Legislature:
Category:
Reset
Active:

Kunsill Lokali ta' Victoria Għawdex — quaterly accounts

Question

Jista' l-Ministru jagħti l-figura li biha l-Kunsill Lokali ta' Victoria (Għawdex) għalaq is-sena 2011? Jista' jgħid jekk hux qed isiru l-quaterly accounts?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat li l-Kunsill Lokali tar-Rabat Għawdex għalaq is-sena 2011 b’deficit ta’ €23,600. Infurmat ukoll illi li l-quarterly reports jintbgħatu kull tliet xhur.

Kunsill Lokali ta' San Ġiljan — playing field ta' Ta' Ġorni

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ilu magħluq il-playing field ta' Ta' Ġorni? Jista' jgħid x'wassal għal dan u kemm se jdum il-Kunsill ta' San Ġiljan biex jirrimedja din is-sitwazzjoni?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat li l-bandli konċernat ingħalaq b’deċiżjoni li ħa l-Kunsill Lokali ta’ San Ġiljan fid-29 ta’ Novembru 2011 wara r-rapport tal-MCCAA dwar dan il-bandli. Infurmat ukoll li l-kunsill lokali applika għall-fondi taħt l-iskema ta’ finanzjament għal titjib fil-playing fields eżistenti.

Kawżi li ilhom pendenti aktar minn 50 sena

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 34093, jista' l-Minstru jagħti tagħrif dwar in-numru ta' kawżi li ilhom pendenti għal iktar minn 50 sena?

Response (SAID, CHRISTOPHER)

Qorti Ċivili ta’ Malta: Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li quddiem il-Qrati Ċivili hemm kawza waħda biss li ilha aktar minn ħamsin sena u li kienet saret referenza għaliha fir-risposta għall-mistoqsija parlamentari numru 34093 dik li ilha mis-sena 1931. Qorti Kriminali: Quddiem il-Qrati ta’ Gurisdizzjoni Kriminali m’hemm, ebda kawza li ilha aktar minn 50 sena pendenti. Qorti ta’ Għawdex: B’referenza ghal-mistoqsija parlamentari tal-Onor. Membru jigi sottomess li quddiem il-Qrati ta’ Għawdex hemm kawza wahda biss li ilha aktar minn ħamsin sena pendenti li kienet preżentata fis-sena 1958.

Applikazzjonijiet għal residenza alternattiva

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hu preżentement in-numru ta' applikanti għal residenza alternattiva, madwar Malta u Għawdex? Jista' jagħti tagħrif dwar kif dawn l-applikazzjonijiet huma maqsuma lokalità lokalità?

Response (SAID, CHRISTOPHER)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija murija fit-tabella hawn taħt: Lokalita' Total Attard 15 Bahar ic-Caghaq 02 Balzan 21 Birkirkara 114 Birzebbuga 74 Burmarrad 01 Cospicua 106 Dingli 04 Fgura 62 Floriana 38 Fontana Ghawdex 01 Ghajnsielem 02 Gharghur 06 Ghaxaq 13 G'Mangia 05 Gudja 02 Gzira 76 Hamrun 99 Iklin 04 Kalkara 17 Kercem Ghawdex 01 Kirkop 14 Lija 03 Luqa 20 Marsa 61 Marsalforn Ghawdex 06 Marsaxlokk 09 Mellieha 10 Mgarr 09 Mosta 54 Mqabba 02 Msida 58 Mtarfa 05 Munxar Ghawdex 02 Nadur Ghawdex 01 Naxxar 21 Paceville 01 Paola 74 Pembroke 08 Pieta' 33 Qormi 77 Qrendi 09 Rabat 30 Rabat Ghawdex 12 Safi 14 San Gwann 56 San Lawrenz 01 Senglea 71 Siggiewi 20 Sliema 50 St Julians 37 St Paul's Bay 124 Sta Lucia 23 Sta Venera 29 Swieqi 08 Ta' Xbiex 08 Tarxien 41 Valletta 133 Vittoriosa 31 Wied il-Ghajn 72 Xaghra Ghawdex 03 Xewkija Ghawdex 03 Xghajra 21 Xlendi 02 Zabbar 78 Zebbug 37 Zebbug Ghawdex 02 Zejtun 36 Zurrieq 25 2107

Buġiba u Qawra — tined u umbrellel

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk il-Ministeru, flimkien mal-Ministeru responsabbli mill-Artijiet hux qed jippjana li jkun hemm xi forma ta' deċiżjoni għal dawk li huma tined (jew umbrellel) li jistgħu jintużaw mill-istabilimenti kummerċjali fl-inħawi ta' Buġibba u l-Qawra (u f'postijiet oħra wkoll), biex dawn l-istabilimenti jkunu jistgħu jaqdu aħjar lill-klijenti tagħhom?

