Jista' l-Ministru jgħid kemm dawn il-kumpaniji/aġenziji/korporazzjonijiet/istituti/fundazzjonijiet u gruppi oħrajn li l-gvern għandu shareholding fihom iħaddmu nies u f'liema skali dawn il-ħaddiema jinstabu settur b'settur?
Response (FENECH, TONIO)
Ninsab infurmat li jeħtieġ ammont konsiderevoli ta' ħin u riżorsi sabiex tinġabar l-informazzjoni kif mitluba mill-Onorevoli Interpellant. Fl-assenza ta' raġuni valida għaliex l-Onorevoli Interpellant jixtieq jingħata din l-informazzjoni, ikun iktar għaqli li l-ħin u r-riżorsi utiliżżati għal dan il-għan, minflok jiġu utiliżżati fuq xogħol aktar effettiv u produttiv għal ġid ta' pajjiżna.
Jista' l-Ministru jgħid jekk dawn il-kumpaniji/aġenziji/korporazzjonijiet/istituti/fundazzjonijiet u gruppi oħrajn humiex under staffed jew le?
Response (FENECH, TONIO)
Ninsab infurmat li hemm proċess ta’ Capacity Building li jseħħ regolarment bejn il-Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment u l-Uffiċċju tal-Prim Ministru flimkien ma’ dawn l-entitajiet u l-Ministeri rispettivi, li huwa intiż propju sabiex jevalwa talbiet għal-reklutaġġ fil-parametri applikabbli tal-Gvern.
Jista' l-Ministru jgħid x'beħsiebu jagħmel il-gvern biex jieħu ħsieb 'l hekk imsejjaħ Stazzjon ta' Birkirkara fejn l-ex venda tal-linja u jimmaniġġjaħ għall-prosperità, partikolarmanet wara li riċentament il-parti fejn kien hemm il-garaxxijiet tat-trains spiċċat kompletament u minflokk hemm ħofra?
Response (AZZOPARDI, JASON)
Ninsab infurmat li l-istazzjon ta’ Birkirkara ġie devolut lill-Kunsill Lokali ta’ Birkirkara. Permezz ta’ din id-devoluzzjoni, l-amministrazzjoni u l-manutenzjoni tal-istazzjon tinsab fi ħdan il-kunsill.
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm swew iċ-ċelebrazzjonijiet kollha relattivi għall-anniversarju mill-għoti tal-George Cross (1942 - 2012)? Jista' jagħti breakdown dettaljat tal-infiq?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Infurmat li għadu kmieni ħafna sabiex nagħti l-informazzjoni mitluba.
Jista' l-Ministru jara x'inhi r-raġuni li l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament qed ikollu l-pensjoni mnaqqsa u ma ġie mogħti l-ebda spjegazzjoni għad li ripetutament talab spjega?
Response (SAID, CHRISTOPHER)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant ghat-tweġiba li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari numru 33909, fejn intalbet l-istess informazzjoni.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li l-persuna li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, permezz tat-tliet ittri li l-dettalji tagħhom qed jingħataw separatament ġie ndikat li ried iħallas ammonti ta' flus li dawn kellhom ikunu anqas fuq l-ewwel wieħed li għal tliet darbiet tnaqsulu 5% ta' kull cheque tal-pensjoni?
Response (SAID, CHRISTOPHER)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-persuna ndikata minnu ġiet infurmata bil-miktub dwar il-każ tagħha
Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista tal-proġetti kapitali li se jkunu finanzjati mill-gvern iżda li se jkun maneġjat minn Transport Malta u cioè bħalma huma bini ta' toroq? Jista' jindika l-ammont stmat li se jkun allokat għas-sena 2012?
Response (GATT, AUSTIN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Lista' ta' proġetti finanzjati mill-Unjoni Ewropea
Question
Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista ta' proġetti kapitali li se jkunu finanzjati mill-Unjoni Ewropea? Jista' jgħid kemm hu l-ammont ta' tali proġetti? Jista' jgħid kemm se tammonta l-parti tal-gvern bħala konfinanzjament għall-istess proġetti?
