Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 34106 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Kompetizzjoni Ġusta, Negozji Żgħar u Konsumatur u issa ġiet riferuta lilu u jgħid kemm kien hemm applikazzjonijiet sabiex inkwilini jixtru l-proprjetà li jgħixu fiha? Jista' jgħid f'liema lokalità jinsabu?
Response (SAID, CHRISTOPHER)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li mill-ftuh tal-iskema ‘Ninvesti fid-Dar Tiegħi’, li kienet miftuha ghar-residenzi gewwa l-Kottonera fit-2 ta’ Awwissu 2011, l-Awtorita’ tad-Djar irceviet 32 applikazzjoni. L-applikazzjonijiet ġew minn dawn il-lokalitajiet:
· Isla - 15
· Birgu - 12
· Bormla - 05
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 33626, jista' l-Ministru jgħid x'alternattiva hemm min naħa tal-Awtorità tad-Djar biex din il-persuna ma tibqax tgħix f'garaxx taħt l-art li jinsab taħt knisja parrokjali?
Response (SAID, CHRISTOPHER)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-unika preferenza li l-applikant wera li jiġi allokat huwa fil-lokalità ta’ San Giljan. L-applikant jikkwalifika għall-post b’kamra tas-sodda waħda u l-Awtorità tad-Djar ma kelliex postijiet adattati għalih f’din il-lokalità. Waqt li l-Awtorità tad-Djar qeghda taghmel minn kollow sabiex tiddentifika post adattat għal dan applikant nitlob lill-Onorevoli Interpellant jinforma lis-Sinjur li f’kaz li huwa jikri post mill-privat l-Awtorità tad-Djar tkun tista’ toffrilu sussidju fuq il-kera.
Jista' l-Ministru jgħid għaliex l-ARMS Ltd qed jibgħat kontijiet tad-dawl u l-ilma lill-persuna li d-dettalji tagħha qed jingħataw separatament, meta jafu li din il-persuna qed tirċievi kontijiet żbaljati minħabba li huma għoljin wisq għaliex hi tgħix waħeda?
Response (FENECH, TONIO)
Ninsab infurmat li l-informazzjoni ngħatat lill-ARMS Ltd li min-naħa tagħha se tikkomunika direttament mal-klijient.
Kunsilli Lokali — impjegati li jiġu minn xulxin fl-istess kunsill
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk jirriżultalux li fil-Kunsill ta' Malta u Għawdex hemmx impjegati li jiġu minn xulxin li jaħdmu flimkien fl-istess kunsill? Jekk iva, liema huma dawn il-kunsilli u min huma dawn l-impjegati?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi hemm 7 Kunsilli Lokali li għandhom impjegati li jiġu minn xulxin fl-istess kunsill. Dawn huma fil-Kunsill Lokali ta' Ħaż Żabbar, Birżebbuġia, Gżira, Kirkop, Ħal Lija, M'Skala u Mosta. Qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra din l-informazzjoni fid-dettall.
Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-attendenza u l-minuti tal-laqgħat tar-reġjun kemm ilhom li bdew jitħaddmu?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li d-dokumenti rikjesti huma aċċessibbli pubblikament fuq il-portal elettroniku tal-kunsilli lokali li huwa www.lc.gov.mt. Nitlob lill-Onorevoli Membru tispeċifika liema informazzjoni partikolari li qed tirreferi għaliha peress li dawn id-dokumenti huma voluminużi.
Segretarji Eżekuttivi u Aġenti Segretarji Eżekuttivi — kwalifiki
Question
Jista' l-Ministru jagħti lista tas-Segretarji Eżekuttivi jew Aġenti Segretarji Eżekuttivi li għandhom il-kwalifiki neċessarji sabiex jagħmlu dan ix-xogħol skont il-liġi u cioè skont Artiklu 3 tal-Leġislazzjoni Sussidjarja 363.20 sub artikli a, b u ċ? Jista' jagħti lista tas-Segretarji Eżekuttivi u Aġenti Segretarji Eżekuttivi li m'għandhomx dawn il-kwalifiki u li huma impjegati grazzi għall-proviso ta' Artikolu 3 ta L.S. 363.20?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-kriterji tar-regolamenti ma japplikawx peress li wara r-riforma fl-Att dwar il-Kunsilli Lokali, liema riforma għaddiet unanimament minn dan il-Parlament, Artiklu 49 kien emendat u sar jgħid li:-
49.