Response (DEMARCO, MARIO)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar u tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #34274 Sitting 470 2012-05-09 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Forzi Armati Maltin — persuni li qed jitħarġu

Question

Jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hu n-numru ta' persuni li preżentement qed jitħarrġu biex jingħaqdu mal-Forzi Armati ta' Malta?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li preżentament hemm disa’ uffiċjali kadetti li qegħdin jitħarġu mal-Forzi Armati ta’ Malta sabiex fi tmiem it-taħriġ bażiku tagħhom jiġu kkummissjonati biex iservu bħala uffiċjali fl-istess Forza. Mill-banda l-oħra bħalissa qed isiru l-eżamijiet mediċi ta’ dawk il-ħamsa u tmenin kandidat li għaddew mill-eżami tas-suldati u li huma mistennija jingħaqdu mal-Forzi ta’ Malta hekk kif ir-riżultati mediċi jsiru magħrufa.
Leg 11 PQ #34275 Sitting 470 2012-05-09 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Kummissjoni Elettorali — nuqqas ta' tqassim tal-voti fl-elezzjoni tal-kunsilli lokali

Question

Jista' l-Prim Ministru jagħti tagħrif dwar jekk il-Kummissjoni Elettorali waslitx għal xi konkluzjoni partikulari għal dak li jirrigwarda n-nuqqas ta' tqassim tal-voti fl-elezzjoni tal-kunsilli lokali ta' Marzu li għadda? Jista' jieħu l-passi neċessarji (naturalment fil-limiti li tippermetti l-liġi) biex jiġi assigurat li fil-jiem li dawk li ma jkunx twasslilhom il-vot fir-residenza tagħhom, u jkunu jridu jiġbru l-vot mill-għassa tal-lokal ikollhom ħin adegwat biex jagħmlu dan, peress li huma bosta l-persuni li kellhom diffikultà biex jirċievu/jiġbru l-vot tagħhom?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li l-Kummissjoni Elettorali, wara kull proċess elettorali, tieħu konjizzjoni tat-twettieq tal-proċessi kollha involuti, u għamlet hekk ukoll fl-okkażjoni tal-elezzjonijiet għall-Kunsilli Lokali f’Marzu li għadda, biex, fejn hu meħtieġ u possibli, ikun hemm titjib fil-proċess ta’ attivitajiet simili fil-futur, dejjem fl-ambitu tal-liġijiet elettorali. Fost ħwejjeġ oħra, il-Kummissjoni Elettorali wkoll tagħmel l-almu tagħha biex votanti li ma jkunx tqassmilhom id-dokument għall-votazzjoni fir-residenza tagħhom, anke jekk ma jkun hemm ħadd fir-residenza tagħhom waqt it-tqassim, ikollhom ukoll okkażjoni u jkunu jistgħu jiġbru d-dokument għall-votazzjoni tagħhom mill-Għassa tal-Pulizija tal-lokal.

numru ta' lotto offices

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk hemmx xi restrizzjonijiet dwar in-numru ta' lotto offices li jistgħu jiftħu, f'Malta u f'Għawdex, bħala riżultat tal-ftehim li hemm bejn il-gvern u l-kumpanija li tmexxi l-lottu f'Malta? Jekk iva, x'tip ta' restrizzjonijiet jeżistu f'dan ir-rigward?

Response (FENECH, TONIO)

Ninsab infurmat illi taħt il-liċenza kurrenti, l-operatur jista’ jiftaħ sa massimu ta’ 230 banka tal-lottu. Ir- Restrizzjonijiet li hemm għal ftuħ ta’ banka tal-lottu huma li s-seller irid ikun idoneu u jkollu permess biex jopera banka tal-lottu mogħtija mill-Awtorita’ dwar il-Lotteriji u Logħob. Kull banka tal-lottu ġdida trid tkun ta’ l-anqas 50 metru kwadru.
Leg 11 PQ #34281 Sitting 470 2012-05-09 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Għawdex — proġetti u skemi

