Jista' l-Ministru jara li jittella' ċint madwar art privata li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, peress li r-residenti ilhom xhur sħaħ jilmentaw imma s'issa għadu ma sar xejn?
Response (DEMARCO, MARIO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi s-sit in kwistjoni huwa kopert minn permess validu tal-iżvilupp (PA 864/06). Wara li ġie ikkuntattjat, l-applikant stqarr li ma setax jagħlaq is-sit minħabba restirzzjonijiet loġistiċi li issa ġew sorvolati. Huwa wiegħed li ser itella l-ilqugħ skond il-kundizzjoni tal-permess fiż-żmien qasir. L-awtorità se tibqa' ssegwi il-każ fejn jekk ma jkunx osservat l-ftehim fiż-żmien stipulat jittieħdu l-passi opportuni skont il-Liġi.
Jista' l-Ministru jara li jerġa' jopera s-servizz tal-karozza tal-linja li kien hemm minn ħdejn iċ-ċimiterju sal-Belt, li qabel kienet ir-rotta numru 11, peress li tkun ta' għajnuna kbira għal dawk li jżuru l-istess ċimiterju?
Response (GATT, AUSTIN)
Jekk l-Onor. Interpellant qed jirreferi għaċ-Ċimiterju Maria Addolorata, ninsab infurmat li dan is-servizz jeżisti diġà.
Jista' l-Ministru jgħid mis-sena 2008 sal-lum kien hemm xi talbiet li saru mill-Malta Film Fund għall-għajnuna mill-gvern li ġew rifjutati? Kemm kienu u liema kienu?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi r-risposta ser tingħata f’seduta oħra.
Street venders ħdejn id-daħla tal-Qorti — Liċenzji meħtieġa
Question
Jista' l-Ministru, flimkien mal-pulizija, jara li l-istreet vendors li jkun hemm ħdejn id-daħla tal-Qorti u ħdejn id-daħla tal-ġenb tal-Konkatidral ta' San Ġwann humiex kollha qed joperaw bil-liċenzji meħtieġa u skont ma titlob il-liġi inkluż fejn jidħol il-VAT billi ħafna ħwienet fl-inħawi qed iħossu ruħhom żvantaġġjati kemm-il darba dan mhux qed isir?
Response (FENECH, TONIO)
Ninsab infurmat illi d-Dipartiment tal-VAT qed jieħu azzjoni biex jivverifika jekk l-istreet vendors li jkun hemm fil-postijiet indikati fil-mistoqsija parlamentari humiex qegħdin joperaw skont il-provvedimenti tal-liġi tal-VAT.
Għall-ewwel parti tal-mistoqsija nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi lill-Ministru responsabbli għall-Kompetizzjoni Ġusta, Negozji Żgħar u Konsumatur.
Transport Malta — karozzi tal-linja mil-Luxol Ground għas-Swieqi u l-Ibraġġ
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk Transport Malta tistax tinvestiga l-għadd ta' ilmenti ta' residenti tas-Swieqi u l-Ibraġġ li biex jmorru il-Belt qed ikollhom jaqbdu żewġ buses u ħafna drabi jimxu sa fejn il-Luxol Grounds minn fejn partikularment fi żmien it-turisti ħafna mill-buses li jkunu ġejjin, ikunu diġà mimlijiet nies u b'hekk qed idumu ferm sabiex jaslu għad-destinazzjoni tagħhom - apparti l-inkonvenjent li jkollhom mixja fiż-żmien tal-maltemp u l-kesħa?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li minn Ottubru 2011, residenti tas-Swieqi u l-Ibraġġ ma kellhomx għalfejn jaqbdu żewġ karozzi la biex imorru l-Belt Valletta u lanqas biex imorru l-Isptar Mater Dei.
B’referenza għall-applikazzjoni għaċ-ċittadinanza, li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, jista' l-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Affarijiet Barranin jgħid kif tista' l-applikanta tingħata ħjiel ta' fejn waslet l-applikazzjoni tagħha billi ilha tgħix Malta mat-18-il sena u ilha miżżewġa Malti xi sitt snin?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li l-applikazzjoni għaċ-ċittadinanza li l-persuna, li qed jirreferi għaliha l-Onor. Interpellant, li ilha tgħix Malta għal dawn l-aħħar tlettax-il sena u nofs u li hi għamlet fuq bażi ta' żwieg ma' ċittadin ta' Malta, qed tiġi pproċessata. Din il-persuna tiġi nfurmata minnufih malli tittieħed deċiżjoni.
Jista' l-Ministru jara l-applikazzjoni ta' persuna b'diżabilità li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament u peress li ommha għandha 91 sena u din applikat biex tidħol f'Dar il-Kaptan u tkun tista' tibda tattendi kuljum skola jew day centre? Jista' jara l-każ u din il-familja tiġi kkuntatjata?
