Legislature:
Category:
Reset
Active:

Airmalta — impjieg ġdid

Question

Jista' l-Minsitru jwieġeb mistoqsija parlamentari 34037 u jispjega għaliex wara li waqfet diversi ħaddiema mis-sezzjoni tal-luggage handling/cargo, l-Airmalta qiegħda terġa' timpjiega ħaddiema f'dan id-dipartiment inkluż loading?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi r-risposta ma tistgħax tingħata għaliex hija ta’ natura kumerċjalment sensittiva.

informazzjoni dwar anzjani

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 34075 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni u mistoqsija parlamentari 33816 li oriġinarjament saret lill-Ministru tas-Saħħa, l-Anzjani u l-Kura fil-Komunità u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid kemm kienu l-anzjani: a) bejn is-60 u l-74 sena; u b) minn 75 sena 'l fuq, sena b'sena, fl-2010 u fl-2011?

Response (FENECH, TONIO)

Ninsab infurmat li skont id-Demographic Review 2010, in numru ta’ anzjani bejn is-60 u l-74 sena huwa ta’ 67,935, filwaqt li dawk ta 'l fuq minn 75 sena kien ta’ 27,210. Figuri għall-2011 għadhom mhumiex disponibbli.
Leg 11 PQ #32917 Sitting 467 2012-05-02 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru — impjegati nisa bi skala sebgħa

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hemm impjegati nisa fil-Ministeru dipartiment u entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu li huma minn skala sebgħa 'l fuq?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bl-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant.

Ministeru tal-Affarijiet Barranin — impjegati nisa bi skala sebgħa

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hemm impjegati nisa fil-Ministeru, dipartiment u entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu li huma minn skala sebgħa 'l fuq?

Response (BORG, TONIO)

Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi hemm sitta u għoxrin (26) impjegati nisa fil-Ministeru tal-Affarijiet Barranin , dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħtu li huma minn skala sebgħa 'l fuq.

Ministeru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni — impjegati nisa bi skala sebgħa

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm impjegati nisa fil-Ministeru, dipartiment u entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu li huma minn skala sebgħa 'l fuq?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li n-numru ta' impjegati li huma nisa fil-Ministeru tiegħi, d-dipartimenti u l-entitajiet li jaqgħu taħtu u li hemm 'l fuq minn skala sebgħa huwa ta' 65.

Ministeru għall-Kompetizzjoni Ġusta, Negozji Żgħar u Konsumatur — impjegati nisa bi skala sebgħa

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm impjegati nisa fil-Ministeru, dipartiment u entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu li huma minn skala sebgħa 'l fuq?

Response (AZZOPARDI, JASON)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — impjegati nisa bi skala sebgħa

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm impjegati nisa fil-Ministeru, dipartiment u entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu li huma minn skala sebgħa 'l fuq?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Ministeru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali — impjegati nisa bi skala sebgħa

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm impjegati nisa fil-Ministeru, dipartiment u entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu li huma minn skala sebgħa 'l fuq?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninsab infurmat li n-numru ta’ nisa li huma minn skala sebgħa 'l fuq huma kif ġej: · Ministeru u dipartiment 31 · Awtorità ta' Malta dwar ir-Riżorsi 7 · WasteServ Malta Limited 2

Fawran tal-fossa tad-drenaġġ fl-inħwali tal-Baħrija

Question

Billi kull ma jmur il-Wied tal-Marġa fil-Baħrija qed jispiċċa mniġġeż bid-drenaġġ u billi dan huwa kawżat mill-fawran tal-fossa tad-drenaġġ fl-inħawi, jista' l-Ministru jinforma għaliex meta l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar approvat daqstant żvilupp fl-inħawi, l-estensjoni tad-drenaġġ fil-Baħrija baqgħet ma saritx? Jista' jara li matul din is-sena ssir din l-estensjoni tant meħtieġa għar-residenti għall-ħarsien tal-ambjent fl-inħawi?

Response (FENECH, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-Korporazzjoni għas-Servizzi ta’ l-Ilma qed tippjana li tinstalla mpjant zgħir biex tkun tista’ tittratta d-drenaġġ tal-Baħrija fil-post.

Ħad-Dingli — ġibjun li mhux jintuża

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex il-ġibjun ta' Ħad-Dingli mhux jintuża? Kemm ilu abbandunat dan il-ġibjun?

Response (FENECH, TONIO)

Ninsab infurmat li l-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma ilha ma tuża l-ġibjun ta’ Ħad-Dingli mill-1999. Kien hemm diversi raġunijiet għalfejn il-Korporazzjoni ħadet din id-deċiżjoni, fosthom li l-ġibjun huwa zgħir ħafna u dan kien qed joħloq problemi ta’ operazzjoni; kif ukoll minħabba l-istat fiżiku ħażin tal-ġibjun. Biex dan jitranġa, l-ispejjeż kienu kbar meta wieħed iqabbilhom mal-benefiċċji li jintuża l-ġibjun.
Leg 11 PQ #33190 Sitting 467 2012-05-02 Oral · Interim From: NOEL FARRUGIA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Rabat — Għemieri, Binġemma Fort u Tas-Salib - Petizzjoni

Question

Jista' l-Prim Ministru jinforma x'kunsiderazzjonijiet saru dwar il-petizzjoni tar-residenti tal-Għemieri, Binġemma Fort u Tas-Salib limiti tar-Rabat ikollhom is-servizz tat-trasport u dan partikolarment sabiex l-istudenti fl-inħawi msemmija jaslu l-iskola bl-anqas inkonvenjent possibli? Billi residenti jixtiequ li dan is-servizz jiġi estiż b'bidla żgħira attwali, jista' jara li task force kkonċernata tirrimedja b'soluzzjoni? Jekk fl-affermattiv, meta?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Ministeru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali — tnaqqis mill-budget

