Legislature:
Category:
Reset
Active:

kaċċa — pulizija biex iżommu l-ordni

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm pulizija li ħadmu biex matul l-istaġun tal-kaċċa ta' April 2012 tinżamm l-ordni u l-liġijiet jiġu segwiti?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi l-membri kollha tal-Korp tal-Pulizija li qegħdin stazzjonati fl-Għasses kif ukoll dawk li huma stazzjonati fit-Taqsima tal-A.L.E. ħadmu flimkien sabiex matul l-istaġun tal-kaċċa f’April 2012 tinżamm l-ordni u l-ligijiet tal-kaċċa jiġu segwiti.

pulizija tal-A.L.E li telgħu Għawdex

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il darba pulizija tal-A.L.E. telgħu Għawdex biex jaraw ukoll li hemm tinżamm l-istess ordni u l-kaċċaturi li jkunu Għawdex għall-kaċċa jimxu mar-regoli stabbiliti mil-liġi?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi matul din is-sena l-ispezzjonijiet għall-kaċċa u l-insib illegali saru mill-pulizija stazzjonati Għawdex u li kienu jiġu dettaljati speċifikament għal dan l-iskop.

reviżjoni tal-politika dwar is-sajd

Question

Jista' l-Minsitru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-intervent li għamlet Malta fi ħdan il-konsultazzjonijiet li għaddejjin dwar reviżjoni tal-Poliitka Komuni Ewropea dwar is-Sajd, biex turi li ma taqbilx mal-proposta tal-Kummissjoni favur li l-konċessjonijiet tas-sajd ikunu trasferibbli b’mod obbligatorju? Jista' jpoġġi wkoll id-dokumenti tekniċi li jistgħu jeżistu biex jispjegaw il-pożizzjoni Maltija?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 32685.

San Ġwann — Triq San Ġwann tal-Għargħar - sistema tad-drenaġġ

Question

Jista' l-Minsitru jara jistgħux jittieħdu passi biex il-parti ta’ fuq ta' Triq San Ġwann tal-Għargħar, San Ġwann li tagħti għal Calamatta Gardens tiġi kkonnetjata mad-drenaġġ billi dawn għadhom bis-sistema tal-fossa?

Response (FENECH, TONIO)

Ninsab infurmat illi għalkemm saret proposta biex isir dan ix-xogħol meta kienet qed issir it-triq, ix-xogħol involut huwa proġett kbir li jirrikjedi “regrading” tal-main tad-drenaġġ fit-tul u installazjoni fejn ma hemmx main. Għalhekk, kien ġie deċiż li dan ix-xogħol ma jsirx għalissa. Il-kunsill Lokali talab li x-xogħol fuq din it-triq jitlesta fi żmien qasir, u għaldaqstant tali xogħol ma setgħax isir fl-immedjat.

toroq mingħajr mains tad-drenaġġ

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar liema huma dawk it-toroq fil-lokalitajiet tat-12 id-distrett elettorali li għad m'għandhomx mains tad-drenaġġ/ilma, b'mod permanenti?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi r-risposta se tingħata f’seduta oħra.

San Pawl il-Baħar — toroq li għandhom bżonn it-tarmac

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 32296 partikularment għall-fatt li din it-triq għad m'għandhiex 70% tagħha li hi mibnija, u billi l-bini li hemm f'din it-triq hu kważi kollu mibni mill-Awtorità tad-Djar, jista' l-Ministru jikkordina l-ħidma neċessarja ma' din l-istess awtorità, biex ma nħallux persuni li ngħataw fejn joqogħdu mill-gvern innifsu ma jkunux jistgħu jidħlu f'darhom?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Makkinarju bix jinqara speed fil-bypass ta' San Pawl il-Baħar u tal-Imrieħel

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar x'kienu r-riżultati miksuba mill-makkinarju li ntuża biex jaqra l-ispeed tal-vetturi li jkunu għaddejjin mit-toroq tagħna meta dan il-makkinarju ntuża fil-bypass ta' San Pawl il-Baħar, u f'dik tal-Imrieħel?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li mill-istudju li qed jirreferi għalih l-Onor Interpellant, Transport Malta sabet li l-ispeed cameras inaqqsu l-veloċità medja tal-vetturi u jnaqqsu wkoll in-numru ta vetturi li jsuqu b'veloċità eċċessiva. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra charts bir-riżultati dettaljati.