Response (SAID, CHRISTOPHER)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-persuna b’diżabilità imsemmija applikat għal servizz ta’ matul il-jum mal-Aġenzija Sapport nhar id-9 ta’ Marzu 2012. L-applikazzjoni tagħha qed tiġi kkunsidrata. Ninsabu infurmati wkoll li l-persuna applikat għal servizz ta’ matul il-jum ġewwa Dar il-Kaptan u l-applikazzjoni tagħha qed tiġi kkunsidrata ukoll.
Jista' l-Ministru jara każ ta' ex pulizija li d-dettalji tiegħu qed jingħataw separatament u li dan ħarġulu r-relief fuq il-mara li kien jamonta għall-€77.67 fil- ġimgħa? Jista' jara l-każ peress li anke kellu jieħu xi arrettrati u ma ħa xejn?
Response (SAID, CHRISTOPHER)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-peruna koncernata giet infurmata dwar il-każ tagħha.
Jista' l-Ministru jara l-każ tal-persuna li d-dettalji tagħha qed jingħataw separatament peress li din qatgħulu r-relief u anke l-allowance u l-anqas m'għadha tieħu l-manteniment mingħand ir-raġel u tinsab bla ebda dħul?
Response (SAID, CHRISTOPHER)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għal mistoqsija parlamentari 33367 dwar l-istess każ. Jiena nfurmat ukoll li l-persuna kkonċernata reġgħet applikat għal għajnuna soċjali u ġiet infurmata dwar il-każ tagħha dwar din it-talba mid-dipartiment. Infurmat wkoll li din il-persuna hija f’kuntatt mal-uffiċċjali tad-dipartiment dwar il-każ tagħha.
Awtorità għas-Saħħa u s-Sigurtà — spezzjonijiet fl-Isptar Boffa
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm saru spezzjonijiet mill-Awtorità għas-Saħħa u s-Sigurtà fl-Isptar Boffa, sena b'sena mis-sena 2008 'l hawn? L-Awtorità għas-Saħħa u s-Sigurtà ħarġet ittri ta' rakkmandazzjonijiet jew ordnijiet biex tiġi mħarsa s-saħħa u s-sigurtà tal-ħaddiema fl-Isptar Boffa? Jekk iva, jista' jqiegħed kopja ta' dawn fuq il-Mejda tal-Kamra? Jekk le, jista' jgħid allura jekk l-Awtorità għas-Saħħa u s-Sigurtà jekk għamlet spezzjonijiet sabitx kollox preċiż f'dan ir-rigward?
Response (CASSAR, JOSEPH)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Awtorità għas-Saħħa u s-Sigurtà — spezzjonijiet fir-Residenza San Vinċenż de Paul
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm saru spezzjonijiet mill-Awtorità għas-Saħħa u s-Sigurtà fir-Residenza San Viċenż de Paul, sena b'sena mis-sena 2008 li 'l hawn? L-Awtorità għas-Saħħa u s-Sigurtà ħarġet ittri ta' rakkmandazzjonijiet jew ordnijiet biex tiġi mħarsa s-saħħa u s-sigurtà tal-ħaddiema fir-residenza? Jekk iva, jista' jqiegħed kopja ta' dawn fuq il-Mejda tal-Kamra? Jekk le, jista' jgħid allura jekk l-Awtorità għas-Saħħa u s-Sigurtà jekk għamlet spezzjonijiet sabitx kollox preċiż f'dan ir-rigward?
Response (CASSAR, JOSEPH)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Awtorità għas-Saħħa u s-Sigurtà — spezzjonijiet fl-Isptar Mount Carmel
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm saru spezzjonijiet mill-Awtorità għas-Saħħa u s-Sigurtà fl-Isptar Mount Carmel, sena b'sena mis-sena 2008 'l hawn? L-Awtorità għas-Saħħa u s-Sigurtà ħarġet ittri ta' rakkmandazzjonijiet jew ordnijiet biex tiġi mharsa s-saħħa u s-sigurtà tal-ħaddiema fl-Isptar Mount Carmel? Jekk iva, jista' jqiegħed kopja ta' dawn fuq il-Mejda tal-Kamra? Jekk le, jista' jgħid allura jekk l-Awtorità għas-Saħħa u s-Sigurtà jekk għamlet spezzjonijiet sabitx kollox preċiż f'dan ir-rigward?
Response (CASSAR, JOSEPH)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Awtorità għas-Saħħa u s-Sigurtà — spezzjoni fl-Isptar Mater Dei
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm saru spezzjonijiet mill-Awtorità għas-Saħħa u s-Sigurtà fl-akbar post tax-xogħol f'Malta, jiġifieri fl-Isptar Mater Dei, sena b'sena mis-sena 2008 'l hawn? L-Awtorità għas-Saħħa u s-Sigurtà ħarġet ittri ta' rakkmandazzjonijiet jew ordnijiet biex tiġi mħarsa s-saħħa u s-sigurtà tal-ħaddiema fl-Isptar Mater Dei? Jekk iva, jista' jqiegħed kopja ta' dawn fuq il-Mejda tal-Kamra? Jekk le, jista' jgħid allura jekk l-Awtorità għas-Saħħa u s-Sigurtà jekk għamlet spezzjonijiet sabitx kollox preċiż f'dan ir-rigward?
