenti ta' Triq is-Summien Kerċem Għawdex qed jilmentaw minħabba l-istat ħażin tat-triq, jista' l-Prim Ministru jara li din it-triq issirilha l-manutenzjoni?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat illi l-Kunsill ser iwettaq ix-xogħol meħtieġ fi żmien qasir. Dan ix-xogħol kien ser isir f’dan l-aħħar jiem imma ma setgħax isir minħabba l-maltemp li għamel.
Peress li fuq il-gżira ta' Kemmuna tgħix persuna li għandha bżonn trattament tal-kliewi fl-Isptar Ġenerali ta' Għawdex, peress li ma hemmx trasport bejn il-gżira ta' Kemmuna u Għawdex u dan ir-ragel qed ikollu jħallas €150 fil-ġimgħa għat-trasport bil-baħar, jista' l-Ministru jara li din il-problema ta' trasport tiġi indirizzata kemm jista' jkun malajr?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid jekk fl-uffiċċju u d-dipartiment tan-nutar tal-gvern isirx telework u jekk fl-affermattiv jista' jgħid x'tip ta' telework isir jew jista' jsir?
Response (AZZOPARDI, JASON)
Bħalissa mhuwiex qed isir telework fl-Ufficcju tan-Nutar tal-Gvern. Dalwaqt però se jibda jsir telework minn impjegata f'dan id-Dipartiment li se jikkonsisti f'xogħol relatat ma' data entry. Minħabba n-natura tax-xogħol f'dan id-dipartiment, dan huwa l-uniku tip ta' telework li jista' jsir f'dan l-istadju.
Għawdex — uffiċċju u d-dipartiment tan-nutar - telework
Question
Tista' l-Ministru tgħid jekk fl-uffiċċju u d-dipartiment tan-nutar tal-gvern f'Għawdex isirx xogħol ta' telework u jekk fl-affermattiv tista' tgħid x'tip ta' telework isir jew jista' jsir?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li s'issa mhu qed isir l-ebda xogħol b'telework fl-Uffiċċju tan-Nutar tal-Gvern f'Għawdex.
Jista' l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra r-rapport ta' KPMG dwar Sargas?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Kif spjegat fl-Istqarrija 2454 maħruġa mid-Dipartiment tal-Informazzjoni fl-20 ta’ Novembru li għadda, il-Gvern għandu bżonn l-awtorizzazzjoni ta’ Sargas SA biex jippubblika dawn ir-rapporti in vista tan-Non Disclosure Agreement li Sargas SA talbet mill-Enemalta f’Marzu 2011. Minn naħa tiegħu, il-Gvern m’għandu l-ebda problema li jippubblika dawn ir-rapporti jekk Sargas tagħti din l-awtorizzazzjoni.
Peress li l-istudenti tal-iskola FX Attard Kulleġġ Dun Ġorġ Preca, Żebbuġ qed jilmentaw minħabba nuqqas ta' aċċessibilità għall-persuni b'diżabiltà u peress li saru wkoll ilmenti minħabba d-daqs żgħir tat-toilets f'din l-iskola li qed joħloq inkonvenjent lill-istudenti, tista' l-Ministru tara li dawn l-ilmenti jiġu indirizzati?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Nirreferi lil Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari numri 37261 u 37263.