Question

Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 33990 u jgħid x’inhuma l-proġetti, l-iskemi, eċċ. għal Għawdex li huma kofinanzjati mill-Unjoni Ewropea għas-snin 2007-2013 u li se jitlestew fl-2012 jew fl-2013? Jista’ jgħid liema minnhom diġà qed jitwettqu? Meta bdew jitwettqu? Meta mistenni li jitlestew dawk li diġà qed jitwettqu u mhux se jkunu lesti fl-2012 jew fl-2013? Meta bdew jitwettqu? Jista’ jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-grant agreement ta’ kull proġett, skema, eċċ.?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Għall-ewwel parti tal-mistoqsija, nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jirreferi għad-dokument li qed inpoġġi fuq il-mejda tal-kamra. Rigward kopji tal-Grant Agreements ta’ kull proġett, ninforma lill-Onorevoli Interpellant li hemm għexieren ta’ proġetti li b’xi mod jolqtu lil Għawdex. Barra minn dawn hemm mijiet ta’ Grant Agreements taħt l-iskemi differenti għall-industrija. Dan ifisser li sabiex isiru kopji fil-kwantita mitluba ta’ dawn id-dokumenti li huma kollha voluminużi, l-Gvern għandu bżonn jiddedika diversi riżorsi li nemmen li jistgħu jintużaw b’mod ħafna aħjar u iktar produttiv. Għalhekk, jekk ma jkollix raġuni suffiċjenti, ma nħossx li jkun sew li nuża dawn ir-riżorsi għal dan il-għan. Fil-każ tal-Grant Agreements tal-iskemi, l-informazzjoni f’dawn id-dokumenti hija wkoll ta’ natura sensittiva għal fini ta’ kummerċ. Ninforma, pero, li l-lista tal-Grant Agreements iffirmati, kompluta u aġġornata, hija pubblika.

skema ta' għajnuna lill-bdiewa

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 33989 u jgħid kemm kien hemm skemi ta’ għajnuna ko-finanzjati mill-Unjoni Ewropea mill-2004 sal-lum għall-bdiewa f’Għawdex għal proġetti ta’ titjib bħalma huma, ġwiebi, bini ta’ ħitan ta’ sejjieħ, irziezet, passaġġi fil-raba, eċċ.? Meta daħlu fis-seħħ dawn l-iskemi u għal liema snin kienu japplikaw? X’ammont ta’ għajnuna ngħatat kull sena taħt kull skema skont in-natura tal-proġett u kemm bdiewa bbenefikaw taħt kull skema ukoll skont in-natura tal-proġett?

Response (PULLICINO, GEORGE)

L-informazzjoni qed tinġabar u t-tweġiba tingħata f’ seduta oħra.
Leg 11 PQ #34283 Sitting 470 2012-05-09 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

returns dwar il-vot kapitali tal-Ministeru

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 33984, peress li l-poplu u r-rappreżentanti tiegħu għandhom dritt ikunu jafu, jiflu u jagħrblu kull flus minfuqa mill-gvern fid-dettal tagħha sal-punt li jkunu huma sodisfatti u mhux il-Ministru li jkun nefaq il-flus tal-poplu li l-flus intefqu sewwa, tista' l-Ministru tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tar-returns bi break down dettaljat tal-ispiża li saret fuq kull item tal-Vot Kapitali tal-Ministeru tagħha li ntbagħtu lill-Budget Office fil-Ministeru tal-Finanzi għal Diċembru 2010, għal Novembru 2011 u għal Diċembru 2011?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant li m'għandi xejn x'inżid mar-risposta li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 33984.

Soil testing holes

Question

B’referenza mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 33614, jista' l-Ministru jgħid meta saru s-soil testing holes mill-Malta Enterprise/Malta Industrial Parks fir-raba li hemm fl-inħawi tal-Madonna tar-Rummiena Għawdex? Jista’ jgħid x’kien ir-riżultat ta’ dan ix-xogħol?

Response (DEMARCO, MARIO)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar u tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

korsijiet għal min irid jaddotta

Question

Peress li hemm diversi koppji jistennew biex jagħmlu l-kors biex ikunu jistgħu jsiru ġenturi adottivi u fil-fatt ġew infurmati li dawn jistgħu jagħmlu l-kors biss f'Jannar tas-sena 2013, jista' l-Ministru jgħid għaliex dan id-dewmien kollu li ċertament mhux aċċettabbli u huwa ta' detriment u skoraggiment għal dawk il-koppji kollha li jixtiequ jaddottaw it-tfal?

Response (SAID, CHRISTOPHER)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-tim tal-adoption fl-Agenzija Appogg hu maghmul minn hames social workers li jsegwu l-process ta’ l-adozzjoni mill-bidu sa l-ahhar, jigifieri miz-zmien ta’ l-applikazzjoni, t-tahrig, home study reports, jressqu kazijiet quddiem il-bord, jassistu fil-process tal-matching fejn jippreparaw id-dokumentazzjoni kollha mehtiega, kif ukoll jhejju r-rapporti wara li ssir l-adozzjoni. Matul is-sena 2012, l-Agenzija Appogg ser tkun ghamlet hames korsijiet ghal genituri adottivi. Il-metodu ta’ kif wiehed jinghata data ghal meta jkun jista’ jaghmel dan il-kors jiddependi minn meta wiehed ikun applika. Dejjem jigi assigurat li meta jibda l-process dan jitkompla bla interruzzjoni. Ghaddejj process biex nassiguraw li jiqsar z-zmien ta’ stennija ghalkemm fl-ahhar xhur dan diga’ tnaqqas konsiderevolment.

