Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm pulizija neqsina fid-distretti tal-pulizija t'Għawdex fl-1 ta' Mejju 2012? Kemm minn dawn il-pulizija neqsin huma nisa? Kemm minn dawn il-pulizija huma rġiel? F'liema gradi huma dawn il-pulizija neqsin?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi l-complement fid-Distretti u Taqsimiet fil-Korp tal-Pulizija jinbidel minn żmien għal żmien skont l-esiġenzi u l-ħilijiet in ġenerali tal-Korp.
Jista' l-Ministru jinforma lil din il-Kamra f'liema stadju waslet l-Akkademija l-Ġdida tal-Pulizija f'Ta' Kandja?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi ix-xoghol tal-kostruzzjoni tal-Akkademja tal-Pulizija l-ġdida ġewwa Ta’ Kandja miexi kif ippjanat. Fil-fatt ninsab infurmat ukoll illi x-xogħol tal-kostruzzjoni tal-ġibjun tlesta, filwaqt li fil-bidu ta’ dan ix-xahar għalaq iż-żmien għat-tfiegħ tat-tender għall-kostruzzjoni tal-blokk li jkopri l-uffiċċji tal-amministrazzjoni u l-lecture rooms. Infurmat ukoll illi qiegħed ukoll ikun ippreparat it-tender tax-xogħlijiet infrastrutturali.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm persuni taħt diversi Ordnijiet ta' Superviżjoni li qegħdin jiġu segwiti minn uffiċjali tal-probation fid-Dipartiment tal-Probation u l-Parole? Kemm minn dawn huma taħt ordni tal-probation? Kemm minn dawn huma taħt sentenza sospiża bis-superviżjoni? Kemm minn dawn huma taħt Ordni ta' Superviżjoni Proviżorja?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi l-ammont ta’ persuni taħt diversi Ordnijiet ta' Superviżjoni li qegħdin jiġu segwiti minn Uffiċjali tal-Probation fid-Dipartiment tal-Probation u l-Parole huwa ta’ 814. Dawn huma mqassmin kif ġej :
613 taħt ordni tal-
probation
136 taħt sentenza sospiża bis-superviżjoni
65 taħt Ordni ta' Superviżjoni Proviżorja.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew segwiti persuni taħt sentenza ta' Comunity Service Orders u/jew Combination Orders sena b'sena minn meta ġiet introdotta din is-sezzjoni fis-sena 2003?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi n-numru persuni taħt sentenza ta' Comunity Service Order u/jew Combination Order sena b'sena minn meta ġiet introdotta din is-sezzjoni fis-sena 2003 huwa kif ġej:
Sena
Community Combination
Service Order Order
2003 0 0
2004 3 6
2005 6 0
2006 3 0
2007 1 2
2008 4 4
2009 2 6
2010 7 8
2011 4 8
2012 2 2
Total s’issa 32 36
Priġunieri fil-ħabs — preparazzjoni qabel jingħataw il-parole
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il programm ġie maħsub sabiex il-priġunieri fil-ħabs jiġu ppreparati qabel ma jingħataw il-parole? Ta' liema natura huma dawn il-programmi?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat li l-Faċilita' topera tlett programmi ta’ rijabilitazzjoni kontra l-vizzju tad-droga, tnejn minnhom isiru b’ko-ordinazzjoni mal-Caritas u s-Sedqa. Il-programm l-ieħor, li jinżamm fis-SATU jitmexxa mill-Faċilita' Korrettiva nnifisha. Barra minn hekk qed isiru diversi programmi edukattivi ta’ natura akkademiċi kif ukoll vokazzjonali, sabiex tipprepara l-priġunieri sabiex jkunu jistgħu jinfilzaw ruħhom fid-dinja tax-xogħol u jerġgħu jintegraw ruħhom fis-socjeta'. F’dan ir-rigward qed tilgħab rwol ewlieni l-iskola tal-Faċilita', iżda hemm ukoll kontribut sostanzjali li qed jingħata minn diversi istituzzjonijiet speċjalizzati f’dan il-qasam, fosthom, l-ETC, l-MCAST, l-Universita' u l-ITS. Apparti l-aspett edukattiv, qed jiġu nkorraġġiti inizjattivi fejn il-priġunieri jipparteċipaw f’attivatijiet fil-pubbliku. Għalhekk, qed isiru attivitajiet bi sfond soċjali u kulturali biex jgħinu fl-iżvillupp tal-karattru u l-persuna, u huma kruċjali biex priġunieri jingħataw l-opportunita' jkabbru s-self esteem tagħhom. Eżempji tipiċi ta’ dawn l-inizjattivi rajnihom riflessi fil-preżentazzjoni li ttellgħet b’għajnuna ta’ esperti barranin ‘When You Hear My Voice’, kif ukoll l-attivatijiet marbuta mal-Ġimgħa Mqaddsa li wkoll ħallew impressjoni tajba. Il-ħsieb hu li dawn kollha jibqgħu jiġu aktar intensifikati.
