Jista' l-Ministru jgħid meta l-individwu li d-dettalji tagħha qed jingħataw separatament mistenni jirċievi l-voucher dovut lilu għat-tnaqqis tal-kont tad-dawl u ilma?
Response (SAID, CHRISTOPHER)
Ninforma lill-Onorevoli nterpellant li jiena nfurmat li l-persuna msemmija għandha tirrikorri f’wieħed mill-Uffiċċji Distrettwali tad-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali sabiex tingħata l-informazzjoni meħtieġa.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew irrapurtati atti kriminali fuq persuni anzjani ta' 'l fuq 'l 65 sena, sena b'sena, mill-2000 'l hawn u x'tip ta' atti kriminali seħħew (eż: serq, swat)?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi r-rapporti li kellhom il-Pulizija dwar atti kriminali fuq persuni anzjani ta' 'l fuq minn 65 sena għas-snin imsemmija mill-Onorevoli Interpellant fuq kienu s-segwenti:-
Jista' l-Ministru jgħid meta mistenni jmur il-housing inspector tal-Awtorità tad-Djar għand l-applikanta li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament li hija single parent u tgħix f'post sub-standard?
Response (SAID, CHRISTOPHER)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-applikazzjoni tal-applikanta in kwestjoni ġiet ipproċessata mal-applikazzjonijiet l-oħra għall-akkomodazzjoni alternattiva u l-ispezzjoni se ssir fil-futur qarib.
Jista' l-Ministru jagħti raġuni valida għaliex fit-tender document tal-Lotteriji daħħal il-capping fuq ir-rebħ tal-lottu, meta jaf li l-pubbliku jilgħab b'mod legali qed jitnaqqsulu mir-rebħ li ħafna drabi jkunu ilu snin jittama li jkollu? Jaħsibx li b'hekk ikun qed jimbotta l-pubbliku biex jirrikorri aktar għal-logħob klandestin li drabi jkun konness m'attivitajiet oħra illegali u kriminali? Jaħsibx li dan se jirriżulta għal tnaqqis fid-dħul mit-taxxa ta' 20% diretta fuq il-bejgħ mill-operaturi?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-ġlieda kontra kull forma ta’ logħob illegali hija projorita’ għal dan il-Gvern. Dan urejnieħ biċ-ċar bil-liġijietli għaddejna matul l-aħħar snin. Infakkar ukoll li l-proċess marbut mal-għoti tal-konċessjoni tal-Lotterija Nazzjonali għadu għaddej u għalhekk mhux il-waqt li tingħata aktar informazzjoni f‘dan ir-rigward.
Peress li meta, fl-ewwel terminu mogħti lill-operaturi tal-Lottu Pubbliku, l-Gvern kien aċċetta t-talba tal-capping, din il-miżura ddaħħlet għal perjodu ta' sitt xhur, jista' l-Ministru jagħti informazzjoni dettaljata ta' kemm-il darba sar tnaqqis jew żieda fir-rebħ f'dan il-perjodu? Kemm kienu l-ammonti fi flus, filwaqt li jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-istudju li sar wara l-perjodu ta' sitt xhur?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 34165.
Jista’ l-Ministru jgħid minn se jkun qed jagħmel u jieħu ħsieb il-manutenzjoni tal-impjanti tal-enerġija f'Delimara, il-Korporazzjoni Enemalta jew il-privat? Jekk se jkun fdat f'idejn il-privat, jista' l-Ministru jgħid:
a) Għalfejn ittieħdet tali deċiżjoni;
b) min hija l-kumpanija li se tkun qed tagħmel ix-xogħol;
ċ) kif ingħatat il-kuntratt; u
d) x'inhuma l-implikazzjonijiet finanzjarji għall-Korporazzjoni Enemalta b'dan il-ftehim?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi r-risposta ser tingħata f’seduta oħra.
Ħaż-Żebbuġ — Triq Patri Andrew Azzopardi - Bini tat-triq
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 34033 u jgħid meta hemm il-ħsieb li tinbena Triq Patri Andrew Azzopardi Ħaż-Żebbuġ peress li f'din it-triq hemm ħafna residenti u fl-istat li hi toħolqilhom inkonvinjent kbir?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 34034 u jgħid x'inhu t-tul ta' toroq f'Malta u Għawdex separatament li huma kklassifikati bħala arterjali, distributorji u lokali separatament?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid jekk in-negozjati dwar il-privatizzazzjoni tal-Petroleum Division tal-Korporazzjoni Enemalta għadhomx għaddejjin? Jekk fl-affermattiv, ma min qegħdin isiru dawn in-negozjati? Jista' jgħid jekk in-negozjati jispeċifikawx jekk il-Petroleum Division hiex se tinbiegħ bil-ħaddiema li hemm inklużi? Meta hu l-ħsieb li jiġu finalizzati dawn in-negozjati?
Response (FENECH, TONIO)
Ninsab infurmat li n-negozzjati dwar l-privatizzazzjoni tal-operat tal-Petroleum tal-Korporazzjoni Enemalta għadhom għaddejjin mal BB Energy.
