L-Imġarr — car park tat-terminal - spazji ta' parkeġġ
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm spazji ta’ parkeġġ hemm fil-car park tat-terminal tal-Imġarr? Jista’ jgħid kemm minn dawn l-ispazji huma riservati u għal min huma riservati? Jista’ jagħti din l-informazzjoni bin-numru ta’ spazji riservati?
Response (FENECH, TONIO)
Ninsab infurmat illi fil-parkeġġ tal-Imġarr hemm 141 postijiet tal-vetturi u 6 tal-muturi.
Min dawn:
5 huma riservati għal persuni b'diżabilità.
7 huma riservati għal-Management tal-Gozo Channel u
6 huma mikrija lil
car hire companies
li għandhom facilitajiet ġewwa t-terminal tal-Imġarr.
Readers fl-iskejjel għat-tfal li huma visually impaired
Question
Tista' l-Ministru tgħid kemm hemm readers fl-iskejjel tagħna għat-tfal li huma visually impaired u tgħid f'liema skejjel qegħdin?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Bħalissa hawn 14-il student li għandhom visual impairment li jingħatalhom is-support ta’ persuna bħala reader. Dawn qegħdin fl-iskejjel hawn taħt imsemmija;
§ 2 Birzebbugia Primary
§ 2 Our Lady Immaculate Hamrun
§ 1 St Ignatius College Boys’ Secondary
§ 1 St Ignatius College Girls’ Secondary
§ 1 Xewkija Primary
§ 1 San Gorg Preca College Boys’ Secondary
§ 1 St. Clare College Boys’ Secondary
§ 1 St Joseph Sliema
§ 1 St. Theresa College Boys’ Secondary
§ 1 Theresa Nuzzo Marsa
§ 1 St. Thomas Moore College Boys’ Secondary
§ 1 St. Monica School Gzira.
Tista' l-Ministru tgħid kemm se jdumu ma jsiru l-appelli mid-deċiżjonijiet tal-Istatementing Board biex it-tfal jingħataw learning support assistant?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Deċiżjonijiet mill-Bord tal-Appell jittieħdu regolarment skont il-lista ta’ appelli li għandu quddiemu l-bord. L-aħħar laqgħa tal-bord saret il-Ġimgħa 4 ta’ Mejju 2012 u l-każijiet pendenti qed jiġu diskussi mill-Bord tal-Appell.
Ministeru għall-Kompetizzjoni Ġusta, Negozji Żgħar u Konsumatur — allowances mħallsa lill-Impjegati
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 32872 u jgħid kemm tħallsu subsistence allowances, overseas service allowance, multiple allowances, allowance for wear and tear of clothing, qualification allowances u shift allowances f'din l-aħħar sena lill-impjegati fil-Ministeru jew dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħt il-dekasteru tiegħu?
Response (AZZOPARDI, JASON)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi r-risposta se tingħata f’seduta oħra.
Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — allowances mħallsa lill-impjegati
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 32873 u jgħid kemm tħallsu subsistence allowances, overseas service allowance, multiple allowances, allowance for wear and tear of clothing, qualification allowances u shift allowances f'din l-aħħar sena lill-impjegati fil-Ministeru jew dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħt il-dekasteru tiegħu?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 32873.
Ministeru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali — allowances mħallsa lill-impjegati
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 32874 u jgħid kemm tħallsu subsistence allowances, overseas service allowance, multiple allowances, allowance for wear and tear of clothing, qualification allowances u shift allowances f'din l-aħħar sena lill-impjegati fil-Ministeru jew dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħt il-dekasteru tiegħu?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Filwaqt li ninforma lill-Onorevoli Interpellant li fl-aħħar sena ma kien hemm ebda ħlasijiet għal overseas service allowance imħallsa minn dan il-Ministeru jew dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħtu, ninsab infurmat li l-ħlas ta’ subsistence allowance kien ta’ €232.098.
Rigward l-allowances l-oħra, peress li dawn jitħallsu bħala parti mill-paga, din l-informazzjoni barra li trid tinġabar manwalment u li għadha qed tinġabar, ninfurmah li l-informazzjoni mhix residenti fiżikament f’dan il-Ministeru peress li dan ix-xogħol isir fil-back office ġewwa Għawdex.
