Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 11 PQ #33414 Sitting 467 2012-05-02 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru — nefqa fuq safar tal-2009 u l-2010

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa globalment għal kull safra separata (inkluż flights, subsistence allowance u accomodation) li fiha kien involut il-Ministru u fejn japplika s-Segretarju Parlamentari, inkluż l-uffiċjali li marru magħhom? Fejn kienet id-destinazzjoni u minn akkumpanjahom matul l-2009 u l-2010?

Response (GONZI, LAWRENCE)

L-Onorevoli Interpellant hu ġentilment mitlub jindika għal liem Ministru qiegħed jirreferi.
Leg 11 PQ #33478 Sitting 467 2012-05-02 Oral · Final From: ANTHONY AGIUS DECELIS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Konsulenti li jaħdmu ma aktar minn Ministeru wieħed

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk il-gvern għandux konsulenti li qed jingħataw dan il-post ma' aktar minn post wieħed u allura jkunu qed jagħmlu konsulenza ma' iktar minn ministeru wieħed jew ma' iktar minn dipartimenti wieħed f'salt? Jista' jgħid kemm għandhom impjiegi jew kemm għandhom posts ta' konsulenza u impjieg l-konsulteni li kellhom magħhom fil-perjodu ta' bejn Jannar 2011 sa Diċembru 2011 u Jannar 2012 sa Marzu 2012?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt f’mistoqsija parlamentari nru 33474.
Leg 11 PQ #33479 Sitting 467 2012-05-02 Oral · Final From: ANTHONY AGIUS DECELIS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Nefqa fuq konsulenzi

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa f'konsulenza matul is-sena 2011 u l-ewwel tliet xhur tas-sena 2012?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma l-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tingħata f’seduta oħra.

regolatur fuq prodotti importati

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 32492 li oriġinarjament saret lill-Ministru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid jekk jeżistix xi body-regulator li jirregola kemm importatur irid u għandu d-dritt li jagħmel profitt fuq il-prodotti li jimporta? Jista' jgħid jekk humiex l-istess regolamenti li jirregolaw lil dan il-body irrelevanti minn xi jkun qed jiġi impurtati?

Response (AZZOPARDI, JASON)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi r-risposta se tingħata f’seduta oħra.

Ministeru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali — informazzjoni dwar festini u riċivimenti

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 32824, 32304 u 31963 u jagħti breakdowns separati tal-infiq fuq diversi festini u riċevimenti li hu u/jew il-Ministeru tiegħu organizza matul din il-leġislatura fl-okkażjoni tal-ftuħ ta' diversi proġetti infrastrutturali u/jew ambjentali madwar il-gżejjer Maltin?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Filwaqt li nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġibiet mogħtija għall-Mistoqsijiet Parlamentari numri 10810, 13732 u 27207, ninformah li qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra dokument bl-informazzjoni li tissupplimenta dak muri fit-tweġibiet imsemmija.

Telefonata fuq waiting lists

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 32696 u jgħid kemm tnaqqsu pazjenti minn fuq il-waiting lists bl-eżerċizzju ta' telefonata mingħand grupp ta' ħaddiema li kienu jċemplu biex jaraw jekk pazjenti li kienu fuq il-waiting lists għandhomx interessati?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Infurmat li 676 pazjent tnaqqsu minn fuq il-waiting list b’eżerċizzju li sar sabiex jiġi mifhum jekk pazjenti li kienu fuq il-waiting list għadhomx interssati li ssirilhom l-operazzjoni.

benefiċċju tas-single parent

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn single parents li jieħdu l-benefiċċju tas-single parent u minn liema lokalità huma?

Response (SAID, CHRISTOPHER)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant n-numru ta' single parents li jieħdu l-benefiċċju hu ta 2938 u huma mqassma f'lokalitajiet kif indikati fuq it-tabella li qed inpoggi fuq il-Mejda tal-Kamra

applikazzjoni għal post alternattiv

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn nies li għandhom applikazzjoni għal post alternattiv? Mil-liema lokalità huma? Kemm hawn nies li ħadu post tal-gvern mis-sena 2000 'il quddiem? Jista' jgħid meta applikaw u fejn kienu joqogħdu?

Response (SAID, CHRISTOPHER)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Awtorità tad-Djar għandha 2, 410 applikazzjoni għall-akkomodazzjoni alternattiva sal-aħħar ta’ Marzu. L-applikanti ġejjin mil-lokalitajiet kif jidher fit-tabella li qed inpoggi fuq il-Mejda tal-Kamra.

spezzjoni fuq post

Question

Jista' l-Minsitru jara li xi ħadd mill-Awtorità tad-Djar jagħmel spezzjoni fuq saqaf ta' post li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament li fih qed jidhru l-konsenturi?

