Legislature:
Category:
Reset
Active:

Bormla — Sur San Pawl - ħofor fit-trejqa għall-appartamenti

Question

Jista' l-Ministru jara li għal anqas jimtlew il-ħofor kbar li hemm fit-trejqa li tagħti għall-appartamenti f'Sur San Pawl Bormla ?

Response (GATT, AUSTIN)

Peress li t-trejqa in kwistjoni ma taqax taħt ir-responsabbiltà ta' Transport Malta, nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Leg 11 PQ #34111 Sitting 468 2012-05-07 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol

Child Care Assistants — funzjoni

Question

Tista' l-Ministru tgħid x'inhi eżatt il-funzjoni ta' Childcare Assistants? Għal kemm tfal iridu jkunu responsabbli?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Il-funzjoni ta’ childcare assistants huwa spjegat fid-dokument li qed jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Skont l-istandards nazzjonali dawn il-persuni huma responsabbli għan-numru tat-tfal kif ġej: Età tat-tfal Tfal ma’ kull Childcare Assistant Minn 0 sa 12-il xahar 3 Minn 13 sa 24 xahar 5 Minn 25 sa 36 xahar 6 Grupp imħallat ta’ tfal li mhux aktar Minn tifel/tifla wieħed/waħda jkollu/ikollha inqas minn 18-il xahar 6

Operazzjonijiet ta' hip replacement

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm saru operazzjonijiet ta' hip replacement matul is-sena 2011? Kemm hu n-numru li hemm fil-waiting list sabiex jagħmlu din l-operazzjoni ?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Infurmat li matul is-sena 2011 saru 150 operazzjoni ta’ hip replacement. Infurmat wkoll li sat-3 ta’ Mejju 2012 kien hemm 332 persuna fil-waiting list sabiex jagħmlu din l-operazzjoni.

Bormla — Triq Hanover, Triq l-Ajkla u Triq Santa Liena - slum clearance

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk għadx hemm sidien li għadhom ma ħadux dak li hu dovut lilhom, wara li l-proprjetà tagħhom ittieħdet sabiex minflok isir slum clearance fi Triq Hanover, Triq l-Ajkla u Triq Santa Liena Bormla ?

Response (SAID, CHRISTOPHER)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li r-residenti kollha tal-progett ta’ slum clearance fi Triq Hanover, Triq l-Ajkla u Triq Santa Liena Bormla gew allokati post alternattiv u kollha vvakaw ir-resdienza u bdew jokkupa l-appartament moghti lilhom. Fadal biss familja wahda li minkejja inghatat appartament f’Awissu tas-sena 2011 din għada m’okkupatx dan il-fond. L-Awtorità tad-Djar qeghda ssegwi dan il-kaz sabiex din il-familja tohrog minn dan il-blokk kemm jista' jkun malajr.

Bjut ta' appartamenti tal-gvern — photovolaic panels

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-GPD hux jagħtu permessi sabiex fuq bjut ta' appartamenti tal-gvern jitwaħħlu photovoltaic panels ?

Response (AZZOPARDI, JASON)

Ninsab infurmat li d-Dipartiment tal-Proprjetà tal-gvern ma joħroġx permessi għal installazzjonijiet ta’ sistemi fotovoltajċi, ħlief għal ‘no objection’ fejn jidħlu istallazzjonijiet fuq binjiet li huma proprjetà tal-gvern. Permessi ta’ istallazzjonijiet jinħarġu biss mill-MEPA.

Mellieħa — xogħlijiet fit-toroq arterjali

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar meta hu mistenni li jitlesta x-xogħol fuq it-toroq arterjali li bħalissa qed isiru fl-inħawi tal-Mellieħa?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li x-xogħol fil-Bypass ta' Penellu, Mellieħa mistenni li jitlesta sal-aħħar tas-sena 2012, fil-waqt li dak fi Triq il-Marfa, Ċirkewwa, Mellieħa - huwa mistenni li jitlesta għall-aħħar ta' Lulju 2012. Dan dejjem jekk ma jinqala' xejn imprevist.

