Legislature:
Category:
Reset
Active:

liġi finanzjarja

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 38055, 37814 u 37569 u jgħid kemm-il liġi finanzjarja li tolqot is-settur finanzjaru fl-intier tiegħu ġo pajjiżna ġew approvati mill-Parlament b'mod unanimu sena b'sena bejn 2000 u 2012?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill- Onor. Interpellant li r-risposta se tingħata f’seduta oħra.

fabbrika Braziljana li topera f'Malta

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 38053, jista' l-Ministru jgħid liema huma l-160 fabbrika li ddeċiedu li jespandu jew jiftħu f'Malta u kemm hu l-investiment f'kull każ?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta se tingħata f'seduta oħra.

Għemmieri — tkattir tal-għasafar

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 34906, 34074 u 33814 li oriġinarjament saret lill-Ministru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid meta beda l-proġett tat-tkattir tal-għasafar tal-għana fl-Għemmieri f'Malta u f'Għawdex; x'inhu l-iskop ta' dan il-proġett, kemm-il speċi ta' għasafar tal-għana qed jitkattru u x'kienu r-riżultati ta' dan il-proġett? Kemm intnefqu flus s'issa fuq dan il-proġett u hemm ħsieb ta' xi għajnuna minn fondi tal-Unjoni Ewropea għalih?

Response (MARCO, MARIO DE)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar u tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

informazzjoni dwar smart meters

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 35345 u cioè: Fir-rigward tal-istallazzjoni u t-tħaddim tal-ismart meters tal-elettriku u l-ilma, jista' l-Ministru jgħid, f'liema lokalitajiet dawn ġew stallati u qed jitħaddmu fir-rigward tal-elettriku u l-ilma, f'liema lokalitajiet qed jiġu stallati bħalissa l-ismart meters tal-elettriku u tal-ilma u meta hu maħsub li jibdew jitħaddmu kemm dawk tal-elettriku kif ukoll dawk tal-ilma, u f'liema lokalitajiet hu ppjanat li jiġu stallati u mħaddma wara dawn li qed jiġu stallati bħalissa? Kemm s'issa ġew stallati, x'inhi l-ispiża għall-istallazzjoni u min qed jagħmel tajjeb għaliha? X'kienu r-riżultati miksuba s'issa minn din is-sistema?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi r-risposta ser tingħata f’seduta oħra.

Belt, Furjana, Kottonera u Imdina — Tindif ta' swar

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 35927 u jgħid kemm-il metru kwadru ta' swar ġie mnaddaf fl-aħħar snin fil-Belt, il-Furjana, l-Kottonera u l-Imdina, sena b'sena, lokalità b'lokalità?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra dokument bl-informazzjoni mitluba. Nixtieq nispjega lill-Onor.Interpellant li xogħol relatat mal-proġett ta’ restawr imur lil hemm min tindif, u jikkonsisti wkoll fi trattament ta’ ġebla, bdil ta’ ġebel u saħansitra tisħiħ struturali ta’ partijiet mis-swar li kienu saħansitra qed jikrollaw minħabba l-istat ħażin li kienu fiħ.

benefiċċju għal single mothers

Question

B'referenza għal single mother li taħdem full-time u għandha iben ta' età minorenni b'diżabilità serja, jista' l-Ministru jgħid x'benefiċċji soċjali hi/huma intitolati għalihom?

Response (SAID, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li s-sinjura li hija single mother u li taħdem full time tista’ tapplika għall-Allowance għat-tfal kif ukoll għall-Allowance tat-tfal b’Diżabilita’ sakemm it-tifel jagħlaq l-erbatax (14) il-sena (fil-każ li jbati minn vista batuta) jew is-sittax (16) il-sena f’każ ta’ diżabilita’ fiżika jew intellettwali. Wara dawn l-etajijiet, minflok allowance tat-Tfal u Allowance għal tfal b’diżabilita’, l-omm tista’ tapplika għal Pensjoni tad-Dizabilita’ f’isem it-tifel. Jista’ jkun ukoll li l-omm tkun intitolata għal Karta r-Roża minħabba d-diżabilita’ tat-tifel, għalkemm dan id-dritt jista’ jkun dipendenti fuq test tal-mezzi.