Response (CASSAR, JOSEPH)
L-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar. Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Sptar Mater Dei -kmamar għal pazjanti b'mard infettiv
Question
Jista' l-Ministru jgħid x'arranġamenti qed isiru fl-Isptar Mater Dei meta f'single rooms li normalment jintużaw għal pazjenti b'mard infettiv, anke bl-MRSA jiddaħħlu aktar minn pazjent wieħed fl-istess kamra?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li fiċ-ċirkustanzi meta kellhom jiddaħħlu aktar minn pazjent wieħed f’dawn is-single rooms, qatt ma ddaħħal aktar minn pazjent wieħed b’mard infettiv jew bl-MRSA.
Jista' l-Ministru jgħid għaliex hemm pazjenti li għandhom bżonn magna tan-nifs u ilhom ix-xhur li applikaw fl-Isptar Mater Dei biex jingħataw waħda? Kemm hemm nies li qed jistennew biex jingħataw din il-magna?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li d-Dipartiment tas-Saħħa għandu 182 magna tan-nifs (oxygen concentrator) u n-numru ta’ pazjenti jistennew għal magna simili bħalissa huwa ta’ madwar 25. Sadanittant, dawn il-pazjenti qegħdin jingħataw il-kura meħtiga billi jiġu pprovduti b’ċilindri tal-ossiġnu u regolaturi li jaqdu 'l istess funzjoni tal-magni.
Bhalissa għaddej ukoll eżerċizzju biex joħrog tender għax-xiri ta’ aktar magni peress lid-domanda għal din il-magna qiegħda tiżdied kontinwament. Sadanittant, għaddejin wkoll b’diskussjonijiet mad-Dipartiment tal-Kuntratti biex jiġu mġedda il-kuntratti tal-magni eżiżtenti.
Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra min kienu l-membri tal-bord tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar, uffiċjali pubblici bejn is-snin 2004 – 2006? Liema ministeru kienu jirrappreżentaw? Kellhom xi forma ta’ ħlas? Jekk fl-affermattiv kemm kien il-kumpens u minn min tħallas?
Response (DEMARCO, MARIO)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella d-dettalji tal-membri, kif ukoll l-ammont li tħallas mill-MEPA, hekk kif mitlub mill-Onorevoli Interpellant:
Jista' l-Minstru jgħid kemm u liema mediċini roħsu fil-ewwel xhur tas-sena 2012 u kemm roħsu? Jista' jgħid ukoll dawn il-mediċini li roħsu kemm jinbiegħu ġewwa l-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea bħal Spanja, l-Italja, Portugal u l-Greċja?
Response (AZZOPARDI, JASON)
Ngħarraf lill-Onor. Interpelant illi qed inpoġġi l-informazzjoni mitluba fuq il-Mejda tal-Kara. Ninforma lil Onor. Interpellant li fil-mekkaniżmu presenti, il-Ġreċja mhix wieħed mit-tnax-il pajjiż li nieħdu fil-mekkaniżmu sabiex naslu għal prezz medju.
Jista' l-Ministru jgħid kemm għandu shares jew kemm huwa involut bħala shareholder il-Gvern Malti f'kumpaniji/aġenziji/korporazzjonijiet/istituti/fundazzjonijiet u gruppi oħrajn differenti?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi r-risposta se tingħata f’seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm kumpaniji/aġenziji/korporazzjonijiet/istituti/fundazzjonijiet u gruppi oħrajn ta' attività kumerċjali li għandhom xi funzjoni partikolari pubblika jew mhux u fejn l-gvern huwa l-uniku sosten finanzjarju għal dawn il-kumpaniji/aġenziji/korporazzjonijiet/istituti/fundazzjonijiet u gruppi oħrajn?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista tal-korporazzjonijiet u entitajiet pubbliċi.
Skont l-aħħar informazzjoni indikattiva provduta mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika, korporazzjonijiet pubbliċi fl-2010 kienu jammontaw għal 57, filwaqt li entitajiet pubbliċi li jagħmlu parti mill-Gvern Ġenerali kienu jammontaw għal 46 fl-2011.
Jista' l-Ministru jgħid meta kien l-aħħar li dawn il-kumpaniji/agenziji/korporazzjonijiet/istituti/fundazzjonijiet u gruppi oħrajn li l-gvern għandu shares fihom, tawh ir-rendikont finanzjarju tagħhom?
Response (FENECH, TONIO)
Ninsab infurmat illi l-financial statements u returns oħra ta’ dawn l-organizzazzjonijiet jintalbu b'mod regolari bħala parti mix-xogħol ta' monitoring li jsir mill-Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment.