Legislature:
Category:
Reset
Active:

Sajjeda li ma jafux jiktbu u jaqraw

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'se tkun il-pożizzjoni għar-rigward tas-sajjieda li ma jafux jiktbu u jaqraw u li ġew mogħtija apparat elettroniku sabiex jirreġistraw il-qbid tagħhom? Jista' jgħid għalfejn dawn is-sajjieda qed ikollhom ħobżhom mhedded b'rekwiżiti li żgur mhumiex se jesponu ruħhom għal tant sagrifiċċji u tbatija?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 32841 fejn spjegajt il-mod kif tfassal il-programm ta’ taħriġ li ngħata fuq bażi ndividwali. Dan l-arranġament ġie diskuss u maqbul mal-kooperativi tas-sajjieda, tant li ġew magħżula seba’ sajjieda inominati miż-żewġ kooperativi tas-sajjieda bħala proġett pilota sabiex jiġi assigurat li s-sistema tirrispondi għal ħtiġijiet ta’ l-istess sajjieda. Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li is-sistema elettronika ġiet żviluppata b’mod ibbażata fuq prinċipju ta’ Graphical User Interface fejn is-sajjied kull ma jrid jagħmel huwa li jagħfas stampa li ttellagħlu s-sistema jew numru. Dan biex b’hekk ikun minimizzat, jekk mhux eliminat għal kollox, il-bżonn tad-dħul tal-informazzjoni b’ intevent manwali. B’dan il-mod se jiġi żgurat li anke dawk li huma nieqsa mill-ħiliet fil-kitba ikunu jistgħu jagħmlu użu minn dan l-apparat.

Transport Malta — bini b'titolu ta' kera

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' bini li Transport Malta żżomm b'titolu ta' kera? Jista' jindika liema huma dawn il-binjiet u min huma s-sidien tagħhom? Jista' jgħid kemm qed tkun in-nefqa f'kiri għal dawn il-binjiet fis-sena?

Response (GATT, AUSTIN)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

Direttorat tal-Avjazzjoni — Overtime

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li impjegat li huwa stazzjonat fid-Direttortat tal-Avjazzjoni fi ħdan it-Transport Malta għamel ġranet tas-Sibt jidħol overtime? Jista' jgħid x'tip ta' xogħol kien qed jesegwixxi?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jispeċifika għal liema impjegat qed jirreferi.

Transport Malta — impjegati skrivana

Question

Peress li Transport Malta għandha fi ħdanha impjegati li jaħdmu bħala skrivani minn kumpanija privata, kif ukoll skrivani oħrajn li qegħdin jesegwixxu xogħolhom b'kuntratt, jista' l-Ministru jgħid kemm huwa numru ta' skrivani minn din il-kumpanija u kemm hemm impjegati li jesegwixxu xogħolhom b'kuntratt? Jista' jindika min hija l-kumpanija u jgħid jekk hemmx pjanat li xi wħud min dawn isiru tal-post?

Response (GATT, AUSTIN)

Filwaqt li nfakkar lill-Onor. Interpellant fir-risposta li kienet ingħatat għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 15392, jien infurmat li bħalissa hemm 32 skrivan fi Transport Malta li huma minn kumpanija privata u cioe' mis-Secretarial Services Ltd. Jien infurmat ukoll li Transport Malta m'għandhiex skrivani bil-kuntratt u m'hemm l-ebda ħsieb li l-iskrivani tal-kumpanija msemmija b'xi mod dirett isiru tal-post ma' Transport Malta. Infakkar lill-Onor. Interpellant li l-ingaġġ ta' nies ma' Transport Malta huwa regolat mill-Employment and Training Corporation Act, mill-Authority for Transport in Malta Act, kif ukoll mill-Kostituzzjoni kif applikabbli għall-entitajiet tal-Gvern.

Transport Malta — Maritime Affairs Committee

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk għadux fis-seħħ l-Maritime Affairs Committee fi ħdan Transport Malta? Jekk fl-affermattiv, jista' jindika min huma l-membri ta' dan il-kumitat?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li l-Maritime Supervisory Committee huwa mmexxi mis-Sur Mark Portelli fil-kariga ta' Chairman ta' dan il-kumitat. Il-Membri ta' dan il-kumitat huma s-Sinjura Francesca Mamo u s-Sur Josie Licari.
Leg 11 PQ #34138 Sitting 469 2012-05-08 Oral · Final From: OWEN BONNICI To: Ministeru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol

ITS — lecturers full-time

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm hemm lecturers full-time u fuq kuntratt definit li jgħallmu dawn is-suġġetti fl-Istitut għall-Istudji Turistiċi fit-tieni semestru ta' din is-sena akkademika 2011/2012: Malti, Ingliż, Matematika, Franċiż, Ġermaniż, Business Communications, Tourism Law, Cruise Liner Operations, Pastry u Information Technology? Kemm hemm sigħat ta' tagħlim għal kull suġġett? Tista' tagħti tagħrif maqsum għal kull suġġett separat?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 11 PQ #34139 Sitting 469 2012-05-08 Oral · Final From: OWEN BONNICI To: Ministeru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol

ITS — applikazzjonijiet ta' studenti għall-internship

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm kien hemm applikazzjonijiet mill-istudenti tal-Istitut għall-Istudji Turistiċi biex jagħmlu internship barra minn Malta kull sena bejn l-2008 u l-2012? Tista' tgħid f'liema pajjiżi saru l-interships sena b'sena u fejn se jsiru din is-sena?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 11 PQ #34140 Sitting 469 2012-05-08 Oral · Final From: OWEN BONNICI To: Ministeru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol

ITS — charges lill-impjegati

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm ingħataw charges fl-Istitut għall-Istudji Turistiċi lill-impjegati akkademiċi u mhux akkademiċi separatament u kemm inbdew proċeduri dixxiplinarji kontrihom sena b'sena bejn l-2008 u l-aħħar ta' Marzu ta' din is-sena? F'każ ta' proċeduri dixxiplinarji mibdija, f'kemm każijiet instab li fil-fatt ma kienx hemm każ fejn jittieħdu passi dixxiplinarji u l-proċeduri twaqqfu?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 11 PQ #34147 Sitting 469 2012-05-08 Oral · Final From: ALFRED SANT To: Ministeru għal Għawdex

Malta Enterprise — One-Stop Shop

Question

B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 32673 dwar il-post identifikat minn fejn jista' jiġi mħaddem il-one-stop shop, tista' l-Ministru tgħid f’liema triq fir-Rabat jinsab il-post identifikat? Għalxiex qed jintuża llum? Min huwa l-propjetarju tal-post? F’idejn min qiegħed fil-preżent? Tista’ tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra site plan tal-post identifikat? Meta bdew id-diskussjonijiet biex dan il-post jiġi ristrutturat? Jekk tlestew dawn id-diskussjonijiet, meta tlestew? X’xogħlijiet huma meħtieġa li jsiru? Jekk id-diskussjonijiet ma tlestewx, meta mistenni li jitlestew?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-post identifikat jinsab fit-Triq ta' Wara s-Sur, ir-Rabat. Fil-preżent dan qed jintuża mill-fergħa tax-Xogħlijiet Pubbliċi fi ħdan il-Ministeru għal Għawdex. Dan il-post huwa proprjetà tal-Gvern, u bħalissa qiegħed f'idejn il-Ministeru għal Għawdex. Qed inpoġġi wkoll fuq il-Mejda tal-Kamra site plan tal-post identifikat, immarkat bl-aħmar fit-triq rispettiva. Id-diskussjonijiet biex dan il-post jiġi ristrutturat bdew fl-2011. S'issa dawn id-diskussjonijiet għadhom għaddejjin.

one-stop shop

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema huma r-regolaturi li se jifformaw parti mill-one-stop shop li għandu jitwaqqaf f'Għawdex fejn investituri prospettivi u uffiċjali ta' kumpaniji jkunu jistgħu jiltaqgħu ma' regolaturi, ma' uffiċjali għall-impjiegi u taħriġ u ma' uffiċjali tal-Malta Enterprise?

Response (FENECH, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-uffiċċju ta’ Business First li ser jitwaqqaf f’Għawdex biex joffri servizz ta’ One-Stop-Shop għall-intrapriżi f’Għawdex, ser ikun estensjoni ta’ Business First ta’ Malta u għaldaqstant se jkun amministrat bl-istess mod. Jiġifieri m’hemmx il-ħsieb li jkun hemm regolaturi li jifformaw parti mill-uffiċċju ta’ Għawdex għax is-servizzi se jkunu qed jingħataw mill-uffiċjali ta’ Business First ta’ Għawdex li ngħataw it-taħriġ neċessarju, skont is-service level agreements li ġew iffirmati bejn Malta Enterprise u d-Dipartimenti relattivi. Filwaqt li qed tiffinalizza service level agreement mal-Employment & Training Corporation, Il-Malta Enterprise iffirmat Service Level Agreement mad-Dipartimenti li qed jidhru fit-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 11 PQ #34149 Sitting 469 2012-05-08 Oral · Final From: ALFRED SANT To: Ministeru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol

Qasam Industrijali tax-Xewkija — kumpanija

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 32674, tista' l-Ministru tgħid kemm mill-540 persuna li qed jaħdmu ma’ kumpaniji li joperaw fil-qasam industrijali tax-Xewkija huma fuq bażi full-time u kemm hemm fuq bażi part-time? Tista’ tagħti dan it-tagħrif rġiel għalihom u nisa għalihom?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Skont l-informazzjoni li għandha l-Korporazzjoni tax-Xogħol u t-Taħriġ fl-aħħar ta’ Frar 2012, il-35 kumpaniji li hemm joperaw fil-qasam industrijali tax-Xewkija kienu jħaddmu 482 persuna fuq bażi full-time filwaqt li 58 persuna fuq bażi part time, total ta’ 540 persuna. 342 persuna kienu rġiel filwaqt li 198 persuna kienu nisa.
Leg 11 PQ #34150 Sitting 469 2012-05-08 Oral · Final From: ALFRED SANT To: Ministeru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol

Qasam Industrijali tax-Xewkija — kumpanija

Question

B’referenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 32674, tista’ l-Ministru tgħid kemm mit-33 kumpanija li hemm joperaw fil-qasam industrijali tax-Xewkija jħaddmu minn 1 sa 5 persuni, minn 6 sa 10 persuni, minn 11 sa 15-il persuna, minn 16 sa 20 persuna, minn 21 sa 25 persuna, minn 26 sa 30 persuna, minn 31 sa 35 persuna, minn 36 sa 40 persuna, minn 41 sa 45 persuna, minn 46 sa 50 persuna, minn 51 sa 55 persuna, minn 56 sa 60 persuna. minn 61 sa 70 persuna, minn 71 persuna sa 80 persuna, minn 81 persuna sa 90 persuna, minn 91 persuna sa 100 persuna, minn 101 persuna sa 110 persuna, minn 111 persuna sa 120 persuna, minn 121 persuna sa 130 persuna, minn 131 persuna sa 140 persuna, minn 141 persuna sa 150 persuna u minn 151 persuna ‘l fuq?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 11 PQ #34151 Sitting 469 2012-05-08 Oral · Final From: ALFRED SANT To: Ministeru għal Għawdex

Politika Reġjonali għall-iżvilupp tas-settur kulturali t'Għawdex

Question

B’referenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 32669 dwar politika reġjonali għall-iżvilupp kulturali ta’ Għawdex fejn l-Ministru qalet li fis-settur tal-kultura tiġi segwita l-politika nazzjonali tal-gvern u rreferietni għall-politika nazzjonali tal-gvern f’dan il-qasam li ħarġet is-sena l-oħra u li fiha Għawdex jissemma b'mod speċifiku, tista’ l-Ministru tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tad-dokument li rreferietni għalih u tindika dik il-parti li fiha Għawdex jissemma b’mod speċifiku? Tista’ tgħid liema awtorità reġjonali statutorja tieħu ħsieb it-twettiq ta’ din il-politika f’Għawdex? Tista’ tgħid kemm hemm flus ivvotati għat-twettiq ta’ din il-politika f’Għawdex għal din is-sena? Taħt liema vot/i ta’ nefqa ġew allokati? Liema awtorità reġjonali statutorja tamministra dawn il-fondi?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Politika Kulturali Nazzjonali tinsab fuq is-sit elettroniku www.maltaculture.com fis-sezzjoni "about us". Dan id-dokument ġie ppubblikat fl-2011. Din il-politika tinkorpora fiha l-aspett kulturali kemm fuq livell nazzjonali, kif ukoll dak reġjonali u lokali. Għawdex jissemma wkoll b'mod speċifiku f'paġna sitta u għoxrin (26) fejn jagħmel referenza għal Eko Għawdex. Għal dan il-għan nirreferi lill-Onorevoli Interpellant ukoll għal sezzjoni 2.4.1 tal-Pjan t'Azzjoni Eko Għawdex 2010-2012. Ir-responsabilità għat-twettiq ta' dawk il-miżuri ta' din il-politika li jirrigwardaw lil Għawdex taqa' taħt l-Uffiċċju tal-Kultura fi ħdan il-Ministeru għal Għawdex. Għal 2012 il-voti allokati b'mod speċifiku għall-attivitajiet kulturali jammontaw għall-285,000 ewro. Dawn il-fondi jiġu amministrati mill-Ministeru għal Għawdex.
Leg 11 PQ #34152 Sitting 469 2012-05-08 Oral · Final From: ALFRED SANT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Politika Reġjonali għall-iżvilupp tas-settur kulturali t'Għawdex

