Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 38114 u 37869 u jgħid kemm kien stmat li kellu jiġi jiswa x-shelter taż-żwiemel fil-Valletta Waterfront? Kemm fil-fatt ġie jiswa?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 38115 u jgħid kif fil-pjanta tas-Sliema Bus Interchange ġie inkorporat post għal żewġ kiosks meta l-istess kiosks huma illegali u saħansitra ġew rifjutati mill-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar?
Response (GATT, AUSTIN)
Mhux minnu li l-interchange in kwistjoni jinkludi post għal żewġ kiosks. Jien infurmat li Transport Malta inkludiet fid-disinn żewġ parking bays li jkunu jistgħu jintużaw minn hawkers liċenzjati. Huwa ovvju li jekk dawn ma tinħarġilhomx liċenzja mill-awtorità kompetenti l-parking bays ma jkunux jistgħu jintużaw.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 38102, 37882, 37619, 37382, 36680, 36308, 36223, 35975 u 35823 u jgħid ta' min hi l-art li bħalissa l-Korporazzjoni Enemalta qed tuża għall-Gas Division fil-Qajjenza, limiti ta' Birżebbuġa?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi r-risposta se tingħata f’seduta oħra.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 38101, 37880, 37616, 37125 u 36604 li oriġinarjament saret lill-Ministru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali u issa ġiet riferuta lilu u jgħid jekk hux il-prattika li l-Awtorità għar-Riżorsi ta' Malta tikkonsulta mad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili qabel ma jinħarġu permessi għat-tankijiet tal-gass li jintradmu fil-front gardens tar-residenzi peress li dawk jistgħu jkunu ta' periklu kbir għal ġirien kif ukoll għall-persuni li jkunu mixjin fil-viċinanza?
Response (MARCO, MARIO DE)
L-informazzjoni għadha qed tinġabar u tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
residential rates għall-ċittadini mill-pajjiżi Ewropej
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 38161 u 37570 u jgħid jekk il-gvern hux se jonora dak li qiegħed jingħad fl-ittra li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament u partikolarment dak mistqarr li in so far as all EU citazens resident in Malta may indeed qualify for the residential rate without any discrimination on the basis of nationality' fil-verità qiegħed jiġi attwat?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li r-risposta se tingħata f'seduta oħra.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 37632 u jikkonferma jekk l-ex Direttur għal Corporate Services, li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament tal-Awtorità ta' Malta tal-Ambjent u l-Ippjanar kienx ħallas lura l-flus tal-allowance tal-karozza li kien ħa żejda?
Response (MARCO, MARIO DE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-ħlas lura lill-awtorità għadu ma sarx. L-awtorità ppreżentat ittra uffiċċjali fil-qorti permezz ta’ liema ntalab il-ħlas. Qed isiru wkoll diskussjonijiet permezz tal-avukati.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 37748 u jara l-każ tal-anzjana li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, li neħħiet l-arloġġ tad-dawl imma xorta għadha qed tirċievi l-kontijiet?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li r-risposta se tingħata f'seduta oħra.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 37745 li oriġinarjament saret lill-Ministru tal-Ġustizzja, Konsultazzjoni Pubblika u l-Familja u issa ġiet riferuta lilu u jara x'ġara mill-applikazzjoni tas-sussidju tal-kera tat-telefon ta' koppja anzjana li d-dettalji dwarha qed jidhru separatamet li minkejja li ilha li applikat tliet xhur għadha bla sussidju?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li fil-każ li qiegħed jirreferi għalih l-Onor. Interpellant, jirriżulta li kemm skont ir-records fiċ-Ċentru Servizz Anzjan, Valletta, kif ukoll skont ir-records ta` GO plc, l-applikazzjoni ta` din il-koppja qatt ma daħlet fid-Dipartiment.
Sussegwentament meta din il-koppja ġew ikkuntattjati, irriżulta li huma minn naħa tagħhom lanqas ma rċievew
aknowledgement
li normalment jintbgħatu lil kull applikant ġdid. Meta mitluba tagħti l-informazzjoni jekk tafx fejn bgħatet l-istess applikazzjoni għat-
Telephone Rebate Service,
il-persuna qaltilna li ma tafx lil min u fejn bgħatuha.
Ħaż-Żabbar — Triq Patri Felicjan Grech - tiswija tat-triq
Question
Jista’ l-Ministru jgħid meta se ssir Triq Patri Felicjan Grech (area ta’ St. Peter) ġewwa Ħaż-Żabbar meta din suppost saret diġà skont ma kien intqal lir-residenti tal-istess triq?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 37309 u jgħid għaliex Transport Malta għadha ma ħaditx azzjoni dwar il-periklu li hemm fit-trejqa fl-area magħrufa bħala ta' Parak fil-limiti tas-Siġġiewi, liema trejqa saritilha ħsarat kbar bil-maltemp ta' dan l-aħħar, iżda aktar u aktar minħabba vettura li waqqgħet il-ħajt li jżomm din l-istess trejqa u li minkejja li residenti ġibdu l-attenzjoni tal-kunsill lokali, l-istess uffiċjali tal-kunsill lokali tas-Siġġiewi, infurmaw lil dawn ir-residenti li hija Transport Malta, fir-responsabilità li tieħu l-azzjoni għat-tiswijiet urġenti li jinħtieġu jsiru?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 37319, jista' l-Prim Ministru jgħid għaliex, filwaqt li l-kunsill lokali infurmah li lir-residenti ta' din l-area, għarrafhom ukoll li se jkun qiegħed jikkomunika direttament magħhom biex iżommhom infurmati dwar l-iżviluppi rigward il-ħsara fiż-żona, sal-lum, kważi xahar wara, il-kunsill lokali ma għamel l-ebda kommunikazzjoni ma' dawn ir-residenti, minkejja l-periklu li t-trejqa tinsab fih u wkoll id-diffikultà li hemm għal dawn ir-residenti biex jgħaddu minn din l-istess trejqa? Jista' jgħid fiex wasal il-kunsill lokali f'dak li wiegħed li se jagħmel sabiex din it-trejqa perikoluża tissewwa?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Jien infurmat illi Il-Kunsill Lokali tas-Siġġiewi qed jistenna r-rapport tal-Perit li mistenni jippreżentaħ lill-Kunsill f’dawn il-jiem. Il-Kunsill diġa` ikkomunika dan mal-familja residenti f’din it-trejqa.
Peress li saru ilmenti li ċ-ċimiterju tan-Nadur mhux aċċessibbli għal persuni b'diżabiltà għaliex m'hemmx rampa, tista' l-Ministru tara li jiġi garantit dan l-aċċess?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata illi hemm aċċessibilità għall-persuni b'diżabilità biex jidħlu ġewwa ċ-ċimiterju tan-Nadur min-naħa ta' Triq Dun K. Zimech.
Tista' l-Ministru tgħid x'investiment għamel il-gvern fin-Napro Clinic fl-Isptar Ġenerali ta' Għawdex? Kemm hemm staff li qed imexxi l-klinika Napro u xi grad u rwol għandhom fit-tmexxija ta' din il-klinika? Kemm persuni rrikorrew xahar b'xahar għas-servizzi tal-klinika Napro?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li hemm żewġ ħaddiema jmexxu l-klinika tan-Napro ġewwa l-Isptar Ġenerali t'Għawdex. Dawn huma l-Konsulent u n-Nursing Officer.
In-numru ta' persuni li rrikorrew għal dan is-servizz huma kif elenkati hawn taħt:
Ġunju 2012 10 persuni
Lulju 2012 14-il persuna
Awwissu 2012 7 persuni
Settembru 2012 7 persuni
Ottubru 2012 10 persuni
Novembru 2012 8 persuni
Bħala klinika ma kienx hemm bżonn jintefqu flus fi struttura u tagħmir.
Jista' l-Ministru jgħid għaliex l-aħħar kont li ħareġ għar-residenti tal-Kunċizzjoni limiti tar-Rabat mill-Arms Ltd imur lura għas-17 ta' Jannar 2012 ? X' ikkawża dan id-dewmien u meta se jinħareġ il-kont lil dawn ir-residenti?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill- Onor. Interpellant li r-risposta se tingħata f’seduta oħra.
Jista' l-Ministru jieħu l-passi neċessarji biex id-dawl tal-bypass ta' San Pawl il-Baħar jiġi rranġat għaliex ilhom numru ta' jiem mhux jaħdmu kif suppost?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi għall-Ministru responsabbli mit-Trasport.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 38059, jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar min allura jkun ta l-permessi neċessarji biex il-camera msemmija titwaħħal? Jista' jagħti informazzjoni dwar jekk tali surveillance camera, hix ukoll vijabli bħala camera biex joħorġu ċitazzjonijiet?
Response (GATT, AUSTIN)
Jien infurmat li s-surveillance cameras li għalihom qed tirreferi din il-mistoqsija parlamentari ma jaqgħux taħt ir-responsabbilta’ ta’ Transport Malta u għaldaqstant l-awtorità m’għandhiex l-informazzjoni mitluba.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 38051, jista' l-Ministru jgħid kien intefqu (break down)l-ispejjeż fuq il-marketing kull sena mill-2012 sal-lum?
Response (MARCO, MARIO DE)
L-informazzjoni għadha qed tinġabar u tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jordna li l-lokalità u r-residenti ta' Triq il-Kummerċ, Triq l-Industrija u l-madwar ġewwa Ħal Qormi jkunu moqdija b'servizz ta' karozza lejn il-lokalità kif ukoll għal Belt Valletta u dan b'tal-inqas servizz kull siegħa?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 38052 u 37827 u jgħid kemm kien l-ammont ta' fond li l-gvern daħħal mill-proċessi terzi ta' privatizzazzjoni bejn l-1998 u l-2012 sena b'sena? Kemm kien l-ammont ta' revenue ġġenerat a favur il-gvern minn bejgħ ta' proprjetà pubblika u minn amnestiji fiskali sena b'sena bejn l-2000 u 2012?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta se tingħata f'seduta oħra.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 38054, 37813 u 37562 u jagħti lista tal-Extra Budgetry Units inkluż magħhom korporazzjonijiet u entitajiet governattivi kollha? Jista' jagħti dettalji dwar kemm irċevew fondi mingħand il-gvern f'forma ta' sussidju u/jew transfers oħra sena b'sena bejn 2004 u 2012? Jista' jagħti lista sena b'sena minn min dawn EBUs kollha li kkontribwew flus lill-gvern mir-revenue tagħhom sena b'sena bejn 2005 u 2012 cioè ma ħadux sussidju imma kkontribwew lill-gvern?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill- Onor. Interpellant li r-risposta se tingħata f’seduta oħra.