Response (GATT, AUSTIN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista tal-impjegati, bl-indikazzjoni tal-grad ta' kull wieħed, tal-impjegati fi ħdan Transport Malta u liema impjegati ma kenux jagħmlu parti mill-Awtorità dwar it-Trasport kif qabel kienet magħrufa?
Response (GATT, AUSTIN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra analiżi dettaljata stante li dik preżentata fl-estimi ta' Transport Malta 2012 mhija xejn ċara, li turi break analysis dettaljat tad-dħul u ħruġ kollu mill-parti tad-Direttorat għas-sena 2012, flimkien ma' analiżi dettaljata komparattiva tal-istess għas-sena 2011?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Peress li Bieganski Foundation qed tfittex post adatt f’pajjiżna fejn titwaqqaf esibizzjoni ta’ kollezzjoni ta’ arti, jista' l-Ministru jara jekk hux possibbli li, u jgħin biex din l-esibizzjoni titwaqqaf fiċ-Ċittadella ta’ Għawdex?
Response (DEMARCO, MARIO)
Id-diskussjonijiet mal-Bieganski Foundation għadhom fi stadju preliminari u għaldaqstant mhinix qiegħed f’pożizzjoni li nikkonferma dettalji, inkluż dawk mitluba mill-Onor. Interpellant, dwar kif, fejn u jekk hemmx kundizzjonijiet talli tali opri tal-arti se jiġu esposti.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 30734 dwar is-sit magħżul għall-uffiċċji relatati ma' back office, tista’ l-Ministru tgħid jekk ix-xogħlijiet fuq dan is-sit tlestewx f'Jannar 2012 kif kien mistenni? Jekk le, meta tlesta jew mistenni li jitlesta?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li x-xogħlijiet ta' refurbishment u l-provvista tal-għamara ġewwa l-uffiċini msemmija huma lesti. Ninsab infurmata wkoll li fil-ġranet li ġejjin ser isiru xi xogħlijiet fuq il-parti ta' barra ta' dan il-bini.
Proġett ta' Ċentru Mediterranju fir-Riċerka, Żvilupp u Innovazzjoni
Question
B’referenza għat-tweġiba mogħtija għal mistaqsija parlamentari 32195 dwar ftehim għat-tkabbir ta' siġar u pjanti ta' valur ġenetiku, tista’ l-Ministru tgħid jekk il-ftehim mal-Università ta' Malta dwar il-proġett ta' Ċentru Mediterranju fir-Riċerka, Żvilupp u Innovazzjoni ġiex iffirmat? Jekk fl-affermattiv meta? Tista’ tpoġġi kopja ta’ dan il-ftehim fuq il-Mejda tal-Kamra? Jekk għadu ma ġiex iffirmat, għaliex ma ġiex iffirmat? Meta mistenni li jiġi ffirmat?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ma għandi xejn xi nżid mar-risposta għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 32195.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni jaħdmu f'Għawdex u f’Malta separatament fl-aħħar ta’ Ġunju 2011 u fl-aħħar ta’ Diċembru 2011 bħala: 1) full-time; 2) part-time bħala x-xogħol ewlieni tagħhom; 3) part-time bħala x-xogħol sekondarju tagħhom a) fil-lukandi u b) fir-ristoranti?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għall-News Release Numru 088/2012 li ħarġet illum it-Tnejn, 7 ta’ Mejju 2012. Kopja tal-News Release qed titpoġġa fuq l-Mejda tal-Kamra.
Ħaddiema full-time fis-settur tas-saħħa u x-xogħol soċjali
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm ħaddiema jaħdmu full-time fis-settur tas-saħħa u xogħol soċjali f’Malta u f’Għawdex separatament fl-aħħar ta’ Ġunju u fl-aħħar ta’ Diċembru tal-2011? Kemm minnhom kienu fis-settur pubbliku? Kemm minnhom kienu nisa u kemm kienu rġiel? Kemm minnhom kienu self-employed?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 33996.