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 32630 u jagħti breakdown ta' kif se titnaqqas eżatt iċ-ċifra tal-flus mill-vot finanzjarju tiegħu item, item in vista tat-tnaqqis tal-€40 miljun li l-gvern ġie ordnat inaqqas mill-budget għall-2012 mill-Unjoni Ewropea?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ngħarraf lill-Onor Interpellant illi l-Gvern ħa deċiżjoni konxja u responsabbli li jnaqqas €40 miljun min-nefqa tiegħu fid-dawl taċ-ċirkostanzi ekonomiċi internazzjonali li komplew jiddeterjoraw fl-aħħar xhur tal-2011. Il-Gvern ried ipoġġi lilu nnifsu f'pożizzjoni li, jekk il-kriżi ekonomika internazzjonali, jerġa jkollha impatt fuq pajjiżna kif ġara fl-2009, il-Gvern ikollu riżorsi neċessarji biex jerġa jintervjeni fl-ekonomija u jħares il-postijiet tax-xogħol. Il-Ministeru tiegħi wkoll qed jagħmel l-isforz tiegħu biex inaqqas l-ispejjeż tiegħu kif ukoll id-dipartimenti u l-entitajiet li jaqgħu taħtu. Dan qed nagħmluh billi nirrestrinġu r-reklutaġġ ta' ħaddiema ġodda, nillimitaw fejn possibli l- overtime u nsaħħu aktar l-effiċjenza fl-operat. Dan mhux qed isir bi tnaqqis f'investimet kapitali, skemi ta’ għajnuna lis-setturi tas-sajd u biedja jew ta’ għanuniet differenti. Ir-restrizzjonijiet fir-reklutaġġ b'ebda mod m'hu se jimpattaw fost oħrajn la professjonijiet kruċjali fosthom ta' servizzi mogħtija mid-Dipartiment għar-Regolazzjoni tal-Biedja u s-Sajd fejn jirrigwarda is-saħħa tal-produzzjoni tal-ikel u anqas l-oqsma taż-żamma ta’ indafa u manutenzjoni ta’ siti li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tal-Gvern Ċentrali.

Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — tnaqqis mill-budget

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 32628 u jagħti breakdown ta' kif se titnaqqas eżatt iċ-ċifra tal-flus mill-vot finanzjarju tiegħu item, item in vista tat-tnaqqis tal-€40 miljun li l-gvern ġie ordnat inaqqas mill-budget għall-2012 mill-Unjoni Ewropea?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 33202.

Reverse osmosis — volum ta' ilma għad-distribuzzjoni

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk jirriżultax li r-reverse osmosis illum qed jipproduċu volum ta' ilma għad-distribuzzjoni tad-domanda tal-konsumatur daqs l-istaġun tas-sajf? Jekk fl-affermattiv, jista' jispjega raġuni għal dan il-konsum?

Response (FENECH, TONIO)

Ninsab infurmat illi il-produzzjoni ta’ l-ilma mill-impjanti tar-Reverse Osmosis bħalissa hi ta’ madwar 78 fil-mija tal-produzzjoni tas-sajf.

Ministeru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali — nefqa fuq safar

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa globalment għal kull safra separata (inkluż flights, subsistence allowance u accomodation) li fiha kien involut il-Ministru u fejn japplika s-Segretarju Parlamentari inkluż l-uffiċjali li marru magħhom? Fejn kienet id-destinazzjoni u minn akkumpanjahom matul l-2011?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tweġiba tingħata f’seduta oħra.
Leg 11 PQ #33410 Sitting 467 2012-05-02 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Ministeru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol

Ministeru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol — nefqa fuq safar

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm kienet in-nefqa globalment għal kull safra separata (inkluż flights, subsistence allowance u accomodation) li fiha kienet involuta l-Ministru u fejn japplika s-Segretarju Parlamentari inkluż l-uffiċjali li marru magħhom? Fejn kienet id-destinazzjoni u minn akkumpanjahom matul l-2011?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 11 PQ #33411 Sitting 467 2012-05-02 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — nefqa fuq safra

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm kienet in-nefqa globalment għal kull safra separata (inkluż flights, subsistence allowance u accomodation) li fiha kienet involuta l-Ministru u fejn japplika s-Segretarju Parlamentari inkluż l-uffiċjali li marru magħhom? Fejn kienet id-destinazzjoni u minn akkumpanjahom matul l-2011?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.

Ministeru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali — nefqa fuq safar tas-snin 2009 u 2010

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa globalment għal kull safra separata (inkluż flights, subsistence allowance u accomodation) li fiha kien involut il-Ministru u fejn japplika s-Segretarju Parlamentari, inkluż l-uffiċjali li marru magħhom? Fejn kienet id-destinazzjoni u minn akkumpanjahom matul l-2009 u l-2010?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġibiet mogħtija għall-Mistoqsijiet Parlamentari bil-miktub numri 503 u 512.

Ministeru tas-Saħħa, l-Anzjani u l-Kura fil-Komunità — nefqa fuq safar tal-2009 u 2010

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa globalment għal kull safra separata (inkluż flights, subsistence allowance u accomodation) li fiha kien involut il-Ministru u fejn japplika s-Segretarju Parlamentari, inkluż l-uffiċjali li marru magħhom? Fejn kienet id-destinazzjoni u minn akkumpanjahom matul l-2009 u l-2010?

Response (CASSAR, JOSEPH)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.