B'referenza għall-mistqosija parlamentari 34031 fejn intalbu aktar dettalji dwar il-każ, jista' l-Ministru jgħid x'azzjoni ttieħdet fuq l-ilment rigward Housing Estate li sar aktar minn tliet snin ilu u li r-referenza dwaru qed jintbagħtu separatament?
Response (SAID, CHRISTOPHER)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant sabiex jagħti iktar informazzjoni kif ukoll jehmeż r-rapport li qiegħed jagħmel referenza għalih, sabiex tkun tista' tiġi mwieġba din il-mistoqsija.
Jista' l-Ministru jgħid meta se jinħareġ iċ-children allowance ta' tliet ulied min tal-konjugi li d-dettalji tagħhom qed jingħataw separatament?
Response (SAID, CHRISTOPHER)
L-Onorevoli Interpellant huwa mitlub jinforma l-persuna ndikata minnu biex tavviċina l-Uffiċċjal inkarigat mill-Uffiċċju Distrettwali tad-Dipartiment tas-Sigurta` Soċjali tal-Belt jew raħal tagħha.
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-persuni li d-dettalji dwarhom qed jintbagħtu separatament, humiex eleġibbli sabiex jibbenefikaw minn sussidju fuq il-kera li huma jħallsu lis-sid tar-residenza fejn jabitaw?
Response (SAID, CHRISTOPHER)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-persuni msemmija kienu diġà bbenefikaw minn skema maħruġa mid-Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali biex isiru sidien ta’ darhom. Għalhekk, huma ma jistgħux jerġgħu jibbenefikaw minn sussidju fuq il-kera.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma l-proġetti li għandu l-gvern għal bypass li se tgħaddi minn ġewwa r-raħal tal-Iklin? Huma minnu li qabel l-Elezzjonijiet Lokali tal-2012 ingħatat lura plot ta' art lis-sidien u li qabel kienet maħsuba għall-istess proġett?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jagħti dettalji dwar il-kirja tas-Saluting Battery fil-Belt? Jista' jgħid kif intagħżlet il-kumpanija li għandha dritt esklussivli tagħmel tiġijiet u funzjonijiet oħra f'dan il-post u kemm qiegħed idaħħal il-gvern mill-flus li jitħallsu għal dawn l-attivitajiet?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Filwaqt li ninforma lill-Onorevoli Interpellant li s-Saluting Battery fil-Belt kienet mgħoddija lill-Fundazzjoni Wirt Artna permezz ta’ Att Nutarili fis-26 ta’ Jannar 2009, nistieden lill-Onorevoli Interpellant iressaq din il-Mistoqsija Parlamentari lill-Onorevoli Ministru għat-Turiżmu, l-Ambjent u l-Kultura
Belt — kiri tal-Ġnien ta' Hastings u l-Barrakka t'isfel
Question
Jista' l-Ministru jagħti dettalji tal-kirjiet li jeżistu fir-rigward tal-Ġnien ta' Hastings u l-Barrakka t'isfel fil-Belt? Jista' jgħid kif intagħżlu l-kumpaniji li għandhom dritt esklussiv li jagħmlu tiġijiet u funzjonijiet oħra f'dawn il-postijiet u kemm qed idaħħal il-gvern mill-flus li jitħallsu għal dawn l-attivitajiet?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Ġnien ta' Hastings huwa amministrat mill-Kunsill Lokali tal-Belt u għaldaqstant nistiedenu biex iressaq il-mistoqsija tiegħu lill-Onorevoli Ministru tal-Intern u Affarijiet Parlamentari.