Nefqa tal-gvern fuq djar privata

Question

B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 33577, jista’ l-Ministru jgħid x’kienet in-nefqa tal-Gvern fuq kull dar privata? Jista’ jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta’ ftehim li hemm bejn il-Gvern u kull dar privata li qed ikun hemm nefqa pubblika fuqha?

Response (CASSAR, JOSEPH)

L-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar. Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #34286 Sitting 471 2012-05-09 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Approvazzjoni tal-Bord għas-servizz ta' għajnuna fid-djar

Question

B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 33585, tista’ l-Ministru tagħti lokalità lokalità f’Għawdex (i) in-numru ta’ anzjani u households li għandhom l-approvazzjoni tal-Bord għas-servizz ta’ għajnuna fid-djar u għadhom ma nagħtawx is-servizz u (ii) n-numru ta’ sigħat ta’ servizz li għandhom approvati?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.

miżati għall-facilitator — tnaqqis ta' taxxi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni li bbenfikaw minn tnaqqis ta' taxxa in konnessjoni ma' miżati għall-facilitators u jagħti din l-informazzjoni għal Għawdex u Malta separatament u għal kull sena kemm ilha in vigore din is-sistema? Liema huma dawn l-iskejjel?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Tnaqqis ta' taxxa in konnessjoni ma' konnessjoni ma' miżati għall-attivitajiet sportivi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni li bbenfikaw minn tnaqqis ta' taxxa in konnessjoni ma' miżati għall-attivitajiet sportivi u jagħti din l-informazzjoni għal Għawdex u Malta separatament u għal kull sena kemm ilha in vigore din is-sistema? Liema huma dawn il-clubs jew attivitajiet sportivi?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Taxxi in konnesjoni ma' miżati ta' residenzi u djar għall-anzjani

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni li bbenfikaw minn tnaqqis ta' taxxa in konnessjoni ma' miżati ta' residenzi u djar għall-anzjani u jagħti din l-informazzjoni għal Għawdex u Malta separatament u għal kull sena kemm ilha in vigore din is-sistema? Liema huma dawn ir-residenzi u djar għall-anzjani?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

tnaqqis ta' taxxa in konnessjoni ma' miżati ta' studji u edukazzjoni terzjarja

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni li bbenfikaw minn tnaqqis ta' taxxa in konnessjoni ma' miżati ta' studju u edukazzjoni terzjarja u jagħti din l-informazzjoni għal Għawdex u Malta separatament u għal kull sena kemm ilha in vigore din is-sistema? Liema huma dawn l-iskejjel?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Tnaqqis ta' Taxxa għall-ħlas ta' manteniment

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni li talbu tnaqqis ta' taxxa għall-ħlas ta' manteniment u jagħti din l-informazzjoni għal Għawdex u Malta separatament u għal kull sena kemm ilha in vigore din is-sistema? Jista' jgħid kemm hu l-ammont globali ta' kull sena ta' tqannis li ntalab għal Għawdex u Malta separatament?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Enemalta — Corporate Services - inġinier

Question

Jista' l-Ministru jgħid xi skala u grad għandu l-inġinier fil-Corporate Service tal-Korporazzjoni Enemalta, li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, li għandu uffiċċju lussuż u modern bis-segretarja, jiffirma l-attendenza tiegħu minflokk jikklokkja, idaħħal il-vettura fil-power station b'parkeġġ riservat għalih u għandu l-faċilità li jidħol u joħroġ mill-istallazzjoni kif jixtieq u li għandu ukoll senior professional executives jirrispondu lejh?

Response (FENECH, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-Inġinier in kwestjoni għandu il-grad ta’ Professional Executive II.

Bormla — San Ġwann t'Għuxa - servizz ta' trasport pubbliku

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk ir-residenti li joqogħdu San Ġwann t'Għuxa f'Bormla jekk hux se jkollhom trasport mill-Belt iktar spiss? Jista' jgħid jekk minn San Ġwann t'Għuxa jkunux jistgħu jaqbdu karozza tal-linja lejn il-pjazza ta' Bormla jew lejn il-Kalkara?