Jista' l-Ministru jgħid jekk l-uffiċċju tal-Kummissarju għar-Rifugjati se jersaq f'xi bini ġdida jew uffiċċju ieħor issa li bdew xogħlijiet fuq il-forti ta' Sant Iermu? Jista' l-Ministru jindika jekk il-ħaddiema ta' dan l-uffiċċju se jingħatalhom biżżejjed spazju għall-parkeġġ, li s'issa jinqasam mal-pulizija tal-Akkademja; biżżejjed toilets li jkun ta' standards deċenti kemm għall-ħaddiema kif ukoll għall-klienti tagħhom; waiting room u reception area denja ta' uffiċċju tal-gvern, aċċess għall-wheelchairs u nisa bil-prams u interview rooms għall-klienti?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi l-proċess biex jiġu identifikati uffiċini xierqa biex jakkomodaw l-Uffiċċju tal-Kummissarju għar-Refuġjati għadu għaddej.
Jista' l-Ministru jgħid liema huma l-ispiżeriji fil-Fgura li huma rreġistrati sabiex joffru s-servizzi relatati mal-Ispiżerija tal-Għażla Tiegħek? X'inhu n-numru massimu ta' klijenti li l-ispiżeriji tal-Fgura jistgħu jaqdu taħ din l-iskema? X'inhu n-numru ta' residenti fil-Fgura li huma rreġistrati fl-iskema?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li sal-lum 26 ta’ April 2012, l-ispiżeriji fil-Fgura kollha qedgħin jipparteċipaw fl-Iskema tal-Ispiżerija tal-Għażla Tiegħek. Dawn huma Cilia’s Pharmacy, Alpha Pharmacy u Fgura Pharmacy. Ma hemmx kwota massima ta’ kemm xi spiżerija jista’ jkollha pazjenti rreġistrati magħha. Sal-lum, in-numru ta’ pazjenti rriġestrati mal-ispiżeriji fil-Fgura huwa ta’ 2,275, minn dawn 2,059 huma residenti fil-Fgura. Mandankollu, dawn il-figuri ma jinkludux residenti fil-Fgura, li qed jinqdew minn spiżeriji fil-Iskema tal-Ispiżerija tal-Għażla Tiegħek li qedgħin barra l-lokalità tal-Fgura.
Dipariment tal-Proprjetà tal-Gvern — Trasferiment ta' proprjetà
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 33506 u cioè: B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 32728, jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta' proprjetajiet li ġew trasferiti skont il-policies tad-Dipartiment tal-Proprjetà tal-Gvern lill-għaqdiet non-governattivi f'din il-leġislatura? Jista' jgħid kull proprjetà għal liema skop ġiet trasferita u kemm ġew mitluba jħallsu?
Response (AZZOPARDI, JASON)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 33506.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 33832 li oriġinarjament saret lill-Ministru tal-Ġustizzja, Konsultazzjoni Pubblika u l-Familja u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid kemm saru rapporti ta' vjolenza domestika kull sena mill-2005 sal-2011? X'tip ta' vjolenza domestika kienet irrappurtata u x'kienet l-azzjoni meħuda fir-rigward tal-każijiet rrappurtati?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi l-każi ta’ vjolenza domestika rrapurtati lill-Pulizija mill-2005 sal-2011 kienu kif ġej:
2005
2006
2007
2008
2009
2010
2011
228
268
341
450
543
659
848
Infurmat ukoll illi l-istatisitka dwar it-tip ta’ vjolenza domestika rrapurtata lill-Pulizija bdiet tinżamm mill-2008 u hija kif ġej:
2008
2009
2010
2011
Vjolenza domestika
Feriti gravi
16
13
15
20
Hsara morali
64
114
189
312
Feriti ta’ natura hafifa
359
403
425
484
Stalking
11
13
30
32
Total
450
543
659
848
F’kull każ ittieħdet l-azzjoni kif meħtieġ skont il-liġi.