Rigward il-Barrakka t'isfel ninfurmah li ebda kumpanija m’ghanda dritt esklussiv għall-użu tal-Barakka t’Isfel. Kull min jixtieq jikri dan il-ġnien għal xi attività, jista’ japplika mal-MELP għall-użu tal-gnien. Jekk il-ġnien ikun vakanti u available allura il-kirja tkun approvata. Il-applikant jista’ imbgħad iqabbad lil min irid għall-armar, catering, mużika, etc. Il-kontribuzzjonijiet mogħtija jibqgħu jintużaw biss għaż-żamma u għat-titjib fil-istess ġonna. Ir-kontribuzzjoni tvarja skond x’tip ta’ attività ser isir, kemm ser ikun hemm nies mistiedna, hix attività privata jew miftuħa għall-pubbliku, u jekk il-kerrej hux kumpanija li taħdem bi qliegħ jew entità tal-gvern jew NGO.
Jista' l-Ministru jgħid:
a) xi ftehim intlaħaq mas-soċjetà li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament bejn il-gvern u/jew l-Malta Enterprise sabiex joperaw ġewwa Malta;
b) x'inhuma l-obbligazzjonijiet u kontribuzzjonijiet ta' din is-soċjetà;
ċ) għal kemm żmien u x'inhuma l-prezzijiet tal-kirja minn fejn qed joperaw;
d) kemm għandhom impjegati lokalment; u
e) sar xi tip ta' assessment fuq l-impatt ta' din is-soċjetà fuq in-negozji li joperaw u li ilhom joperaw lokalment?
Response (FENECH, TONIO)
Ninsab infurmat illi l-proġett propost mis-soċjetà riferita mill-Onor. Interpellant ġie approvat mill-Bord tal-Malta Enterprise fil-11 ta’ Jannar 2011 u ingħata spazju ġewwa l-Business Incubation Centre ta’ Kordin għal 3 snin. Il-‘Letter of Intent’, għal dan il-proġett inħarġet fi Frar tal-2011.
Ninsab infurmat ukoll illi fost affarijiet oħrajn, il-kumpanija hija marbuta li tuża l-ispazju allokat għall-manutenzjoni ta’ elettroniċi tal-baħar ta’ bastimenti kummerċjali kif ukoll li timpjega 4 persuni fi żmien 3 snin. Skont l-aħħar records tal-ETC, il-kumpanija kienet qed timpjega 5 persuni f’Marzu 2012. Ir-rata tal-kera applikabbli hija ta’ €70 għal kull metru kwadru.
Peress li l-kumpanija hija ta’ daqs mikro, ma sar l-ebda assessment fuq l-impatti ta’ din is-soċjetà.
Jista' l-Ministru jikkonferma jekk it-triq ġdida taċ-Ċirkewwa tiffurmax parti mit-Ten T Network? Jekk fl-affermattiv, jista' jgħid x'inhi r-raġuni għala din it-triq mhux tinbena skont l-istandards rikjesti b'żewġ lanes fuq kull naħa? Ma jaħsibx li jekk f'din it-triq li hija tant traffikuża b'vetturi kbar u jkun hemm inċident fuq single lane, tista' tinqala konġestjoni kbira u li twassal għat-telf tat-tluq tal-Gozo Ferry?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li t-triq taċ-Ċirkewwa tifforma parti mit-TEN-T Network u li ma hemmx standard li minħabba din il-kwalifikazzjoni t-triq irid ikollha awtomatikament żewġ lanes fuq kull naħa. In-numru ta’ lanes li jkun hemm bżonn fi triq jiġi deċiż skont il-fattur tal-volum tat-traffiku fost l-oħrajn. Rigward tal-osservazzjoni tal-Onorevoli Interpellant, mid-disinji ta’ din it-triq huwa nnutat illi l-wisa’ tal-karreġġjati f’din it-triq (direzzjoni lejn it-terminal) hija ta’:
a) bejn il-Palazz tal-Marfa u t-terminal tac-Cirkewwa:
7.4 metri fil-maġġoranza tagħha u ċioe 4.2 metri tal-
lane
għall-vetturi u 3.2 metri tax-
shoulder
.
b) bejn in-Niċċa tal-Madonna u l-Palazz l-Aħmar:
4.2 metri fil-maġġoranza tagħha tal-
lane
għall-vetturi u 1.5 metru ta’
cycle pat
h li jagħmlu total ta’ 5.7 metri.
Filwaqt li wieħed ma jistax jippjana għal kull dinamika ta’ inċident, din il-wisa’ tnaqqas ir-riskju li jkun hemm għeluq totali tal-karreġġjata fil-każ li jkun hemm inċidenti fit-triq in kwistjoni. Ta’ min wieħed isemmi wkoll illi is-
central barrier
li kienet implimentata f’dan il-proġett saret biex tiġi mtejba s-sigurta’ tax-xufiera li jużaw din it-triq, u din is-sigurta’ għandha dejjem tieħu l-priorita fid-disinn.