Ministeru tas-Saħħa, l-Anzjani u l-Kura fil-Komunità — allowances mħallsa lill-impjegati
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 32878 u jgħid kemm tħallsu subsistence allowances, overseas service allowance, multiple allowances, allowance for wear and tear of clothing, qualification allowances u shift allowances f'din l-aħħar sena lill-impjegati fil-Ministeru jew dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħt il-dekasteru tiegħu?
Response (CASSAR, JOSEPH)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid x'ġara mill-pjanijiet għall-espansjoni ta' SR Technics? Jista' jgħid jekk hux bi ħsiebu li jżomm il-ftehim li għandu mal-Malta International Airport għal kiri tal-art li fuqha kellha tkun ibbażata SR Technics?
Response (FENECH, TONIO)
Ninsab infurmat illi l-SR Technics qed tesplora l-potenzjal ta' espansjoni ġewwa Safi Aviation Park minn fejn din il-kumpannija diġa' qed tiġġestixxi l-operat tagħha. Dan minħabba l-infrastruttura avvanzata illi diġa' teżisti ġewwa dan il-park ta' l-avjazzjoni u anki minħabba titjib infrastrutturali ieħor illi ser jibda' jitwettaq fix-xhur li ġejjin. Naturalment, il-kirja illi għandha l-Malta Industrial Parks Ltd mingħand l-MIA hija direttament marbuta ma' l-iżvilupp ta' l-SRT ġewwa Park 4.
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Barracks tal-Qawra humiex proprjetà tal-Gvern Ċentrali? Jekk iva, taħt liema Ministeru, Dipartiment jew Awtorità jaqgħu? Hemm xi kuntratti jew obligazzjonijiet pendenti?
Response (AZZOPARDI, JASON)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li jekk qed issir referenza għal dawk il-binjiet tal-eks-servizzi Ingliżi li jinstabu ħdejn is-Salini, dawn jaqaw taħt ir-responsabbiltà tad-Dipartiment tal-Proprjetà tal-Gvern u huma kollha mikrijin. M'hemm l-ebda każ ta’ kirja li huwa pendenti.
Jista' l-Ministru jinforma jekk ġewx esperti barranin fl-oqsma tal-biedja u sajd matul dawn l-aħħar erba' snin, sena b'sena? Jekk fl-affermattiv, f'liema oqsma? Min kienu? X'rapporti kummissjonaw? Jekk fin-negattiv, għaliex ma kienx hemm il-ħtieġa li jiġu esperti?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tweġiba tingħata f'seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid għaliex ikel tal-klieb bħal ma huwa Royal Canin u Science Plan mhumiex disponibbli għal bejgħ f'pet shops? Minn liema liġi jew regolament joħroġ dan id-divjet?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Nistieden lill-Onorevoli Interpellant iressaq din il-Mistoqsija Parlamentari lill-Onorevoli Ministru Kompetizzjoni Ġusta, Negozji Żgħar u l-Konsumatur hu responsabbli mill-Kompetizzjoni u Affarijiet tal-Konsumatur
Impjant tat-tisfija tad-drenaġġ Ta' Barkat — ilmenti dwar l-operat
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk irċeviex ilmenti dwar l-operat tal-impjant tat-tisfija tad-drenaġġ Ta' Barkat fir-rigward ta' irwejjaħ u ħsejjes iġġenerati mill-istess impjant? Jista' jispjega għaliex mhux it-tankijiet kollha tal-istess impjant għandhom għatu?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Nistieden lill-Onorevoli Interpellant iressaq din il-Mistoqsija Parlamentari lill-Onorevoli Ministru tal-Finanzi, Ekonomija u Investiment li hu responsabbli mill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma.
Impjant tat-tisfija tad-drenaġġ Ta' Barkat — ilmenti dwar l-operat
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk irċeview ilmenti dwar l-operat tal-impjant tat-tisfija tad-drenaġġ Ta' Barkat fir-rigward ta' irwejjaħ u ħsejjes iġġenerati mill-istess impjant? Jista' jispjega għaliex mhux it-tankijiet kollha tal-istess impjant għandhom għatu?
Response (DEMARCO, MARIO)
Il-Ministru ikkonferma mal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma (KSI) li irċevew ilmenti dwar irwejjaħ li allegatament qed joriġinaw mill-impjant f’ Ta’ Barkat. Ma ġew imressqa l-ebda ilmenti dwar ħsejjes lill-KSI jew għand il-Ministeru għat-Turiżmu, l-Ambjent u l-Kultura.