Din il-konċessjoni se tingħata bħala ‘going concern’ jiġifieri bil-ħaddiema, a bażi tar-regoli tat-trasferiment ta’ negozju (transfer of business).
Marsaxlokk — Triq San Franġisk - periklu għat-tfal tal-iskola
Question
B' referenza għall-ittra li ġġib id-data tad-19 t'April mibgħuta mill-Kunsill lokali ta' Marsaxlokk lil Transport Malta, jista' l-Ministru jgħid jekk huwiex konxju tal-periklu li qed jiġu esposti għalih ta' kuljum it-tfal tal-iskola, għaliex Triq San Franġisk mhux qed tingħalaq kif , u fil-ħinijiet li talab saħansitra l-Kunsill tal-Iskola? Għaliex minkejja dan il-periklu, sal-lum għadu ma sar xejn dwar it-talba tal-kunsill lokali għall-ftuħ ta' Triq S. Bartolomi, li tista' tkun instrumentali biex tissolva din il-problema mingħajr ma jinħoloq aktar inkonvenjent lir-residenti bl-għeluq ta' Triq San Frangisk f'ħinijiet partikulari?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
B’referenza għall-allokazzjoni ta’ €350,000 għall-korsa tal-karting u vetturi oħra, msemmija f’pagna 68 tad-Diskors tal-Baġit 2012, tista’ l-Ministru tgħid kif wasal għal din il-figura? Jista’ jispjega kif kien ippjanat li jintnefqu dawn il-flus u fiex (breakdown)? Dawn it-€350,000 ġew allokati għall-korsa temporanja jew għall-korsa permanenti tal-karting u vetturi oħra? Min hu l-espert li ta l-pariri tiegħu fuq din il-korsa?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-Informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 33884, tista' l-Ministru twieġeb it-tieni parti tal-mistoqsija parlamentari u tgħid kemm kienu l-barranin residenti f'Malta li ngħataw impjieg tul din il-leġislatura?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm jaqla' overtime infermier (inkluż allowace mingħajr overtime) on average fis-sena, skont il-grad u l-entità li fiha jaħdem?
Response (CASSAR, JOSEPH)
L-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar. Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Mosta — Triq Patri Ġużè Delia S.J. - triq li trid titranġa
Question
Jista' l-Ministru jieħu passi sabiex tkun rranġata parti minn triq fil-Mosta li hija Triq Patri Ġużè Delia S.J. kantuniera ma' Triq Camillo Sciberras peress li minn din it-triq tgħaddi l-karozza tal-linja X3 u tali ħsara qed tikkawża periklu għall-vetturi li jkunu ġejjin isuqu fl-istess triq tal-vettura?
Response (GATT, AUSTIN)
Peress li dan ix-xogħol ma jaqax taħt ir-responsabilità ta' Transport Malta, nitlob lill-Onor Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhi d-differenza li hemm teżisti bejn il-benefiċċju soċjali li jirċievu l-persuni li jsiru ommijiet b'mod naturali u l-persuni li jsiru ommijiet permezz tal-adozzjoni? Jista jgħid għaliex s'issa persuni li jsiru ommijiet b'adozzjoni m'għandhomx maternity leave?
Response (SAID, CHRISTOPHER)
Ninforma lil Onorevoli Interpellant li ma hemm l-ebda differenza bejn Benefiċċji Soċjali li jirċievu l-persuni li jsiru ommijiet b’mod naturali u dawk li jaddottaw. L-uniku benefiċċju li ma jieħdux dawk li jaddottaw huwa l-Benefiċċju tal-Maternita.
Il-leave tal-maternita hija wahda mill-mizuri kontemplati fil-ligi li huma immirati li jaghtu protezzjoni lil mara li tkun tqila jew tkun ghada kif helset jew tkun qed tredda. L-ghan taghhom hu biex is-sahha u s-sigurta tal-omm u tat-tarbija jigu protetti. Is-sitwazzjoni ta’ omm li tkun addottat wild hi differenti, fis-sens li din la tkun tqila, la tkun helset u lanqas tkun qed tredda u ghaldaqstant, il-mizuri partikolari imfassla biex jipprotegu l-maternita m’humiex applikabli ghal adozzjoni. Ghaldaqstant il-process ta adozzjoni fin-natura bazika tieghu ma jistax tigi kkomparata jew ekwiparat ma dik ta’ mara tqila.
Madankollu, il-gvern hu konxju tal-problemi partikolari li jiffacjaw persuni li jaddottaw wild u qed jigi ikkunsidrati x’mizuri jistghu jittiehdu biex dawn il-persuni ikunu meghjuna.