Response (SAID, CHRISTOPHER)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-awtorità toffri Skema SM f’każijiet bħal dawn. L-inkwilina hija għaldaqstant mitluba tavviċina l-Customer Care tal-awtorità sabiex tapplika.

maġistrati u mħallfin

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew appuntati maġistrati u mħallfin fl-2010 u fl-2011? Kemm kien il-compliment tal-maġistrati u mħallfin fl-2010?

Response (SAID, CHRISTOPHER)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li fis-sena 2010 ġew appuntati żewġ (2) Imħallfin u Maġistrat wieħed (1) u l-ex Prim Imħallef reġa’ assuma l-kariga ta’ Imħallef. Fis-sena 2011 ġew appuntati żewġ (2) Imħallfin u tliet (3) Maġistrati. Fil-31 ta’ Diċembru, 2010 il-complement ta’ Maġistrati u Mħallfin (inkluż il-Prim Imħallef) kien ta’ sebgħa u tletin (37): Prim Imħallef : wieħed ( 1) Imħallfin : dsatax (19) Maġistrati : sbatax (17)

Awtorità tad-Djar — ftehim kollettiv iffirmat

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex l-impjegati tal-Awtorità tad-Djar għad ma ġewx mogħtija l-ftehim kollettiv li suppost ġie ffirmat fl-2010? Meta se jibdew id-diskussjonijiet biex riżultat ta' hekk jiġi ffirmat il-fthem kollettiv?

Response (SAID, CHRISTOPHER)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Awtorità tad-Djar bdiet id-diskussjonijiet fl-2011 u qegħda fil-proċess tan-negozjati sabiex jiġi ffirmat ftehim kollettiv ġdid. L-kuntenut tal-ftehim tlesta, l-union li tirrapreżenta lil ħaddiema għadha kif preżentat il-proposti finanzjarji tagħha, issa jmiss li dawn jiġu diskussi flimkien mal-Ministeru tal-Finanzi u l-Awtorità tad-Djar. Id-dati tal-laqgħat kienu: 13 ta’ Jannar 2011 21 ta’ Frar 2011 23 ta’ Marzu 2011 20 ta’ April 2011 23 ta’ Ġunju 2011 8 ta’ Lulju 2011 1, 2 u 8 Awwissu 2011 12 ta’ Settembru 2011 3, 14, 31 ta’ Ottubru 2011 21 ta’ Diċembru 2011

Malta Film Fund — informazzjoni dwar fondi mogħtija

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 32989 li oriġinarjament saret lill-Prim Ministru u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid jekk il-Malta Film Fund għadux jaqa' taħt l-Uffiċċju tal-Prim Ministru? Kemm ta flus bħala funding mis-sena 2008 'l quddiem sena b’sena u proġett b’proġett? Il-film Dear Dom kellu funding minn dan il-fond tal-Uffiċċju tal-Prim Ministru? Jekk iva, kemm kienet l-għotja?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi il-Malta Film Fund qatt ma kien taħt l-Uffiċċju tal-Prim Ministru, il-fond hu amministrat mill-Malta Film Commission. L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Enemalta — rapport tal-mercaptans fuq il-Mejda tal-Kamra

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 33007 u cioè: Billi xahar ilu l-Ministru kien stqarr li kien qed jistenna reazzjoni uffiċjali mill-bord tal-Korporazzjoni Enemalta, u deċiżjoni dwar jekk hemmx passi dixxiplinari x’jittieħdu fil-konfront ta' xi uffiċjali, qabel ma jpoġġi r-rapport tal-mercaptans fuq il-Mejda tal-Kamra, jista' l-Ministru jgħid jekk iħossx li għadda żmien biżżejjed biex rapport simili li bla dubju ta’ xejn huwa fl-interess pubbliku, jitqiegħed mingħajr aktar dewmien fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi r-risposta ser tingħata f’seduta oħra.

Sliema — Pace Street - problema ta' drenaġġ

Question

Jista' l-Ministru jara jekk jistgħux jittieħdu passi billi f’Pace Street, tas-Sliema ta' spiss qed ifur id-drenaġġ u qed jidħol f’ċerti residenzi, saħansitra fil-kċejjen ta’ uħud mir-residenzi?

Response (FENECH, TONIO)

Ninsab infurmat illi minn studju li sar jirriżulta illi possibilment hemm ħsara fis-sistema tad-drenaġġ li qed tikkawża inkonvinjent għand residenza ġewwa Triq Pace. Il-Korporazzjoni għas-Servizzi ta’ l-Ilma qegħdha fil-proċess sabiex takwista il-permess meħtieġ sabiex isir ix-xogħol ta’ tiswija fi żmien qasir.