Jista' l-Ministru, permezz ta' Transport Malta, jipprova jikkordina mal-operatur tal-Arriva, biex waqt li l-karozzi jkunu qed jistennew fil-vened tagħhom, ma jħallux il-magni tagħhom mixugħlin, b'mod partikulari fis-siegħat bikrin ta' filgħodu u tard filgħaxija, (per eżempju qabel is-7.00 ta' filghodu u wara l-10 ta' bil-lejl, jew xi ħin ieħor sodisfaċenti), għaliex dan qed ikun ta' inkonvenjenza kbira għal dawk li joqogħdu fl-inħawi tal-istess vened? Jista' b'mod partikulari jara li din is-sistema tiġi ntrodotta fil-venda ta' Buġibba/Qawra?
Response (GATT, AUSTIN)
Jien infurmat li l-operatur adotta proċedura li karozzi tal-linja ma jinżammux mixgħula meta tkun wieqfa għal aktar minn erba’ minuti.
Infurmat ukoll li madwar 80% tal-flotta għandhom sistema fejn il-makna tal-vettura tintefa awtomatikament meta vettura tkun wieqfa għal aktar minn erba` minuti.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar x'inhuma l-standards li jridu jiġu segwiti meta jkunu se jsiru ż-zebra crossings? Jista' jagħti tagħrif dwar fejn għandhom jitpoġġew is-sinjali (zigzag signs li jkun hemm fl-inħawi tal-istess zebra crossing)? Jista' jagħti tagħrif dwar jekk dawn is-sinjali humiex obbligatorji għal kull crossing ?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li t-tabelli u sinjali ta' zebra crossing għandhom ikunu skont l-istandards Ewropej hekk kif stabbiliti fil-Leġislazzjoni Sussidjarja 499.57. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra dokument maħruġ minn Transport Malta li juri l-bażi ta' dawn l-istandards u li juru fejn għandhom jitpoġġew il-marki taż-zig zag. Dawn it-tabelli u sinjali huma obbligatorji għal kull zebra crossing.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar liema kienu t-toroq arterjali li kienu approvati biex isiru bħala parti mit-Ten T's, l-ewwel darba li dawn kienu approvati? X'bidliet saru minn dawn l-ewwel programm sal-lum? X'inhi r-raġuni għaliex dawn il-bidliet daħlu fis-seħħ?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar liema huma l-proġetti li huma mistennija li jitlestew matul din is-sena fl-inħawi ta' Kennedy Grove u s-Salina, fl-inħawi ta' San Pawl il-Baħar?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Il-proġett ghar-riabilitazzjoni tas-Salini inbeda u dan għandu jitlesta sa Settembru 2013. Bħalissa ix-xogħol għaddej b'ritmu mgħaġġel u qed isir ir-restawr tax-Ximenes Redoubt, ir-restawr tal-ħitan madwar is-salini u dalwaqt jinbeda il-bini tat-tinet tal-injam simili ta dawk li kien hemm f' qagħda ħażina ħafna ftit ta żmien ilu.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk il-pulizija b'xi mod investigatx ir-rapporti li kien hemm riċentament fil-gazzetti Maltin u cioè li l-Coast Road minn San Ġiljan sa San Pawl il-Baħar qed tiġi użata għal tlielaq tal-karozzi?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi l-Pulizija qed tinvestiga r-rapport imsemmi mill-Onorevoli Interpellant u anke ser issaħħaħ il-preżenza tagħha fit-triq imsemmija.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk il-pulizija għandiex rapporti formali tas-sewqan esaġerat li allegatament qed isir fid-dawra tal-Qawra? Jekk iva, kemm saru rapporti formali dwar dan u meta?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi mir-records disponibbli ma jirriżultax li saru xi rapporti lill-Pulizija dwar sewqan esaġerat fid-dawra tal-Qawra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm se tħallas kera l-Airmalta għal ħames snin li se tkun qiegħda tikri uffiċini mingħand Skyparks? Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-ftehim tal-kera bejn l-Airmalta u Skyparks?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor Interpellant illi r-risposta ma tistgħax tingħata għaliex hija ta’ natura kumerċjalment sensittiva.