Għawdex — Weapons Office - ħlas tal-liċenzja

Question

Peress li fil-Weapons Office ta' Għawdex qed ikun hemm kjus twal biex jitħallsu l-liċenzji peress li l-kotba waslu tard u peress li dan huwa ta' inkonvenjent għall-pubbliku però huwa wkoll stressanti għall-ħaddiema, jista' l-Ministru jara kif din il-problema tiġi indirizzata?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jirreferi għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari numru 33615.

childcare — tnaqqis ta' taxxa

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni/kumpaniji li bbenfikaw minn tnaqqis ta' taxxa in konnessjoni ma' spiża ta' childcare fil-post tax-xogħol skont l-formula RA 13 u jagħti din l-informazzjoni għal Ghawdex u Malta separatament u għal kull sena kemm ilha in vigore din is-sistema?

Response (FENECH, TONIO)

Ninsab infurmat li l-ebda persuna ma bbenefikat minn tnaqqis ta’ taxxa in konnessjoni ma’ spiża ta’ child care fil-post tax-xogħol skont il-formula RA 13. Il-formula RA 13 mhix applikabbli għall-kumpaniji iżda dawn jistgħu jitolbu tnaqqis simili fil-formula TRA69. Però f’dan il-każ ukoll ma kien hemm l-ebda talba għat-tnaqqis simili mis-sena ta’ stima 2011 kemm ilha fis-seħħ din il-miżura.

child care — tnaqqis ta' taxxa

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni/kumpaniji li bbenfikaw minn tnaqqis ta' taxxa in konnessjoni ma' spiża ta' childcare fil-post tax-xogħol skont l-formula RA 12 u jagħti din l-informazzjoni għal Għawdex u Malta separatament u għal kull sena kemm ilha in vigore din is-sistema?

Response (FENECH, TONIO)

Ninsab infurmat li l-formula RA 12 ma tirreferix għal tnaqqis ta’ child care iżda għal tnaqqis mogħtija skont Regoli dwar Tnaqqis għall-Aċċessibilità fuq il-Post tax-Xogħol. Jekk l-Onorevoli Interpellanta kienet qed tirreferi għal dan it-tip ta’ tnaqqis ngħarraf li l-ebda persuna ma bbenefikat minn tnaqqis simili. Il-formula RA 12 mhix applikabbli għall-kumpanniji iżda dawn jistgħu jitolbu tnaqqis ekwivalenti fil-formula TRA70. Però f’dan il-każ ukoll ma kien hemm l-ebda talba għal tnaqqis simili mis-sena ta’ stima 2011 kemm ilha in vigore din il-miżura.

miżati ta' skejjel privati indipendenti — tnaqqis ta' taxxi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni li bbenfikaw minn tnaqqis ta' taxxa in konnessjoni ma' miżati ta' skejjel privati indipendenti u jagħti din l-informazzjoni għal Għawdex u Malta separatament u għal kull sena kemm ilha in vigore din is-sistema? Liema huma dawn l-iskejjel?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

miżati ta' child care — tnaqqis ta' taxxi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni li bbenfikaw minn tnaqqis ta' taxxa in konnessjoni ma' miżati ta' childcare u jagħti din l-informazzjoni għal Għawdex u Malta separatament u għal kull sena kemm ilha in vigore din is-sistema? Liema huma dawn il-faċilitajiet?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Malta u Libja — kwestjoni dwar il-press tat-titjira

Question

Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra għaliex in-nies tax-xogħol Maltin u Għawdxin li jaħdmu fil-Libya, kif ukoll dawk li qed jiżviluppaw xogħol fil-Libja, qed ikollhom iħallsu prezz lill-Air Malta għal titjira ta' 40 minuta minn Malta għal Tripli kważi daqs dak li ċittadini oħra Maltin iħallsu mal-istess Air Malta biex imorru l-Italja jew Brussell meta din hija titjira ta' medja ta' sagħtejn aktar mill-Italja jew Brussell?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi r-risposta ma tistgħax tingħata għaliex hija ta’ natura kumerċjalment sensittiva.

Ministeru tal-Ġustizzja, Konsultazzjoni Pubblika u l-Familja — informazzjoni dwar konsulenti

Question

Jista' l-Ministru jagħti lista ta' konsulenti jew kumpaniji ta' konsulenti, lokali jew barranin, li l-Ministeru tiegħu, inkluż l-enti kollha li jaqgħu taħtu, għamel użu minnhom matul l-2011 ? Fiex kienu jikkonsistu s-servizzi li ngħataw f'kull każ u kemm kienu l-ħlasijiet? Jista' jgħid jekk kull servizz mogħti, ingħatax b’direct order jew le?

Response (SAID, CHRISTOPHER)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li fl-2011 il-Ministeru tal-Ġustizzja l-Konsultazzjoni Pubblika u l-Familja ma kienx jeżisti.