Question

B'referenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 32668 fejn l-Prim Ministru rreferieni għat-tweġiba mogħtija mill-Ministru għal Għawdex għall-mistoqsija parlamentari 32669 u peress illi fit-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 32669 dwar politika reġjonali għall-iżvilupp kulturali ta’ Għawdex l-Ministru għal Għawdex qalet li fis-settur tal-kultura tiġi segwita l-politika nazzjonali tal-gvern u rreferietni għall-politika nazzjonali tal-gvern f’dan il-qasam li ħarġet is-sena l-oħra u li fiha Għawdex jissemma b'mod speċifiku, jista’ l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tad-dokument li rreferietni għalih l-Ministru u jindika dik il-parti li fiha Għawdex jissemma b’mod speċifiku? Jista’ jgħid liema awtorità reġjonali għal Għawdex tieħu ħsieb it-tfassil u t-twettiq ta’ din il-politika f’Għawdex? Jista’ jgħid kemm hemm flus ivvotati għat-twettiq ta’ din il-politika f’Għawdex għal din is-sena? Taħt liema vot/i ta’ nefqa ġew allokati? Liema awtorità reġjonali statutorja tamministra dawn il-fondi?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Nirreferi l-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tat il-Ministru għal Għawdex f’Mistoqsija Parlamentari numru 34151.
Leg 11 PQ #34205 Sitting 469 2012-05-08 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Eko Għawdex — nefqa fuq l-uffiċċju f'pjazza San Franġisk, Rabat

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 33616, tista' l-Ministru tgħid item item il-kuntratturi li ħadmu dan ix-xogħol? Dan ix-xogħol ingħata b'direct order jew b'tender?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.

annimali tipiċi Maltin

Question

Billi hu maghruf li għal bosta snin Malta kellha tjur u annimali li wieħed jista' jqishom li huma tipiċi ta' Malta, li iżda matul is-snin jew inqerdu għal kollox, jew kważi nqerdu, jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk hemmx xi forma ta' informazzjoni fuq it-tjur/annimali li huma meqjusa bħala tipiċi Maltin? Jista' jagħti tagħrif dwar jekk hemmx xi kuntatti ma' pajjiżi oħra, partikularment, ma' gżejjer oħra fejn jista' jkun li għad hemm jitkabbru annimali/ tjur tipikament Maltin, wara li dawn ittieħdu hemm snin twal ilu?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tweġiba tingħata f’seduta oħra.

ITS — placements għal studenti

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk il-Ministeru, inkella l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu hux qed jikkollaboraw mal-Ministeru tal-Edukazzjoni/mal-Istitut għall-Istudji Turiċtiċi biex jinstabu placements barra minn Malta, għall-istudenti tal-Istitut għall-Istudji Turistiċi? Jekk iva, x'kollaborazzjoni qiegħda ssir?

Response (DEMARCO, MARIO)

L-Awtorità Maltijia għat-Turiżmu mhiex involuta f’ħidma biex jinstabu placements barra minn Malta għall-istudenti tal-Istitut għall-Istudji Turistiċi. Infakkar iżda li membru mill-Bord tad-Diretturi tal-ITS huwa appuntat mill-Ministeru responsabbli mit-Turiżmu. Jien appuntajt il-Kap tat-Taqsima tat-Turiżmu u Żvilupp Sostenibbli. Dan sabiex ikun hemm koordinament fil-ħidma tal-ITS u l-Ministeru tat-Turiżmu kif ukoll mal-Awtorità tat-Turiżmu.

konsum ta' slow food

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk il-Ministeru hux qed jieħu xi inizjattivi partikulari biex jipprova jħeġġeġ il-konsum tal-hekk imsejjaħ slow food?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Infurmat li fil-preżent ma hemm l-ebda inizzjattiva biex jiġi imħeġġeġ il-konsum ta’ slow food. Il-messaġġ prinċipali tad-Dipartiment huwa bbażat fuq il-promozzjoni ta’ dieta medeterranja u prinċipji ta sigurta’ fl-ikel.

San Pawl il-Baħar — Triq is-Simar u Trejqet Għar Berbaħ - servizzi

Question

B'referenza għar-risposta dwar ix-xogħlijiet meħtieġa f'Triq is-Simar u Trejqet Għar Berbaħ, San Pawl il-Baħar kemm għal dak li jirrigwarda l-ilma kif ukoll id-drenaġġ, jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar il-koperazzjoni li saret bejn Transport Malta u l-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma?

Response (FENECH, TONIO)

Ninsab infurmat illi saret koperazzjoni bejn Trasport Malta, Korporazzjoni tas-Servizzi tal-Ilma u l-Kunsill Lokali ta’ San Pawl il-Baħar biex ix-xogħol kollu jiġi kkoordinat. Sar qbil fuq dak li hemm bżonn biex isir l-ilma u d-drenaġġ meħtieġ f’dawn it-toroq.

Xogħol ta' bdil ta' katusi tal-komun

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 34108 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni u issa ġiet riferuta lilu u jgħid meta se jsir ix-xogħol tant bżonnjuż ta' bdil ta' katusi tal-komun fl-indirizz li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament?

Response (SAID, CHRISTOPHER)

Nixtieq ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant, bi tweġiba għall-mistoqsija tiegħu, illi l-Awtorità tad-Djar spezzjonat il-fond fl-10 t’April, 2012, u se tagħmel it-tiswijiet neċessarji f’qasir żmien.