Transport Malta — San Pawl il-Baħar - toroq irranġati

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar liema huma t-toroq fil-lokalità ta' San Pawl il-Baħar li jaqgħu taħt ir-responsabiltà ta' Transport Malta biex isiru mill-ġdid, jew li qatt ma saru, u meta hu mistenni li dawn l-istess toroq jinbnew/jiġu rranġati?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Qorti ta' Malta u Għawdex — bejgħ bis-subbasta

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 33176, jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra jekk meta jsir bejgħ bis-subbasta l-Qorti, ir-Reġistratur tal-Qorti għandux l-istess responsabbilitajiet li jkollu nutar meta jippubblika kuntratt, fis-sens li trid tinżamm taxxa tal-boll ta' 5% minn min ikun qed jakkwista kif ukoll taxxa proviżorja fuq qliegħ kapitali ta' 7% minn min ikun qed ibiegħ? Jekk fl-affermattiv kemm kienu l-ammonti ta' flus li għaddew lill-Kummissarju tat-Taxxi Interni mill-Qorti ta' Malta u l-Qorti ta' Għawdex separatament fl-aħħar ħames snin?

Response (SAID, CHRISTOPHER)

Ninforma lill-Onorevoli INterpellant li meta jsir bejgħ bis-subbasta l-Qorti, ir-Reġistratur tal-Qrati Ċivili għandu l-istess responsabilitajiet li jkollu nutar meta jippubblika kuntratt (inkluż li jżomm taxxa tal-boll ta’ 5% minn min ikun qed jakkwista kif ukoll taxxa proviżorja fuq qliegħ kapitali ta’ 7% minn min ikun qed ibiegħ dejjem jekk ikun soggett ghal tali taxxa). Ma tinżammx statistika dwar l-ammonti ta’ flus li jiġu mgħoddija lill-Kummissarju tat-Taxxi Interni mill-Qorti ta’ Malta u mill-Qorti ta’ Għawdex.

ħlas lura lil minn għandu pannelli fotovoltaiċi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il ċekk ingħata s'issa mill-ARMS Ltd fuq kontijiet tad-dawl f'residenzi u stabbilimenti li waħlu l-pannelli fotovoltaiċi fejn l-ammont ta' enerġija prodott qed ikun akbar mill-konsum tad-dar? Jista' jgħid kemm huwa l-ammont ta' ħlasijiet li hemm pendenti?

Response (FENECH, TONIO)

Ninsab infurmat li fl-avviż legali 422 ta’ l-2010, ir-regoli li jirrigwardaw il-Feed-in-tariffs iġġenerati minn installazzjonijiet ta’ panelli voltaiċi, ir-refużjonijiet huma skond il-klawżola numru 8. Din il-klawżola tgħid li sid l-installazjoni tal-pannelli fotovoltaiċi, għandu d-dritt li jitlob sabiex il-bilanċ bejn il-konsum iġġenerat mill-panelli u dak ikkunsmat b’mod normali, jiġi mħallas lura lil l-istess sid permezz ta’ nota ta’ kreditu. Is-sid għandu dritt jitlob għal refużjoni, dejjem jekk jkunu għaddew erba’ billing periods li jinkludu konsum kemm ta’ l-ilma kif ukoll tad-dawl. Għaldaqstant, wara li jkunu għaddew, bejn wieħed u ieħor, l-erba’ billing periods (fejn jidħlu installazzjonijiet ta’ pannelli fotovoltaiċi, kull billing period huwa ta’ sitt xuhur), il-konsumatur/sid l-installazzjoni ta’ l-istess pannelli, jista’ jitlob bil-miktub sabiex jiġi rrifondut lura dak il-kreditu dovut lilu fuq il-konsum iġġenerat, permezz ta’ ċekk jew transfer ta’ l-istess bilanċ dovut, għal fuq kont ieħor li jappartjeni lilu. Minkejja dan kollu, ċertu każijiet straordinarji, jiġu kkunsidrati skond in-natura tal-każ innifsu.