Response (GATT, AUSTIN)

Jien infurmat li mis-27 ta’ Mejju 2012, ir-residenti ta’ San Ġwann t’Għuxa se jkollhom l-istess frekwenza ta’ servizz minn u lejn il-Belt Valletta, jiġifieri servizz ta’ kull 30 minuta. Permezz tar-rotta 2, ir-residenti ta’ dawn l-inħawi se jkollhom konnessjoni mal-pjazza ta’ Bormla. Fir-rigward ta’ konnessjoni minn San Ġwann t’Għuxa għall-Kalkara, wieħed jista’ jaqbad ir-rotta numru 3 bi frekwenza ta’ kull 30 minuta minn Triq Għajn Dwieli.

Ħaż-Żabbar — residenti ta' St. Peter's - servizz ta' trasport pubbliku bħal ta' qabel

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk fir-residenti ta' St. Peter's f'Ħaż-Żabbar jekk hux se jkollhom servizz għall-Belt jew għax-Xgħajra bħalma kellhom qabel ma bdiet ir-riforma tat-trasport?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li mill-iskeda tas-sajf 2012, se jkun ipprovdut servizz bejn il-Qasam St Peter's u x-Xgħajra u l-Belt Valletta.

Sptar Mater Dei — pazjenti fil kurituri

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 33113 u jgħid kemm irriżulta li kien hemm pazjenti li spiċċaw fil-kurituri tas-swali fl-Isptar Mater Dei, kawża li ma kienx hemm kmamar fejn jakkomodawhom matul l-2008, 2009 u 2010 ?

Response (CASSAR, JOSEPH)

L-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar. Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #33516 Sitting 470 2012-05-09 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Ministeru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol

Learning Support Assistants — Diploma Course - ħlas ta' arretrati

Question

Tista' l-Ministru tgħid meta se jiġu maħtura l-learning support assistants fil-gradi tagħhom, dan meta spiċċaw id-Diploma Course f'Diċembru 2011? Tista' tikkonferma li dawn il-ħaddiema se jitħallsu l-arretrati back dated bħalma sar ma' sħabhom fi skejjel tal-knisja?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Il-proċess biex il-learning support assistants li spiċċaw id-Diploma Course f’Diċembru 2011 jinħatru bħala Learning Support Assistants II għadu għaddej. Kif jiġi ppublikat ir-riżultat, u wara li tiġi l-ittra tan-notifika mill-PAHRO (Public Administration Human Resource Office), jibda l-proċess biex jiġu impjegati. Minħabba li dan mhux eżerċizzju ta’ assimilazzjoni, l-paga ta’ learning support assistants li diġà qiegħdin jaħdmu fi skejjel tal-istat tibda tgħodd mid-data tal-approvazzjoni.

Persuni li jbagħtu mill-Fibromyalgia — servizzi mediki

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx xi statistika dwar kemm hawn persuni li jbatu mill-Fibromyalgia u jgħid x'servizzi mediki hemm disponibbli għal dawn il-persuni u jgħid jekk jingħatawx mediċini b'xejn?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Infurmat li l-kundizzjoni tal-Fibromyalgia ħafna drabi tiġi ttratta fil-komunità u ma tirrekjedix li wieħed jiddaħħal l-isptar għad-dijanjosi u/jew it-trattament. Għaldaqstant mill-informazzjoni miġbura permezz tas-sistema tal-Hospital Activity Analysis, in-numru ta’ discharges mill-isptarijiet akuti publiċi li kellhom din id-dijanjosi rreġistrata ammontaw għal 12 f’dawn l-aħħar tlett snin (2009 sa 2011). Dan in-numru bl-ebda mod m’huwa indikattiv tan-numru ta’ nies li jbatu b’din il-kundizzjoni. Il-lista ta’ kundizzjonijet kroniċi ta’ Skeda V ġiet emendata uffiċjalment fis-27 ta’ Marzu 2012 kif ġie stabilit fl-avviż legali 81 tal-2012. Fibromyalgia mhux waħda mill-kundizzjoniet kroniċi li tingħata għajnuna medika b’xejn skond l-Att tas-Sigurta’ Soċjali Kap 318 Artiklu 23.