Legislature:
Category:
Reset
Active:

studenti li m'għaddewx mill-eżamijiet

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm kien hemm tfal li m'għaddewx mill-eżamijiet finali tal-primarja u xi jsir minn dawn l-istudenti fis-sistema edukattiva preżenti?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

studenti b'ħiliet limitati

Question

Tista' l-Ministru tgħid jekk isirx studju ħalli jaraw kemm żgħażagħ li jibdew is-sekondarja b'ħilit limitati fil-suġġetti bażiċi jispiċċaw itejbu dawn il-ħiliet meta jispiċċaw is-sekondarja?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Mis-sena skolatika 2011-12, meta għall-ewwel darba l-klassijiet tal-Form 1 tal-iskejjel tal-istat ġew iffurmati b’referenza għall-Eżami tal-Benchmark li sar għall-ewwel darba fl-2011, tfal li fil-Form 1 kienu għadhom b’ħiliet bażiċi fil-Malti, l-Ingliż jew il-Matematika bdew jiġu identifikati b’mod sistematiku. Dan kien possibbli billi l-Eżami tal-Benchmark kien l-ewwel assessjar Nazzjonali tal-aħħar tal-primarja li issawwar apposta biex, fost affarijiet oħra, jippermetti din l-identifikazzjoni. L-istudenti hekk identifikati qed isegwu programm speċjalizzat fis-suġġett relatat, u l-għalliema qed jirċievu taħriġ, appoġġ u riżorsi apposta biex it-tagħlim isir b’mod effettiv. Għalhekk, minn din is-sena skolastika dawn l-istudenti se jibda ‘tracking’ tagħhom biex naraw li jsir it-titjib akkademiku neċessarju.

Skola Marija Reġina — surmast li ħa transfer

Question

Tista l-Ministu tagħti spjegazzjoni għaliex is-surmast li kien qed imexxi l-Iskola Marija Reġina tal-Mosta ħa transfer l-għada li din l-iskola infetħet uffiċċjalment mill-Prim Ministru?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-Onor Interpellant għandu nformazzjoni skorretta għall-aħħar. Is-surmast li kien qed imexxi l-iskola Kulleġġ Maria Reġina, Sekondarja Subien, Mosta, ma ħax transfer imma huwa stess applika għal promozzjoni u peress li għadda mill-interview b’suċċess, dan mar jaħdem bħala Uffiċċjal Edukattiv fi ħdan id-Direttorati Edukattivi. Floku ntbagħat surmast ġdid li kien qed imexxi skola oħra.

Kont tad-dawl fuq three-phase

Question

Jista' l-Ministru jara l-każ tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament peress li l-kont tad-dawl ġieha fuq three-phase u mhux fuq single phase?

Response (FENECH, TONIO)

Ninsab infurmat li l-informazzjoni ingħatat lill-ARMS Ltd li minn naħa tagħha se tikkomunika direttament mal-klijient.

Spezzjoni fuq dar tal-gvern — umdità

Question

Jista' l-Ministru jara li ssir spezzjoni fuq dar tal-gvern tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament peress li hemm ħafna umdità u minkejja li l-invdividwu għamel xi xogħlijiet, xorta waħda baqgħa bl-istess problema?

Response (SAID, CHRISTOPHER)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant, illi l-Awtorità tad-Djar toffri skemi għal dawn it-tip ta’ xogħlijiet. L-inkwilin huwa mħeġġeġ javviċina l-Customer Care tal-Awtorità sabiex jispjegawlu kif jista’ jibbenefika.

Sptar Zammit Clapp — impjegati

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk dawk l-impjegati li kienu għamlu kuntratt mal-Isptar Zammit Clapp, humiex impjegati tas-servizz pubbliku?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Infurmat li l-ħaddiema li għandhom kuntratt direttament mal-Isptar Zammit Clapp huma ħaddiema tal-Foundation for Medical Services, u għaldaqstant huma ħaddiema tas-Settur Pubbliku, iżda mhux tas-Servizz Pubbliku.

kwestjoni ta' housing alternattiv

Question

Jista' l-Minsitru jara li l-familja li l-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, tingħata housing alternattiv peress li l-fond huwa żgħir u jinsab fi stat umduż? Jista' jgħid jekk tistax issir spezzjoni fl-iqsar żmien possibli?

Response (SAID, CHRISTOPHER)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-persuna ndikata ma għandiex applikazzjoni pendenti għall-akkomodazzjoni alternattiva peress li l-istess applikazzjoni ġiet magħluqa fit-13 ta’ Jannar, 2011.

Pensjoni — żieda tal-għoli tal-ħajja

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex ma jridx joħroġ iż-żieda tal-għoli tal-ħajja sħiħa b'effett mis-sena 2008 lil dawk li kienu ġew kostretti jieħdu l-iskema ta' irtirar kmieni mit-tarznari fis-sena 2003? Għaliex qed ikompli joħloq anomalija ma' dawn il-pensjonanti meta kien l-istess Ministru li kien ħabbar fil-budget għas-sena 2008 li se jżid lill-pensjonanti kollha ż-żieda sħiħa tal-għoli tal-ħajja? Għaliex din l-anomalija? Il-provediment li hemm fil-kuntratt privat li jinkorpora din l-iskema ta' irtirar kmieni kien ġie ffirmat fis-sena 2003 meta dak iż-żmien il-gvern kien għadu ma tax iż-żieda sħiħa tal-għoli tal-ħajja lill-pensjonanti, għaldaqstant, għaliex ma kkerġġiex din l-anomalija fil-kuntest tad-deċiżjoni li ttieħdet wara? Għaliex se jħalli din id-diskriminazzjoni tkompli sseħħ bejn il-pensjonanti Maltin u Għawdxin?

Response (SAID, CHRISTOPHER)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant sabiex jirreferi din il-mistoqsija lill-Ministru kkoncernat.

Msida — Triq Giorgio Mitrovich - katusi mkissra

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta għaddew it-tender documents lil Transport Malta biex joħorġu t-tender dwar xogħlijiet f’Giorgio Mitrovich Street, Msida minħabba katusi tad-drenaġġ mifqugħa?

Response (FENECH, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma tagħti x-xogħol lill-kuntrattur tal-kunsill f’dan il-każ u mhux lil Transport Malta għax il-kunsill kien se jagħmel xogħol fil-bankini. Il-kunsill irid jiftiehem mal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma kif se jsir ix-xogħol fit-triq.

Msida — Triq Giorgio Mitrovich - tender għax-xogħlijiet

Question

Jista' l-Minsitru jgħid Transport Malta meta ħarġet it-tender għax-xogħlijiet li kellhom isiru fi Triq Giorgio Mitrovich, Msida wara li skont il-Ministru Tonio Fenech it-tender documents kellhom jiġu mgħoddijja lilhom is-sena li għaddiet?

Response (GATT, AUSTIN)

Peress li t-triq in kwistjoni ma taqax taħt ir-responsabbiltà ta' Transport Malta, nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.

Sidien tad-Dgħajjes żgħar

Question

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 32451 dwar Transport Malta, jista' l-Ministru jgħid jekk u meta nħarġet/se toħroġ is-sejħa għall-offerti li rrefererha għaliha fi tmiem ta' paragrafu 1 tat-tweġiba li hu ta, fir-rigward ta’ żoni alternattivi ta’ rmiġġ kemm ġewwa Ta' Xbiex kif wkoll fl-Imsida?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li s-sejħa pubblika għall-offerti sabiex tiġi riorganizzata żona għall-irmiġġi f'Ta' Xbiex ħarġet nhar it-13 t'April 2012 u tagħlaq fl-4 ta' Mejju 2012. Is-sejħa għall-offerti għall-irmiġġi ġewwa l-Imsida għadha ma ħarġitx għaliex għadu qed jiġi analizzat ix-xogħol li għandu jsir.
Leg 11 PQ #33918 Sitting 469 2012-05-08 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

slogan Flimkien Noħolqu x-Xogħol Għalik — informazzjoni

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid b’kollox il-Gvern Malti kemm se jkun nefaq f’riklami fil-media taħt is-slogan Flimkien Noħolqu x-Xogħol Għalik f’għeluq erba' snin mill-ħatra tal-gvern fejn dawn ilkoll dehru bl-arma tar-Repubblika u fuq il-website: www.opm.gov.mt?

Response (GONZI, LAWRENCE)

L-avviżi fil-gażżetti għadhom qed jidhru u l-informazzjoni tingħata hekk kif tispiċċa l-iskeda.

Pensjoni ta' persuna

Question

Jista' l-Ministru jara x'inhi r-raġuni li l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament li qed tirċievi pensjoni anqas minn persuni oħra li ħadmu miegħu fl-istess grad u rtiraw fl-istess perjodu?

Response (SAID, CHRISTOPHER)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-persuna ndikata minnu ġiet infurmata bil-miktub dwar il-każ tagħha.