(1) Kull Kunsill għandu jkollu Segretarju Eżekuttiv.
(2) Il-ħatra tas-Segretarju Eżekuttiv għandha ssir mill-Kunsill wara li tkun inkisbet l-approvazzjoni tal-Ministru, liema nomina tkun saret skont is-subartikolu ta’ wara dan.
(3) Is-Segretarju Eżekuttiv għandu jkun uffiċjal mis-servizz pubbliku magħżul minn
pool
ta’ persuni għal dan il-għan.
Il-kwalifiċi tar-Regolamenti tar-Riżsorsi Umani (323.20) ma japplikawx billi s-Segretarju Eżekuttiv irid ikun “uffiċċjal mis-servizz pubbliku”.
Infurmat li d-Dipartiment għall-Gvern Lokali ħejja abbozz aġġornat tar-Regolamenti tar-Riżorsi Umani li għadejjin fi proċess ta’ konsultazzjoni mal-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali sabiex joħorġu regolamenti ġodda dwar ir-riżorsi umani fil-Kumitati Reġjonali u fil-Kunsilli Lokali.
Segretarji Eżekuttivi — età ta' irtirar - kuntratt imġedded
Question
Jista' l-Ministru jagħti lista sal-aħħar ta' April 2012 ta' dawk is-Segretarji Eżekuttivi li diġà laħqu l-età ta' irtirar u l-kuntratt tagħhom qiegħed jiġi mġedded? Fuq liema kriterji qiegħed isir dan?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi s-Segretarji Ezekuttivi li laħqu l-eta tal-pensjoni imma għadhom fil-kariga huma s-segwenti:-
Joseph Mary Formosa - Gudja Local Council
Alfred Buhagiar - Lija Local Council
Philip Borg - Mosta Local Council
Infurmat ukoll illi s-Segretarji Eżekuttivi li għalqu l-61 sena baqgħu fil-kariga sakemm il-kunsilli lokali tagħhom iwettqu l-proċess tal-għażla tas-segretarju eżekuttiv ġdid.
Jista' l-Ministru jagħti l-kriterji li qed jiġu użati biex jintagħżlu l-aġenti segretarji eżekuttivi fil-kunsilli lokali?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninforma lill- Onorevoli Interpellant illi l-għażla ta’ Segretarju Eżekuttiv hija f’idejn il-kunsill lokali li jagħmel dan skont Linji Gwida maħruġa mid-Dipartiment għall-Gvern Lokali permezz ta’ Memo 4/2012. Jekk il-kunsill lokali ma jasalx għall-għażla, id-Dipartiment għall-Gvern Lokali jaħtar Aġent Segretarju Eżekuttiv sabiex il-kunsill lokali jkun jista’ jkompli jiffunzjona skont il-Liġi.
Jista' l-Ministru jagħti l-figura li biha l-Kunsill Lokali ta' Birkirkara għalaq is-sena 2011? Jista' jgħid jekk hux qed isiru l-quaterly accounts?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat li l-Kunsill Lokali ta’ Birkirkara għalaq is-sena 2011 b’deficit ta’ € 742,960. Infurmat ukoll li l-quarterly reports jintbgħatu kull tliet xhur.