cancer fit-thyroid — radiotherapy

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex pazjenti fil-cancer fit-thyroid qed jiġi rakkmandat lilhom li r-radiotherapy issirilhom barra minn Malta?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Infurmat li il-kamra lesta u l-appuntamenti għall-kura tar-radioactive therapy diga’ ngħataw, u se jibdew mit-3 ta’ Diċembru 2012. Se nibdew nikkuraw erba’ (4) pazjenti fil-ġimgħa minflok pazjent wieħed fil-ġimgħa, kif kien qabel ma beda x-xogħol. Sakemm kien għaddej ix-xogħol f’din il-kamra, il-pazjenti kienu qed jintbagħtu barra għall-kura u b’hekk is-servizz baqa għaddej.
Leg 11 PQ #38306 Sitting 527 2012-11-26 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

ħatra ta' Kummissarju Ewropew

Question

Jista' l-Prim Ministru bħala l-Kap tal-Gvern Malti jgħid minn dakinhar li tħabbret uffiċjalment mill-Gvern Malti n-nomina tal-Viċi Prim Ministru Malti Tonio Borg għall-ħatra ta' Kummissarju Ewropew sal-lum x'servizzi għamel użu minnhom mingħand is-Sur Richard Cachia Caruana l-Gvern Malti u f'kull każ jgħid xi tħallas l-istess Richard Cachia Caruana, x'sewa fi spejjeż oħra b'mod dettaljat biex jingħataw dawn is-servizzi kemm lokalment kif ukoll barra mill-pajjiż u x'inhu antiċipat li sejra tkun l-ispiża f'dan ir-rigward mil-lum sal-aħħar tas-sena b'mod dettaljat ukoll?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Bormla — Sqas Santa Tereża - tneħħija ta' pajpijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta se jitneħħew il-pajpijiet tal-ilma, suppost temporanji, li hemm fi Sqaq Santa Tereża Bormla, u ilhom hekk xi sentejn?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

talba għall-għajnuna tal-mard

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk persuna li tbati bil-kundizzjoni Wilson Condition, hux intitolata għall-għajnuna tal-mard ?

Response (SAID, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-marda Wilson’s Disease hija mnizzla fl-iskeda ta’ mard kroniku li jintitola persuna għall-Għajnuna Medika. Tajjeb jingħad li sabiex tidher quddiem il-board mediku il-persuna trid tgħaddi mit-test tal-mezzi.

stallazzjoni ta' PVs

Question

Jista' l-Ministru jgħid fiex waslet it-talba, tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, sabiex tistalla PVs fuq il-parti tal-bejt tagħha fuq l-appartamenti tal-gvern?

Response (SAID, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-Awtorità tad-Djar ma rċeviet l-ebda talba fuq stallazzjoni ta’ PVs fuq il-parti tal-bejt ta’ din il-familja.

żieda fil-kera

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni għaliex il-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament rat żieda sostanzjali fil-kera li qed tħallas u dan meta ma kien hemm ebda bidla fil-kundizzjonijiet?

Response (SAID, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li r-revisjoni tal-kera tal-individwu ndikat ġiet maħduma s-sena l-oħra u gholliet minn €215 fis-sena għal €302 fis-sena minhabba li d-dhul tieghu ghas –sena 2010 kien jammonta ghal €13,512 u dak tas-sena 2008 kien jammonta għal €10,968. Għalhekk dan ifisser li l-klijent qiegħed jibbenefika minn sussidju ta’ 30% u huwa qiegħed iħallas kera ta’ €25.17 fix-xahar, jigifieri 83 euro cent kuljum.
Leg 11 PQ #38312 Sitting 527 2012-11-26 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru tal-Intern

ingaġġ ta' pulizija

Question

Peress li kien hemm persuni li meta marru japplikaw għall-vakanzi li kien hemm dan l-aħħar għal pulizija, l-applikazzjoni tagħhom ġiet rifjutat minħabba tpinġija (tattooes), jista' il-Ministru jgħid x'inhu meqjus bħala mhux aċċettabli fejn tidħol tpinġija li jkollha persuna?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat illi fl-aħħar żewġ sejħiet għall-applikazzjonijiet kif pubblikati fil-Gazzetta tal-Gvern kienu jispjegaw ċar u tond illi applikazzjonijiet minn kandidati li jkollhom fuq il-persuna tagħhom tatwaġġi, ma jkunux ikkunsidrati.

