Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ministeru tal-Ġustizzja, Konsultazzjoni Pubblika u l-Familja — impjegati nisa bi skala sebgħa

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm impjegati nisa fil-Ministeru, dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu li huma minn skala sebgħa 'l fuq?

Response (SAID, CHRISTOPHER)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba hija s-segwenti: - Kummissarju ghal Vjolenza Domestika – nil - Kummissarju Nazzjonali Persuni b’Dizabilita’ – nil - Dipartiment tar-Relazzjonijiet Industrijali u tal-Impjieg – nil - Fondazzjoni għall-Ħarsien tas-Servizzi Soċjali – 27 li huma minn skala sebgħa ’l fuq - Servizzi Socjali – 18-il mara li huma minn skala sebgħa ‘l fuq - Qrati tal-Gustizzja ta’ Malta – 17-il mara li qegħdin minn skala ta’ Salarju 7 ‘l fuq (3 fuq bażi part-time ) - Qorti t’Għawdex – Mara waħda bi skala sebgħa - Dipartiment Standards fil-Ħarsien Soċjali – 7 nisa minn skala 7 ‘l fuq - Kummissarju għat-Tfal – żewġ nisa - Kummissarju għall-Organizzazzjonijiet Volontarji – nil - Kummissjoni Nazzjonali għal Promozzjoni tal-Ugwaljanza - hemm 4 nisa fi-Skala 7 jew ‘il fuq - Awtorità tad-Djar – L-skali tal-Awtorità tad-Djar huma differenti minn dawk tal-gvern izda meta mqabbla mas-salarji tal-gvern, l-Awtorità ghandha 15 impjegati nisa u 3 ohra li huma sekondati f’Dipartimenti ohra - MEUSAC – hemm 3 nisa, waħda hija fi skala 7 u 2 fi skala 4 - MCESD – hemm 2 impjegati nisa minn skala 7 ‘l fuq

Ministeru tal-Intern u Affarijiet Parlamentari — impjegati nisa bi skala sebgħa

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm impjegati nisa fil-Ministeru, dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu li huma minn skala sebgħa 'l fuq?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi n-numru ta' mpjegati nisa fi ħdan il-Ministeru, Dipartimenti u Entitajiet li jaqgħu taħtu li huma minn skala 7 'l fuq , huwa ta' 58 kif maqsuma fit-tabella t'hawn taħt:- Segretarjat Ministeru 1 Segretarjat Permanenti 10 Faċilita' Korrettiva ta' Kordin 1 Direttorat Probation u Parole 2 Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija 12 AWAS 1 Reġistru Pubbliku u tal-Artijiet 2 Dipartiment għall-Gvern Lokali 29

Ministeru għat-Turiżmu, l-Ambjent u l-Kultura — impjegati nisa bi skala sebgħa

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm impjegati nisa fil-Ministeru, dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu li huma minn skala sebgħa 'l fuq?

Response (DEMARCO, MARIO)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bl-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant.

Ministeru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol — impjegati nisa bi skala sebgħa

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm hemm impjegati nisa fil-Ministeru, dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha li huma minn skala sebgħa 'l fuq?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 11 PQ #32928 Sitting 468 2012-05-07 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — impjegati nisa bi skala sebgħa

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm hemm impjegati nisa fil-Ministeru, dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha li huma minn skala sebgħa 'l fuq?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li hemm 90 impjegati nisa fil-Ministeru u d-direttorati li jaqgħu taħtu li huma minn skala sebgħa 'l fuq.

Detectors Section — leakges

Question

Jista' l-Ministru jgħid matul l-2011 kemm saru rapporti ta' leakages mid-detectors section? F'liema żoni ta' Malta u Għawdex ġew identifikati dawn il-leakages/ħsarat?

Response (FENECH, TONIO)

Ninsab infurmat illi matul l- 2011, il-Korporazzjoni għas-Servizzi ta’ l-Ilma identifikat 8,096 leak marks, jiġifieri suspetti ta’ ħsarat. Minn dawn irriżulta li 7,521 kienu ħsarat veri. Dawn kienu mifruxa ma’ Malta u Għawdex kollha.