Il-Ministru infurmat wkoll li l-KSI qegħda f’kuntatt kontinwu mall-Kunsill Lokali tax-Xgħajra biex tidentifika aħjar, l-oriġini ta’ dawn l-irwejjaħ. Il-KSI stqarrew li diġa bdew jittieħdu miżuri biex jitnaqqas l-inkonvenjent tal-irwejjaħ matul it-trasport. Fil-frattemp il-KSI qegħda tevalwa xi miżuri li jistgħu jittieħdu sabiex dawn l-irwejjaħ jiġu ikkontrollati aħjar fuq l-impjant u fl-iqsar żmien possibli. Il-MEPA ukoll se tevalwa il-proposti tal-KSI biex dawn jiġu implimentati bħala parti mill-obbligi tal-permess ambjentali li qed jiġi ipproċessat.
Il-Ministru nfurmat mill-KSI li mhux it-tankijiet kollha huma mgħottija minħabba il-fatt li mhux kull struttura tal-impjant (u il-process rispettiv li tħaddan) għanda il-potenzjal li tiġġenera irwejjaħ. Bħala parti mill-permess ambjentali, il-MEPA se tkun qed tevalwa liema proċessi jistgħu jwasslu għal irwejjaħ u tniedi l-aħjar miżuri biex dawn jitnaqqsu.
Santa Venera — Triq il-Kanun - problema ta' parkeġġ
Question
Jista' l-Ministru jara li mill-inqas parti minn Triq il-Kanun f'Santa Venera ssir b'parking għal ħin limitat biex titaffa l-problema maħluqa minn karozzi pparkjati minn dealers li qed jagħmluha problematika ħafna biex residenti u persuni oħra jsibu parking?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li dealers tal-karozzi huma pprojbiti mil-liġi li jipparkjaw fit-triq karozzi għal skop ta' negozju.
Jista' l-Ministru jagħti breakdown kemm ħalsu taxxa tal-VAT f'ċifra ta' flus globali l-kunsilli lokali kollha matul dawn l-aħħar ħames snin sena b'sena?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-kunsilli lokali m’għandhomx obbligu li jirreġistraw għall-VAT u għaldaqstant mhumiex obbligati li jiċċarġjaw u jiġbru VAT sakemm dan ma jkunx marbut ma’ attività ekonomika kif preskritt fil-liġi tal-VAT.
Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma — Żejtun - Triq San Girgor - problema ta' ilma
Question
Jista' l-Ministru jara li ħsara li ilha magħrufa mal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma fi Triq San Girgor kantuniera ma' Triq San Piju X ż-Żejtun quddiem ħanut tal-fjuri tiġi solvuta minħabba li l-ilma qed joħroġ minn taħt it-triq?
Response (FENECH, TONIO)
Ninsab infurmat illi minn investigazzjoni li għamlet il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma, leakage ta’ ilma ma kienx hemm. Kien hemm suspett ta’ ħsara taħt it-triq li ġiet imsewwija, din ma kinitx qed taffettwa l-ebda residenza.
Jista' l-Ministru jara l-każ tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, li ilu aktar minn xahar u nofs li applika għall-Skema V imma s'issa għadu ma rċieva xejn?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li ġie kkuntatjat l-uffiċjal fl-isptar Mater Dei fejn ġejna nfurmati li l-applikazzjoni tal-pazjent imsemmi ntbagħtet lill-uffiċju tal-kartuna s-safra, llum 9 ta’, Mejju. Il-pazjent imsemmi ġie kkuntatjat u mgħarraf li se nikkuntajawh kif nirċievu l-applikazzjoni sabiex ikun jista’ jiġi jiġbor il-kartuna s-safra tiegħu.
Jista' l-Ministru jara l-każ tal-anzjan li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, li applika biex jidħol fir-Residenza San Vinċenż de Paul peress li hemm problemi finanzjarji u ma jistax jibqa' jgħix ġo dar tal-anzjani privata?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li l-persuna li qed jirreferi għaliha l-Onor. Interpellant kien ġie approvat mill-Bord tal-Ammissjoni sabiex jidħol fir-Residenza ta’ San Vinċenz de Paul, nhar il-5 ta’ Jannar 2012. B’hekk il-kaz ġie mqiegħed fil-lista ta’ stennija.