Fis-settur Pubbliku dahal leave ta' adozzjoni ta' sittax-il gimgha u prezentament hemm diskussjoni fl-Employment Relations Board fuq proposta tal-Gvern kif dan jista' jigi introdott ukoll fis-settur privat
Billi dawn l-aħħar ġimagħtejn ġie rrapportat li l-popolazzjoni tal-majjali f'Malta, matul l-2011 naqset b'madwar 34%, jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kif kienet u qiegħda tiġi indirizzata din is-sitwazzjoni min-naħa tal-gvern? X'tip ta' konsultazzjoni saret/qiegħda ssir mal-koperattivà ta' min irabbi l-majjal?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-popolazzjoni tal-majjaliet u majjali tas-simna fuq l-irziezet tal produtturi tal-majjal fl-aħħar tal-2010 u 2011 kienet kif jsegwi:
Bilanċ tal-Majjaliet fuq l-Irziezet ta' Malta u Għawdex
Pop.tal-Majjal tas-Simna, fl-Aħħar ta' kull Sena
2010
5,286
48,586
2011
3,827
34,473
Ir-ragunijiet li wasslu għal dan kien spjegat fid-dettal fit-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 32692. Dan it-tnaqqis huwa riżultat ta’ eżerċizzju li l-Ministeru kien qiegħed jagħmel flimkien mal-KIM biex jerġa’ jwasslu għal vijabilità ekonomika. Filwaqt li qabel in-numru ta’ majjaliet liċenzjati kien jinħadem fuq bażi ta’ sittax il-majjal għal qatla min taħt kull majjala kull sena, mis-sena 2011 il-mira tkun ta’ 24 majjal. Huwa stat ta’ fatt li biex tintlaħaq il-vijabblità ekonomika, il-produtturi tal-majjal iridu joqorbu għall-livell ta’ produzzjoni ta’ 24 majjal għal qatla minn taħt kull majjala kull sena biex b’hekk titjieb l-effiċjenza tal-produzzjoni tagħhom.
Il-Ministeru u d-Direttorat tar-Regolazzjoni Veterinarja jiltaqgħu b’mod regolari mal-Koperattiva ta’ minn Irabbi l-Majjal fejn jiġu diskussi l-problemi kollha li minn żmien għal żmien jkun qiegħed jiffaċċja dan is-settur. Bid-deċiżżjonijiet li ttieħdu mill-2010 sa llum, il-produtturi tal-majjal m’għadhomx ikunu maqbuda b’numru żejjed ta’ majjaliet u majjali għal qatla fuq l-irziezet tagħhom bir-riżultat li m’humiex jagħmlu telf minħabba nefqa rikorrenti żejda, inkluż dik tal-għalf. Riżultat ieħor pożittiv ta’ dawn id-deċiżżjonijiet huwa li l-majjal li qiegħed jiġi maqtul huwa ta’ piż medju inqas minn qabel. Dan għaliex għandu anqas eta’ u għalhekk huwa prodott ta’ kwalità għola, u għalhekk ir-raħħal iġib prezz aħjar tiegħu.
Peress li minn żmien għal żmien qed niltaqa' ma' persuni li qed isibuha diffiċli (b'mod partikolari fl-inħawi ta' San Pawl il-Baħar) biex jingħataw servizz ta' home help, għaliex qed jingħad li m'hemmx nies li jridu jiġu jaħdmu f'din il-lokalità, jista' l-Ministru jara jekk hemmx possibilità li din is-sitwazzjoni tiġi indirizzata billi jiġu impjegati dawk in-nies li huma meħtieġa għal dan ix-xogħol?
Response (CASSAR, JOSEPH)
L-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar. Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
rifjut biex cruise liners jużaw il-port ta' San Pawl il-Baħar
Question
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk Transport Malta (u qabilha l-Awtorità Marittima ta' Malta) qattx irrifjutat il-permess lil xi cruise liners biex jidħlu fil-port ta' San Pawl il-Baħar? Jekk iva meta sar din ir-rifjut?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li Transport Malta, jew l-Awtorità Marittima ta' Malta qabilha, ma rċevietx talbiet sabiex cruise liners isorġu ġewwa San Pawl il-Baħar.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar l-investiment li qed isir bħalissa, mill-Ministeru, flimkien mal-koperattiva ta' min irabbi l-majjal, biex titjieb il-ġenetika tal-istess annimal f'pajjiżna?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi fil-programm ta’ għajnuna li kien mfassal għas-settur tal-produtturi tal-majjali, li kien ippublikat fl- SMPPMA li spiċċa f’l 2010, il-Ministeru kien vara flimkien mal-Koperattiva ta’ Min Irabbi l-Majjali, programm ta’ bdil ta’ ġenetika fejn il-ġenetika ġdida giet mixtrija mill-Ingilterra bħala majjaliet u fħula li ġew użati għall-produzzjoni kummerċjali u stokk ieħor ta’ majjaliet u fħula ta’ razzez puri li ngħataw f’numri żgħar ħafna lil kull razzet biex dawn ikunu jistgħu jipproduċu huma stess il-merħla tat-trobbija tagħhom. Fil-preżent dan il-programm għadu qiegħed jiġi segwit mill-Koperattiva ta’ Min Irabbi l-Majjal fejn, biex il-ġenetika tinżamm dejjem fl-għola livelli, qiegħed jiġi użat tgħammir bit-tubu. Din iż-żerriegħa għat-tgħammir qed tiġi miġbura min fħula speċjali f’razzett tal-koperattiva stess.