Pipijiet tad-distribuzzjoni tal-ilma

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk jirriżultalux li fl-istaġun tas-sajf il-pipijiet tad-distribuzzjoni tal-ilma jitwessgħu bis-sħana? Jekk huwa l-każ, dan għaliex?

Response (FENECH, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma ma jirriżultalhiex li l-pajpijiet li tuża għad-distribuzzjoni tal-ilma jitwessgħu bis-sħana tas-sajf.

Air Malta — titjiriet lejn il-Libja

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li l-Air Malta qed tagħmel erba' titjiriet biss fil-ġimgħa lejn Tripoli, Libya? X'inhi r-raġuni li l-Air Malta għadha mhux tagħmel titjiriet lejn Benghazi, Libya?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi r-risposta ma tistgħax tingħata għaliex hija ta’ natura kumerċjalment sensittiva.
Leg 11 PQ #33382 Sitting 468 2012-05-07 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

diskusjonijiet mal-awtoritajiet Libjani

Question

Jista' l-Prim Ministru jinformani f'liema oqsma saru d-diskusjonijiet mal-awtoritajiet Libjani għall-iżviluppi bejn iż-żewġ pajjiżi? Jista' jaġġorna f'liema stadju waslu dawn id-diskussjonijiet?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li f’dawn l-aħħar xhur saru diversi diskussjonijiet kemm fuq livell Ministerjali kif ukoll fuq dak tekniku f’numru ta’ oqsma ta’ nteress bilaterali. Uħud minn dawn l-oqsma jinkludu l-edukazzjoni u t-taħriġ, is-saħħa pubblika u l-mediċina, l-industrija u l-kummerċ, l-enerġija, is-settur agrikolu, t-trasport marittimu u dak bl-ajru, kif ukoll fil-qasam tad-difiża. Bħala turija ta’għajnuna lill-poplu Libjan, il-Gvern Malti qed joffri taħriġ fost oħrajn lill-armata, u kontrolluri tat-traffiku tal-ajru kif ukoll assistenza f’termini ta’ boroż ta’ studju fil qasam tat-taħriġ fil-lingwa. Ta’ min wieħed isemmi żjarat tekniċi li saru f’Jannar u f’Marzu ta’din is-sena minn delegazzjonijiet Maltin fil-Libja. Żvilupp ieħor ta’ importanza kienet ukoll iż-żjara li kellu l-Brigadier tal-Forzi Armati fi Frar 2012, bħala riżultat ta’ żjara lejn Malta ta’ delegazzjoni komposta minn uffiċjali għolja tal-Forzi Armati tal-Libja f’Jannar. Aktar reċentament delegazzjoni Maltija komposta minn rappreżentanti fis-setturi tat-trasport marittimu u portijiet żaret il-Libja bejn is-16 u t-18 t’April 2012. Din-id-delegazzjoni kienet immexxija mill-Onorevoli Tonio Fenech, akkumpanjat mill-Onorevoli Jason Azzopardi. Fuq livell politiku, jiena kont l-ewwel Prim Ministru ta’ stat Ewropew li żar il-Libja wara l-ħatra ta’ Gvern Libjan f’Novembru 2011. Matul din iż-żjara, kont akkumpanjat mill-Onorevoli Tonio Borg, Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Affarijiet Barranin, kif ukoll mill-Onorevoli Tonio Fenech, il-Ministru tal-Finanzi, Ekonomija u Investiment. L-Onorevoli Tonio Borg, reġa żar il-Libja fi Frar, għal-diskussjonijiet bilaterali ma’ diversi Ministri Libjani. Aktar reċentament, fit-3 t’April 2012, l-Onorevoli Tonio Fenech, żar il-Libja għall diskussjonijiet fil-qasam Kummerċjali u Finanzjarju. Intant rajna wkoll diverżi żjarat tekniċi u ministerjali minn delegazzjonijiet Libjani lejn Malta, fosthom fl-oqsma tal-mediċina, l-media u l-komunikazzjoni, u d-difiża. Fuq livell politiku, rajna l-viżta tal-Ministru għat-taħriġ u x-xogħol Mustafa Alrejbani, kif ukoll dik tal-Ministru tas-Saħħa Fatma El Hamroush. Mxejna ukoll ‘l quddiem fix-xogħol tagħna sabiex tkompli tingħata assistenza umanitarja u medika lill-poplu libjan. Matul dawn l-aħħar xhur, mal-ħamsa w disgħejn pazjent adult ġew mogħtija trattament mediku f’Malta, filwaqt li programm sabiex it-trattament mediku jiġi estiż għat-tfal huwa wkoll fis-seħħ. F’termini ta’ riżultati ġew iffirmati diversi ftehim. Fis-26 ta’ Jannar, ġie ffirmat ftehim dwar l-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali, filwaqt li fil-21 ta’ Frar, ġie ffirmat ftehim ta’ kollaborazzjoni fil-qasam tas-saħħa. F’Marzu ġie wkoll iffirmat arranġament bejn il-Malta Enterprise u l-Bord Ġenerali tal-Privatiżżazzjoni u l-Investiment. Huwa mistenni li dawn l-iżviluppi u kuntatti ser ikomplu jiġu msaħħa fil-ġimgħat u x-xhur li ġejjin.