playing fields li għandhom CCTV

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm huma l-playing fields li għandhom CCTV System operabbli u liema huma? Jista' jgħid kif u min jopera s-sistema sabiex tissalvagwardja t-tfal li jattendu f'dawn il-playing fields bil-funzjoni tas-CCTV? Jista' jitqiegħed dokument li juri din l-informazzjoni fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant għadha qed tinġabar u se tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #34131 Sitting 468 2012-05-07 Oral · Final From: CHARLES MANGION To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

kwestjoni dwar drone

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk id-drone li ġie rrapportat li kien qed idur fuq il-pajjiż riċentement kienx qed jagħmel din l-attività bil-permess tal-pulizija jew l-awtorità kompetenti? Tista' persuna jew entità tispjuna fuq persuni mingħajr l-awtorizzazjoni minn awtorità kompetenti? Jekk l-ebda permess ma kien hemm għal dan id-drone spjuna x'passi ttieħdu kontra l-persuna li kisret il-liġi? Tista' persuna mhix awtroizzata tiffilmja persuni oħra fil-proprjetà privata tagħhom?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li la l-Pulizija u lanqas Transport Malta ma taw permess biex issir l-attivita li rrefera għaliha l-Onorevoli Membru. Ninsab infurmat ukoll li l-istess attività qed tiġi nvestigata mill-Kummissarju tal-Pulizija u li hija wkoll suġġett ta’ ilment imressaq quddiem il-Kummissarju għall-Protezzjoni tad-Data. Għaldaqstant, irridu nistennew l-eżitu tal-investigazzjonijiet imsemmija.
Leg 11 PQ #34136 Sitting 468 2012-05-07 Oral · Final From: OWEN BONNICI To: Ministeru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol

Deputat Direttur tal-Istitut għall-Istudji Turistiċi

Question

Tista' l-Ministru tagħti raġunijiet għala l-persuna li kienet qed tokupa l-kariga ta' Deputat Direttur tal-Istitut għall-Istudji Turistiċi rriżenjat ftit jiem ilu? X'kariga qed tassumi din il-persuna wara li rriżenjat? Il-Pożizzjoni vakanti ta' Deputat Direttur se timtela? Jekk iva, meta u b'liema proċedura?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Id-Deputat Direttur xtaqet li tmur lura għal pożizzjoni li kellha ta' lecturer mal-Istitut tal-Istudji Turistiċi. Fil-jiem li ġejjin se terġa' toħroġ il-pożizzjoni ta' Deputat Direttur permezz ta' sejħa pubblika.
Leg 11 PQ #34137 Sitting 468 2012-05-07 Oral · Final From: OWEN BONNICI To: Ministeru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol

Deputat Direttur tal-Istitut għall-Istudji Turistiċi — timetable

Question

Tista' l-Ministru tippublika t-timetable tal-ewwel u tat-tieni semestru separatament bejn is-sena akkademika 2005/2006 u 2009/2010 tal-persuna li sa ftit jiem ilu kienet tokkupa l-kariga ta' Deputut Direttur tal-Istitut għall-Istudji Turistiċi?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

nefqa finali ta’ household consumption

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’kienet in-nefqa finali ta’ household consumption (households final consumption expenditure) nazzjonali kif ukoll għal Malta u għal Għawdex separatament bħala persentaġġ tal-Prodott Domestiku Gross kull sena mill-2000 sal-2010? Jista’ jgħid ukoll x’kienet din in-nefqa ras għal ras kull sena matul l-istess perjodu? Jista’ jagħti dan it-tagħrif f’Euro u f’PPS?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi r-risposta ser tingħata f’seduta oħra.

konsum attwali individwali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’kien il-konsum attwali individwali ras għal ras fuq bażi nazzjonali kif ukoll għal Malta u għal Għawdex separatament kull sena mill-2000 sal-2010? Jista’ jgħid ukoll x’kien il-Prodott Domostiku Gross ras għal ras kull sena matul l-istess perjodu? Jista’ jagħti dan it-tagħrif f’Euro u f’PPS?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi r-risposta ser tingħata f’seduta oħra.