B'referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 33657, apparti dawk id-deċiżjonijiet li tpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra li jikkonċernaw biss deċiżjonijiet meħuda taħt ir-Regolamenti dwar il-Kontroll ta' Konċentrazzjonijiet, jista' l-Ministru jpoġġi wkoll fuq il-Mejda tal-Kamra kopja, anke mhux kunfidenzjali, tad-deċiżjonijiet meħuda u rapporti mressqa quddiem il-Kummissjoni għall-Kummerċ Ġust wara li jkunu ġew mressqa ilmenti dwar xi allegat ksur ta' Artikolu 5 jew Artikolu 9, jew it-tnejn, tal-Att dwar il-Kompetizzjoni, li milli nifhem skont it-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari riferuta aktar kmieni fil-każ ta' dak li kien id-Dipartiment tal-Konsumatur u tal-Kompetizzjoni kienu sitt deċiżjonijiet u kien hemm żewġ rapporti li ġew eżebiti quddiem il-Kummissjoni għall-Kummerċ Ġust filwaqt fil-każ tal-Uffiċċju għall-Kompetizzjoni fi ħdan l-Awtorità ta' Malta għall-Kompetizzjoni u Affarijiet tal-Konsumatur kien hemm ħames deċiżjonijiet?
Response (AZZOPARDI, JASON)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi r-risposta se tingħata f’seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid jekk l-investigazzjoni li kellha ssir minn dak li kien l-Uffiċċju għall-Kompetizzjoni Ġusta, illum Uffiċċju għall-Kompetizzjoni fi ħdan l-Awtorità ta' Malta għall-Kompetizzjoni u Affarijiet tal-Konsumatur, mitluba mill-gvern f'Jannar tas-sena l-oħra wara li kien żdied il-prezz tal-ħalib, ġietx konkluża? Jista' jgħid x'kienet il-konklużjoni tal-Uffiċċju dwar jekk iż-żieda fil-prezzijiet kenitx ġustifikata jew le? Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja mhux kunfidenzjali ta' din id-deċiżjoni?
Response (AZZOPARDI, JASON)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi r-risposta se tingħata f’seduta oħra.
Dipartiment tal-Konsumatur u tal-Kompetizzjoni — ilmenti mill-pubbliku
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew imressqa ilmenti mill-pubbliku quddiem dak li kien id-Dipartiment tal-Konsumatur u tal-Kompetizzjoni u l-Awtorità ta' Malta għall-Kompetizzjoni u Affarijiet tal-Konsumatur għas-sena 2008, 2009, 2010, 2011 u l-ewwel erba' xhur ta' din is-sena? Kemm minn dawn ġew riżolti permezz tal-medjazzjoni, kemm kienu dawk l-ilmenti li ma ġewx riżolti permezz tal-medjazzjoni u mbagħad il-konsumaturi għażlu li ma jipproċedux quddiem it-Tribunal għal Talbiet tal-Konsumatur u kemm-il każ ġie mgħoddi biex jiġi deċiż quddiem it-Tribunal?
Response (AZZOPARDI, JASON)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba hi kif ġej
2008
2009
2010
2011
Jannar - April 2012
Ilmenti reġistrati
1,587
2,482
2,632
2,136
514
Każijiet riżolti permezz tal-medjazzjoni
460
792
941
766
225
Każijiet fejn il-konsumatur iddeċida li ma jirreġistrax it-talba mat-Tribunal
210
381
529
233
57
Oħrajn – diversi raġunijiet li lment ġie rtirat mil konsumatur
428
683
578
597
118
Każijiet reġistrati mat-Tribunal
489
626
584
540
114
Jista' l-Ministru jagħti dettalji dwar kemm tnaqqsu l-ħlasijiet għall-użu tal-karrijiet tal-mejtin waqt il-funerali minn meta saret il-liberalizzazzjoni ta' dan is-settur? Kemm-il darba nġabret, minn dak li kien id-Dipartiment tal-Konsumatur u tal-Kompetizzjoni u issa mill-Awtorità ta' Malta għall-Kompetizzjoni u Affarijiet tal-Konsumatur, informazzjoni marbuta ma' dan ix-xogħol mil-liberalizzazzjoni sal-lum? F'liema stadju waslet l-analiżi li kellha ssir sabiex jiġi evalwat jekk l-operat fis-suq in kwistjoni huwiex konformi mal-Att dwar il-Kompetizzjoni u mal-Att dwar l-Affarijiet tal-Konsumatur? Din l-informazzjoni, jew rapport, anke f'format mhux kunfidenzjali, jista' jitqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra?