Benghazi — ħruġ ta' viża

Question

Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra għaliex filwaqt li hemm Konslu Malti f'Benghazi biex japprova l-viża għall-Libjani, l-Air Malta mhux topera minn Benghazi għal Malta u viċi versa?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi r-risposta ma tistgħax tingħata għaliex hija ta’ natura kumerċjalment sensittiva.

Kwestjoni dwar titjietiet bejn Benghazi u t-Turkija

Question

Jirriżultalu lill-Ministru li minn Benghazi biss isiru tmien titjiriet fil-ġimgħa lejn it-Turkija? Ma jħossx li dan huwa ta' inkonvenjent kemm għan-nies tax-xogħol Maltin u Għawdxin, u għall-poplu ġar tagħna Libjan li, wara l-konflitt imdemmi li għadu kemm għadda minnu qed ikollu jispiċċa biex minn Benghazi jtir lejn it-Turkija u wara jasal Malta?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi r-risposta ma tistgħax tingħata għaliex hija ta’ natura kumerċjalment sensittiva.
Leg 11 PQ #33415 Sitting 468 2012-05-07 Oral · Interim From: JOE MIZZI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru — informazzjoni dwar konsulenti

Question

Jista' l-Prim Ministru jagħti lista ta' konsulenti jew kumpaniji ta' konsulenti, lokali jew barranin, li l-Ministeru tiegħu, inkluż l-enti kollha li jaqgħu taħtu, għamel użu minnhom matul l-2011 ? Fiex kienu jikkonsistu s-servizzi li ngħataw f'kull każ u kemm kienu l-ħlasijiet? Jista' jgħid jekk kull servizz mogħti, ingħatax b’direct order jew le?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninforma l-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tingħata f’seduta oħra.

Ministeru tal-Affarijiet Barranin — informazzjoni dwar konsulenti

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru u l-Ministru tal-Affarijiet Barranin jagħti lista ta' konsulenti jew kumpaniji ta' konsulenti, lokali jew barranin, li l-Ministeru tiegħu, inkluż l-enti kollha li jaqgħu taħtu, għamel użu minnhom matul l-2011 ? Fiex kienu jikkonsistu s-servizzi li ngħataw f'kull każ u kemm kienu l-ħlasijiet? Jista' jgħid jekk kull servizz mogħti, ingħatax b’direct order jew le?

Response (BORG, TONIO)

Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi lokalment il- Ministeru għandu lill-Prof. David Attard bħala Konsulent legali b'kuntratt ta' €11,646 per annum.

Ministeru tal-Intern u Affarijiet Parlamenti — informazzjoni dwar konsulenti

Question

Jista' l-Ministru jagħti lista ta' konsulenti jew kumpaniji ta' konsulenti, lokali jew barranin, li l-Ministeru tiegħu, inkluż l-enti kollha li jaqgħu taħtu, għamel użu minnhom matul l-2011 ? Fiex kienu jikkonsistu s-servizzi li ngħataw f'kull każ u kemm kienu l-ħlasijiet? Jista' jgħid jekk kull servizz mogħti, ingħatax b’direct order jew le?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant.

Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — informazzjoni dwar konsulenti

Question

Jista' l-Ministru jagħti lista ta' konsulenti jew kumpaniji ta' konsulenti, lokali jew barranin, li l-Ministeru tiegħu, inkluż l-enti kollha li jaqgħu taħtu, għamel użu minnhom matul l-2011 ? Fiex kienu jikkonsistu s-servizzi li ngħataw f'kull każ u kemm kienu l-ħlasijiet? Jista' jgħid jekk kull servizz mogħti, ingħatax b’direct order jew le?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf l-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Ministeru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni — informazzjoni dwar konsulenti

Question

Jista' l-Ministru jagħti lista ta' konsulenti jew kumpaniji ta' konsulenti, lokali jew barranin, li l-Ministeru tiegħu, inkluż l-enti kollha li jaqgħu taħtu, għamel użu minnhom matul l-2011 ? Fiex kienu jikkonsistu s-servizzi li ngħataw f'kull każ u kemm kienu l-ħlasijiet? Jista' jgħid jekk kull servizz mogħti, ingħatax b’direct order jew le?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Ministeru għall-Kompetizzjoni Ġusta, Negozji Żgħar u Konsumatur — informazzjoni dwar konsulenti

Question

Jista' l-Ministru jagħti lista ta' konsulenti jew kumpaniji ta' konsulenti, lokali jew barranin, li l-Ministeru tiegħu, inkluż l-enti kollha li jaqgħu taħtu, għamel użu minnhom matul l-2011 ? Fiex kienu jikkonsistu s-servizzi li ngħataw f'kull każ u kemm kienu l-ħlasijiet? Jista' jgħid jekk kull servizz mogħti, ingħatax b’direct order jew le?

Response (AZZOPARDI, JASON)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

stallazzjoni ta' lifts f'appartamenti tal-gvern

Question

Billi f’ħafna appartamenti tal-gvern fejn ġew istallati lifts joqgħodu pensjonanti li bilkemm jistgħu jlaħqu mal-ispejjeż normali tal-ħajja, jista' l-Ministru jara jekk jistax jinstab xi mezz biex dawn ma jibqgħux jiġu charged rati kummerċjali għal provvista tat-3 phase fil-blokki li joqgħodu fihom u dan wara li ssir konsultazzjoni mal-awtoritajiet kompetenti fil-pajjiż?

Response (SAID, CHRISTOPHER)

Fil-preżent ma tesisti l-ebda skema taħt l-Att dwar is-Sigurtà Soċjali li tapplika fil-każ li qed jitlob l-Onorevoli Interpellant. Però ħadt nota ta' dan il-każ u qiegħed f'diskussjoni mal-entitajiet konċernati sabiex nesploraw soluzzjonijiet possibli għal każijiet simili.

appartamenti tal-gvern — fondi allokati għal spejjeż ta' maintenance

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk jistgħax jinstab xi mezz biex ikun hemm flessibilità akbar meta l-administrators tal-blokki tal-appartamenti tal-gvern jiġu biex jonfqu l-allokazzjoni tas-somma ta’ spejjeż fuq maintenance eżempju f’każijiet fejn tankijiet tal-ilma jkunu taż-żingu u mhux asbestos, l-ammont allokat ikun jista' jmur fuq items oħrajn ġustifikati u marbutin direttament ma' maintenance costs?

Response (SAID, CHRISTOPHER)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-għażla ta’ liema xogħlijiet hemm bżonn isiru tkun tal-kunsilli lokali bi ftehim mal-amministraturi. L-Awtorità tad-Djar timponi ċertu xogħlijiet biss f’każijiet ta’ periklu u urġenza, bħal meta t-tankijiet tal-ilma fuq il-bjut ikunu tal-asbestos jew ikunu qed jagħmlu ħsara strutturali lill-bejt.

talba għal reserved parking

Question

Jista' l-Ministru jara jekk jistax isir reserved parking għall-individwu li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, peress li għadu kif ħa l-kura barra minn Malta u jinsab marid?

Response (GATT, AUSTIN)

Ma nħossx li għandi ngħaddi din l-informazzjoni personali sakemm ma jkollix il-kunsens tal-individwu konċernat.