Cheque ta' sussidju maħruġ fuq the tenant

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar il-mod ta' kif persuna li rċeviet iċ-cheque tas-sussidju (dak li jintitola żewġ persuni għall-€80 tal-elettriku) li iżda minflokk fuq l-isem tal-persuna kien indirizzat bħala the tenant u meta mar biex isarraf jew jiddepożita l-flus, il-bank qalulu li ma jistax la jsarraf u lanqas jiddepożita l-istess flus għaliex ma kienx fuq ismu, ikun jista' jingħata dak li fl-aħħar mill-aħħar hu tiegħu bħal ta' kull persuna oħra?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta se tingħata f'seduta oħra.

Qrendi — ħatra ta' assistent kap fl-iskola

Question

Tista' l-Ministru tgħid għaliex l-iskola primarja tal-Qrendi qed titħalla mingħajr assistent kap? Meta se jinħatar?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Skont il-ftehim bejn il-Gvern u l-MUT skejjel li għandhom popolazzjoni sa 150 student ma jkollhomx assistent kap ta’ skola. Is-sena l-oħra peress li d-Direttorat seta’ jalloka numru ta’ assistenti kapijiet beda jalloka anke fi skejjel żgħar. Ġara li din is-sena ċirkostanzi partikolari fi skola akbar ġabu sitwazzjoni fejn l-Assistent Kap tal-Qrendi kellu jiġi trasferit. Huwa maħsub li meta jkun hemm sejħa oħra għall-Assistent Kapijiet, id-Direttorat jikkonsidra li jerġa’ jalloka Assistent Kap fil-Qrendi.

Qrendi — tisbiħ fiċ-ċentru tar-riżorsi

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm ittieħdu flus mill-vot tal-iskola primarja tal-Qrendi biex tiġi msebbħa l-iskola (ċentru tar-riżorsi) tal-Qrendi li jinsab fl-istess kumpless tal-bini biex jilqa' fih lill-Prinċep?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Mill-iskola Primarja Qrendi ma ntefaq xejn biex tiġi msebbħa Helen Keller Resource Centre għal vista tal-Prinċep Edward. Iż-żewġ skejjel ħarġu fondi sabiex żebgħu u għamlu l-purtieri tas-sala li hija komuni għaż-żewġ skejjel. Kull skola ħarġet €1800 biex tinxtara ż-żebgħa u l-purtieri.

Qrendi — skola primarja - użu tas-sala

Question

Tista' l-Ministru tgħid x'inhi r-raġuni li l-iskola primarja tal-Qrendi tteħdilha l-użu tas-sala li minbarra għal attivitajiet edukattivi kienet isserviha bħala mezz ta' dħul għax kienet tinkera lill-entitajiet tar-raħal?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-użu tas-sala qatt ma ttieħed lill-iskola Primarja tal-Qrendi. Skont il-kap tal-iskola qatt ma kienet tinkera u qatt ma kien hemm dħul ta’ flus għall-iskola.

Qrendi — skola - dehra diċenti

Question

Tista' l-Ministru tgħid x'inhuma l-bżonnijiet tal-iskola primarja tal-Qrendi f'dak li hu tiġdid ta' purtieri eċċ. biex l-iskola tkun tidher diċenti? Meta se jitwettqu dawn il-bżonnijiet u kemm jiswew u jekk hemmx flus ivvotai għalihom jew diġà ntefaq ħafna mill-vot tas-sena d-dieħla?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Hemm 4 klassijiet li għandhom bżonn purtieri ġodda. Il-purtieri huma skedati li jsiru matul din is-sena skolastika għal stima ta’ 1,600 euro u dawn se jitħallsu meta jsiru.