Response (AZZOPARDI, JASON)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi r-risposta se tingħata f’seduta oħra.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar in-numru ta' trabi li ġew reġistrati f'Malta matul l-2011, u fl-ewwel tliet xhur ta' din is-sena? Kemm minn dawn it-trabi hekk reġistrati ma kenux ulied ta' ġenituri Maltin? Kemm kienu wlied ta' almenu ġenitur wieħed li hu barrani, u kemm kienu ulied ta' ġenituri t-tnejn mhux Maltin?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi t-tabella t'hawn tindika n-numru ta' twelid reġistrati minn ġenituri jew ġenitur wieħed imwield/a barra minn Malta.
Sena
Total Ghas-sena
Minn Genituri Imwielda Barra
Minn Genitur Wiehed Imwield/a Barra
2011
5,571
234
1,806
2012 (Jannar sa Marzu)
1,503
30
542
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm kien in-numru ta' każijiet li ġew rappurtati fl-għassa tal-Qawra għal dak li kien jikkonċerna storbju fl-inħawi ta' San Pawl il-Baħar, Buġibba u l-Qawra matul l-aħħar sitt xhur tal-2011, u matul l-ewwel tliet xhur ta'din is-sena? Kemm minn dawn ir-rapporti kienu jikkonċernaw storbju minn postijiet ta' divertiment?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi bejn Lulju tas-sena l-oħra sal-aħħar ta’ Marzu ta’ din is-sena, l-Pulizija kellha 49 rapport dwar xi forma ta’ storbju fl-inħawi ta’ San Pawl il-Baħar, Buġibba u l-Qawra. Minn dawn 9 kienu jikkonċernaw rapporti dwar mużika għolja minn postijiet ta’ divertiment.
Jista' l-Ministru jgħid fejn waslet it-talba tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, li applikat quddiem l-Awtorità tad-Djar biex tbiddel ma' post ieħor tal-gvern?
Response (SAID, CHRISTOPHER)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-persuna in kwestjoni joqgħod ġo post tal-Gvern fl-ewwel sular u applika biex ibiddel nhar il-5 ta’ Mejju, 2009. Huwa jixtieq li jiġi allokat post terran, peress li jbati b’qalbu, fil-lokalità ta’ Santa Venera biex ikun qrib il-familjari tiegħu. Mil-lista tat-tpartit m’hemm ħadd interessat biex immur fil-lokalità tal-Kalkara u fil-preżent l-Awtorità tad-Djar m’għandhiex postijiet fil-pjan terran vakanti fil-lokalità ta’ Santa Venera.
Tista' l-Ministru tgħid għaliex ripetutament kull meta jonqos xi skrivan mill-uffiċċju tal-liċenzji tal-karozzi ta' Għawdex mhux qed jintbagħtu oħrajn minflokhom u dan b'inkonvenjenti kbar kemm għall-pubbliku u kemm għal min jaħdem hemm?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li s-sitwazzjoni għar-rigward tal-iskrivani fl-uffiċċju tal-liċenzji tal-karozzi qed tiġi indirizzata.
Ministeru tas-Saħħa, l-Anzjani u l-Kura fil-Komunità — impjegati nisa bi skala sebgħa
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm impjegati nisa fil-Ministeru, dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu li huma minn skala sebgħa 'l fuq?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li hemm 314 impjegati nisa fil-Ministeru għas-Saħħa, l-Anzjani u Kura fil-Komunità li huma minn skala sebgħa ‘l fuq, kif ukoll 25 impjegati nisa’ fl-entitajiet li jaqgħu taħt dan il-Ministeru li jitħallsu salarju ekwivalenti ta’ skala sebgħa jew ogħla.