depożitu u self mill-banek

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienu d-depożiti fil-banek u kemm kien is-self mill-banek f’Għawdex u f’Malta separatament fl-aħħar ta’ Settembru 2011 u fl-aħħar ta’ Diċembru 2011? Kemm kien hemm kontijiet ta’ depożitu u ta’ self rispettivament fl-istess dati? Jista’ jagħti tagħrif dwar is-self maqsum f’home loans, overdrafts u self ieħor?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

valur tal-esportazzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien il-valur tal-esportazzjoni minn Għawdex u minn Malta separatament ta’ affarijiet ta’ merċa (goods) xahar b'xahar minn Settembru 2011 u sa l-aħħar ta’ Diċembru 2011 maqsumin skont l-areas ġeografiċi ewlenin u skont il-prodotti esportati?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi r-risposta se tingħata f’seduta oħra.

Att dwar is-Sigurtà Soċjali — dħul tal-gvern

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm flus daħħal il-Gvern taħt l-Artikli 93 u 95 tal-Att dwar is-Sigurtà Soċjali minn Malta u minn Għawdex separatament mill-2000 sal-2011? Kemm minn dawn il-flus għaddew kull sena għand il-Welfare Committee? Kemm intnefqu flus kull sena minn dan il-Kumitat f’Malta u f’Għawdex separatament u fuqiex?

Response (CASSAR, JOSEPH)

L-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar. Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Livell ta' konnettività bl-IT

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 32672 dwar studju biex jiġi stabbilit il-livell ta' konnettività bl-IT biex f'Għawdex ikun hemm is-sapport meħtieġ għal livell b'saħħtu f'dan is-settur u fejn fit-tweġiba tiegħu l-Ministru talabni nindika jekk kontx qed nirreferi għall-persentaġġ ta' konnettività fid-djar jew għall-qawwa tal-konnettività f'Għawdex, nirreferi lill-Ministru għad-dokument ta’ Eko-Għawdex paġna 12 Sezzjoni 2.1 Ekonomija fejn il-Gvern qed jipproponi li “assess the level of the IT connectivity required by Gozo to support a healthy level of activity in this sector” u peress li kont għamiltha lill-Ministru għal Għawdex li minn naħa tagħha talbitni nagħmel il-mistoqsija lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni, jista’ l-Ministru allura jara għalxiex qed tirreferi din il-proposta u jagħtini t-tagħrif mitlub fl-imsemmija mistoqsija?

Response (GATT, AUSTIN)

Nista nikkonferma li minn naħa tal-MCA ma sarux studji ta’ dan it-tip fl-2010 u fl-2011. Madanakollu, nista nghid li għalkemm il-livell ta' konnettivita’ bejn Malta u Għawdex hu sufficienti għall-bżonnijiet tal-lum, l-avvanzi fit-teknoloġija, u l-miri tal-gvern fir-rigward tal-livell ta użu tal-ICT, kemm mill-individwi kif ukoll mill-intrapriżi għall 2020, jirrikjedu li isir kull sforz biex jiġu stallati aktar ‘ cables’ bejn Malta u Għawdex. Fir-rigward tal-aspetti ta’ konnettività għall-utenti, illum kull resident f’Malta u Għawdex għandu dritt għall-konnessjoni ta’ mhux inqas minn 4Mbps (f’każijieti eċċezzjonali 2Mbps). F’Għawdex ukoll l-MCA qed topera tletin (30) Wi-Fi ‘hotspot’ b’xejn, waqt li ġie stabbilit ċentru fix-Xewkija operat bejn l-MCA u l-ETC li joffri taħriġ issussidjat fl-użu tal-informatika.

Fabbriki ġoddali mhumiex estensjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jagħti d-dettalji ta' 130 fabbrika ġdida mhux estensjonijiet li nfetħu mill-2008 sal-lum? Liema huma u kemm jimpjegaw nies?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi kif diġa intqal f’mistoqsija parlamentari 31846, il-kumpaniji kienu 127 u kienu dawk kollha li investew f’pajjiżna, kemm ġodda kif ukoll espansjonijiet. Ukoll kif intqal fl-istess mistoqsija parlamentari dettalji dwar il-kumpaniji ma jistgħux jingħataw minħabba raġunijiet ta’ kunfidenzjalità kif stabbilit fil-Business Promotion Act.