Malta Enterprise u mill-Malta Industrial Parks — gradi mhux maniġerjali
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 38027 u jgħid kemm-il sejħa saret mill-Malta Enterprise u mill-Malta Industrial Parks mill-4 ta' Jannar 2004 sal-lum sabiex jimtlew b'mod permanenti vakanzi fi gradi mhux maniġerjali u x'kienu?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li r-risposta se tingħata f'seduta oħra.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 38160 u 37887 u jgħid x'kienet in-nefqa li għamlet Transport Malta għal bini ta' car park fl-Għalqa ta' Kola fir-Rabat?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Valletta — Tneħħija ta' Bollards minn Triq it-Teatru
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 38122 u jgħid x'inhi r-raġuni għala l-bollards li hemm fi Triq it-Teatru, kantuniera ma' Old Bakery Street, il-Belt, mhux talli tneħħew iżda anke t-toqob fejn kienu jitpoġġew issa ngħataw il-konkos u dan meta dawn il-bollards kienu jassiguraw li ma jidħlux vetturi fl-area pedonali?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid min ħa pussess tal-għamara u attrezzi oħra bħal computers fost ħwejjeġ oħra mill-bini li sa ftit taż-żmien ilu kien użat bħala uffiċini mill-Air Malta?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill- Onor. Interpellant li r-risposta se tingħata f’seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid min hu responsabbli mill-operat tax-shelter tal-Mellieħa? Min jamministra l-fondi? X'qed isir mill-flus miġbura bħala miżata jew donazzjoni għad-dħul ġewwa l-istess shelter?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li l-operat tan-Night Shelter tal-Mellieħa kif ukoll l-amministrazzjoni ta` fondi hija r-responsabilità tad-Dipartiment għall-Anzjani u Kura fil-Kommunita`. Il-flus miġbura bħala miżata jew donazzjoni għad-dhul ġewwa l-istess shelter, jintbagħtu l-Accounts Section fi ħdan id-Dipartiment għall-Anzjani u Kura fil-Kommunità.
Jista' l-Ministru jagħti n-numru ta' ħaddiema full-time, fl-2011, li kellhom salarju mhux aktar minn: minimum wage, minimum wage + 5%, minimum wage + 10%, minimum wage + 15%, minimum wage + 20%, minimum wage + 50%, u minimum wage x 2?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li r-risposta se tingħata f'seduta oħra.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 38021u jgħid kemm kienet l-ispiża fl-2012 fuq għajnuna f'investiment f'sorsi alternattivi għall-operaturi ekonomiċi Għawdxin?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta se tingħata f'seduta oħra.
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hemm karozzi mal-Faċilità Korrettiva ta' Kordin? X'inhuma n-numri tar-reġistrazzjoni ta' dawn il-karozzi? Kemm minn dawn il-karozzi huma monitored bis-sistema tad-Datatrak u kemm mhumiex hekk monitored? Liema huma dawk il-vetturi li għandhom d-Datatrak?
Jista' l-Prim Ministru jgħid lil din il-Kamra jekk matul il-perjodu ta' bejn 1 ta' Jannar 2012 u l-31 ta' Ottubru 2012 kienx hemm okkażjonijiet fejn sar użu minn fondi pubbliċi sabiex xhieda barranin jinġiebu jixhdu f'pajjiżna kontra ċittadini Maltin u/jew Għawdxin fi proċeduri relatati ma' kaċċa u nsib? Jekk iva, f'liema istanzi ġara dan u kemm kienet l-ispiża minn fondi pubbliċi?
Response (SAID, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li matul il-perjodu ta' bejn 1 ta' Jannar 2012 u l-31 ta' Ottubru 2012 id-Dipartiment tal-Qrati tal-Ġustizzja ma għamel ebda ħlas sabiex xhieda barranin jinġiebu jixhdu f'pajjiżna kontra ċittadini Maltin u/jew Għawdxin fi proċeduri relatati ma' kaċċa u nsib
Jista’ l-Ministru jikkonferma jekk hux permessibbli li kumpanija tipparkja trakkijiet li jġorru l-fuel li jista' jkun illi jkollhom maħżun fihom l-istess fuel, ġo garaxx liema bitħa tal-garaxx fejn jiġu pparkjati t-trakkijiet tmiss ma' bitħa residenzjali? Jista’ l-Ministru jikkonferma wkoll jekk hux permessibbli li jiġi awtorizzat li f’dan il-garaxx jinħażen il-fuel?
Response (MARCO, MARIO DE)
L-informazzjoni għadha qed tinġabar u tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.