Heritage Malta — professjonisti li telqu

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm professjonisti telqu lil Heritage Malta jew ġew seconded barra minn Heritage Malta minn Jannar tal-2011 sal-lum?

Response (DEMARCO, MARIO)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jispjega/jispeċifika x’qed jifhem eżatt meta qed jgħid professjonisti

Heritage Malta — informazzjoni dwar l-impjegati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm impjegati ma' Heritage Malta? Minn fost il-kuraturi, managers u senior heads kemm hemm minnhom li għandhom PhD u kemm għandhom Masters u f'liema suġġetti?

Response (DEMARCO, MARIO)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bl-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant.

Mużew Marittimu — sofqa perikolużi

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-periklu li hemm fis-soqfa tal-Mużew Marittimu ġewx solvuti? X'azzjoni ttieħdet biex jiġu mħarsin il-ħaddiema li jaħdmu hemm?

Response (DEMARCO, MARIO)

Ninforma lill-Onor Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar u tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Heritage Malta — informazzjoni dwar il-laneċ

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm laneċ ta' Heritage Malta fil-baħar u fl-art, meta ngħataw jew inxtraw minn Heritage Malta, x'użu jsir minnhom u kemm hi l-ispiża tal-maintenance tagħhom?

Response (DEMARCO, MARIO)

Ninsab infurmat li Heritage Malta għandha tliet laneċ, li kollha jinsabu fuq l-art dawn jikkonsistu f’dan li ġej: 1. Lanċa li kienet tintuża mid-Dipartiment tad-Dwana bl-isem ta’ 21 March li ngħatat bħala donazzjoni mid-Dipartiment tad-Dwana fl-2004 u li se tintuża fil-wirja permanenti tal-Mużew Marittimu wara r-restawr meħtieġ. 2. Lanċa tas-sajd bl-isem ta’ Temptation mgħoddija mid-Dipartiment tas-Sajd fl-2005, li wkoll se tintuża fil-wirja permanenti tal-Mużew Marittimu wara r-restawr meħtieġ. 3. Lanċa żgħira tar-Royal Navy li ngħatat bħala donazzjoni minn persuna mill-Kalkara fl-2011 li se tiġi restawrata sabiex tiġi nkluża fil-wirja permanenti. Infurmat ukoll li bħalissa m’hi qed issir l-ebda spiża fuq dawn it-tliet laneċ.

Mobile homes minn Napli

Question

Jista' l-Ministru jinforma jekk wara li l-gvern Malti kien ġab bejn 80 u 90 mobile homes minn Napli sabiex jintużaw għall-immigranti irregolari li bħalissa jinsabu f'pajjiżna, fejn għalihom kien ħallas €900-il waħda għat-trasport u x-shipping biss, mingħajr ma ħallas xejn għalihom, issa li reġa' għandu l-opportunità li jġib madwar 1,400 mobile homes oħra, fejn għalihom se jerġa' jħallas biss għat-trasport u x-shipping hux se jerġa' jġib dawn il-mobile homes minn Napli bl-istess kundizzjonijiet kif kien sar skont il-ftehim bejn il-gvern Malti u dak Taljan? Jista' jgħid dawn issa minn fejn se jinġiebu u kemm se jiswew lill-Gvern?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat li ma jeżisti ebda ftehim mal-Gvern Taljan li permezz tiegħu jistghu jinġiebu mobile homes mill-Italja, u dawk li għalihom qed jirreferi l-Onorevoli Interpellant kienu mobile homes second hand li nġiebu xi snin ilu b’arranġamenti ad hoc li saru bejn il-Forzi tal-Protezzjoni Ċivili ta’ Malta u tal-Italja. Infurmat ukoll li l-100 mobile homes li nxtraw riċentement bil-fondi tal-Unjoni Ewropea taħt l-emergency measures tal-Fond Ewropej tar-Refuġjati (ERF) nġiebu mill-Italja wara sejħa għall-offerti u jiswew €889,992 li minnhom sehem il-Gvern kien ta’ 20% u ċioe' €177,998.

kont tad-dawl u l-ilma

Question

Jista' l-Ministru jara li tiġi indirizzata l-problema tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, peress li jidher li hemm żball ta' €1000 fil-kont tad-dawl u l-ilma?

Response (FENECH, TONIO)

Ninsab infurmat li l-informazzjoni ingħatat lil-ARMS Ltd li minn naħa tagħha ser tikkomunika direttament mal-klijient.