ħaddiema full-time fis-settur tal-edukazzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm ħaddiema jaħdmu full-time fis-settur tal-Edukazzjoni f’Malta u f’Għawdex separatament fl-aħħar ta’ Ġunju u fl-aħħar ta’ Diċembru tal-2011? Kemm minnhom kienu fis-settur pubbliku? Kemm minnhom kienu nisa u kemm kienu rġiel? Kemm minnhom kienu self-employed?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 33996.

ħaddiema full-time fis-settur tal-lukandi u ristoranti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm ħaddiema jaħdmu full-time fis-settur tal-lukandi u ristoranti f’Malta u f’Għawdex separatament fl-aħħar ta’ Ġunju u fl-aħħar ta’ Diċembru tal-2011? Kemm minnhom kienu fis-settur pubbliku? Kemm minnhom kienu nisa u kemm kienu rġiel? Kemm minnhom kienu self-employed?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 33996.

tneħħija tar-rotot 21 u 23

Question

Billi komplew jasluli aktar ilmenti minn residenti tal-Għargħur, jista' l-Minsitru jara li permezz ta’ Transport Malta jinvestiga dan l-ilment li jirrigwardja ir-Rotta Numru 21 peress li ġejt infurmat li r-referenzi għar-rotot 21 u 23 kannella tneħħew mill-bus stages tal-Mosta, Naxxar, San Ġwann u Sliema u hemm saħansitra nota li tavża, f’dawn l-istess stages li r-rotta numru 23 sejra tieqaf b’seħħ mis-27 ta' Mejju 2012? Jista' jara x'jista' jsir peress li din ir-rotta kienet ta’ użu kbir għar-residenti tal-Mosta, Naxxar, Għargħur, San Ġwann u tas-Sliema għax kienet toħloq rabta bejn dawn id-diversi bliet u rħula u peress li taħt l-iskeda l-antika qabel ir-riforma fit-trasport kien hemm servizz dirett minn Tas-Sliema via San Ġiljan, San Ġwann, Naxxar u Mosta lejn ir-Rabat permezz tar-rotta numru 65 ukoll?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li mis-27 ta’ Mejju se tiġi ntrodotta rotta ġdida bin-numru 225 liema rotta se tkun qed tieħu post parti mir-rotot 21 u 23 b’xi tibdil żgħir. Din ir-rotta se tkun qed tgħaqqad lill-lokalitajiet ta’ tas-Sliema, San Ġiljan, San Ġwann, Naxxar, Mosta, l-Imġarr u Għajn Tuffieħa.
Leg 11 PQ #34003 Sitting 469 2012-05-08 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

pubblikazzjoni ta' brochure

Question

Tista' l-Miniitru tagħti d-dettalji dwar il-brochure b'propoganda personali li hi qasmet fl-għeluq ir-raba sena tal-ħidma tagħha? Fejn ġie stampat u kemm ġie jiswa? Xi spejjeż oħra kien hemm relatai mal-produzzjoni ta' dan id-dokument? Mil-liema vot?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant li jiena la stampajt u wisq anqas qassamt brochures f'għeluq ir-raba' sena ħidma tiegħi. Jekk l-Onorevoli Interpellant qed jirreferi għall-ktejjeb li tqassam lill-media waqt il-konferenza mogħtija mill-Ministeru għal Għawdex b'rabta mal-erba' snin ħidma tal-Gvern, allura ninfurmawh li ġew stampati 150 ktejjeb li swew ammont totali ta' €1552 (VAT inkluż). Ix-xogħol ingħata lill-istampatur li ssottometta l-irħas stima. Ma kien hemm ebda spejjeż oħra relatati.

pubblikazzjoni ta' brochure

Question

Jista' l-Ministru jagħti d-dettalji dwar brochure ta' propoganda personali li tqassam fid-djar Għawdxin u jgħid fejn ġie stampat u kemm ġie jiswa? Xi spejjeż oħra kien hemm relatai mal-produzzjoni ta' dan id-dokument? Mil-liema vot tħallas?

Response (SAID, CHRISTOPHER)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-brochure indikat minnu ma thallas mill-ebda vot pubbliku. Il-produzzjoni, l-istampar kif ukoll il-pustagg ma tħallasx minn fondi pubbliċi.

talba għal operazzjoni

Question

Jista' l-Ministru jara li l-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, u li għandha problema fl-ispina tagħha tingħata prijorità għall-operazzjoni li għandha bżonn tagħmel minħabba l-uġigħ li qed issofri peress li hi nfurmata li għandha xhur tistenna jekk mhux snin għal din l-operazzjoni?

Response (CASSAR, JOSEPH)

L-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar. Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.