B'referenza għall-kundizzjoni tal-planning gain marbuta mal-permess tal-applikazzjoni PA04607/06 tal-impjant ta' Sant Antnin, billi huwa mifhum li l-WasteServ kisru dan il-ftehim u huma dovuti jħallsu penali ta’ miljuni ta’ Ewro lill-Kommunità ta' Wied il-Għajn, ma jaħsibx il-Ministru li l-iskuża li qed iġġib l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar dwar il-Family Park PA/04886/06 mhix ġustifikata u m'għandha x’taqsam xejn mal-kundizzjoni tal-istess planning gain imma dan huwa relatat biss mal-permess biex jinbeda x-xogħol fuq il-park innifsu? Kemm-il darba d-developer li f’dan il-każ huwa l-kumpanija parastatali WasteServ dam biex jingħata il-permess mill-awtorità peress li dan żgur mhuwiex tort tar-residenti imma kollu tort tal-amministrazzjoni preżenti għax kien l-istess gvern li ppermetta li dawn jintrabtu mal-kundizzjonijiet tal-permess fosthom tal-planning gain innifsu, x’passi effettivi biħsiebha tieħu l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar biex issir ġustizzja skont l-obbligi kuntrattwali mar-residenti kkonċernati u x’kienu r-raġunijiet il-kumpanija WasteServ naqset li tlestli dan il-family park fi żmien ħames snin mill-ħruġ tal-permess relevanti li ngħata fit-30 ta' Jannar 2007? Jista' jagħti tweġiba kategorika wkoll jekk tqisx li l-WasteServ kisrux l-obbligi kuntrattwali tagħhom?
Response (DEMARCO, MARIO)
Ninforma lill-Onor Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar u tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid jekk l-Occupational Health and Safety Authority f’liema stadju saret taf bil-ħruq illegali tal-mercaptan? Mingħand min ġiet mgħarrfa min naħa tal-Korporazzjoni Enemalta? X’passi ttieħdu meta saret taf b’dan? Ir-regoli marbutin mas-saħħa tal-ħaddiema involuti kemm-il darba ġew miksura huma time barred ukoll?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li ma jeżisti ebda obbligu legali ta’ notifika lill-OHSA qabel isir disposal (rimi) ta’ mercaptan.
Jista' l-Ministru jgħid l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar f’liema stadju saret taf bil-problema tal-mercaptan u bil-ħruq illegali tagħhom? Minn min ġiet mgħarrfa? Min min-naħa tal-awtorità sar jaf b’dan? X’passi ttieħdu mill-awtorità appena saret taf b’dan u x’wassal biex l-ewwel għeddet li tieħu azzjoni bil-Qorti u sallum kważi tliet snin wara l-inċident jidher li għadu ma sar xejn, meta huwa mifhum li l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar kellha bażi soda biex tagħmel dan sa minn Novembru tas-sena 2009?
Response (DEMARCO, MARIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar u tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid jekk l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar qatt saret taf, ordnat jew rat riżultati ta xi air quality tests marbutin mal-każ tal-mercaptan li tiegħu kienet responsabbli l-Korporazzjoni Enemalta? Jekk iva, jista' jagħti d-dettalji u t-time lines kollha relevanti?
Response (DEMARCO, MARIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar u tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jiċħad jew jikkonferma jekk fil-minuti tal-Bord tal-Korporazzjoni Enemalta qattx kien hemm xi referenza għal każ tal-mercaptan u jekk iva, jista' jgħarraf lill-Kamra dwar x’kienu jgħidu speċifikament u preferibbilment testwalment?
Response (FENECH, TONIO)
Ninsab infurmat illi sakemm il-każ kien msemmi fuq il-media, il-kwistjoni qatt ma ġiet għall-attenzjoni tal-istess Bord tad-Diretturi tal-Korporazzjoni Enemalta.
Servizz tas-Saħħa — drittijiet u dmirijiet tal-klijenti u pazjenti
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhuma d-drittijiet u dmirijiet tal-klijenti/pazjenti li jagħmlu użu mis-Servizzi tas-Saħħa?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li hemm diversi drittijiet u dmirijiet tal- klijenti/pazjenti li jagħmlu użu mis-Servizzi tas-Saħħa li ġew identifikati. Dawn jistgħu jiġu miġbura f’sitt kategoriji prinċipli:
i. aċċess għas-servizzi tas-saħħa,
ii. kwalita u sikurezza fis-servizzi tas-saħħa,
iii. rispett, dritt tal-kunsens u konfidenzjalita’,
iv. għażla nfurmata,
v. involviment fid-deċiżjonijiet fuq il-kura,
vi. ilmenti: mezzi biex jintlaqaw u jkunu kkonsidrati.
Filwaqt li l-maġġoranza ta’ dawn id-drittijiet u d-dmirijiet huma koperti f’diversi sezzjonijiet tal-leġiżlazzjoni attwali, fil-proċess tat-traspożizzjoni tad-direttiva tal-Unjoni Eworpeja qed tingħata l-attenzjoni meħtieġa ukoll sabiex jiġu koperti dawn id-drittijiet.
B’referenza għall-mistoqsijiet parlamentari 27283 u 32097, jista’ l-Ministru jgħid jekk hux se tinbena għassa tal-pulizija f’Wied il-Għajn issa li hemm indikati lista twila ta’ propjetajiet battala f’din il-lokalità?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi l-proprjetajiet imsemmija mill-Onorevoli Interpellant se jkunu evalwati sabiex ikun stabbilit jekk hemmx xi proprjetà idonea sabiex isservi bħala Għassa tal-Pulizija.
B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 25966, jista’ l-Ministru jgħid jekk finalment il-Fondazzjoni għas-Servizzi tal-Ħarsien Soċjali identifikatx liema huma dawk is-servizzi li se jiġu koperti bil-Quality Service Charters u jekk dawn is-servizzi finalment għandhomx l-istandards meħtieġa? Jekk iva, jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra dawn l-istandards?
Response (SAID, CHRISTOPHER)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Fondazzjoni għas-Servizzi tal-Ħarsien Soċjali għada ma identifikatx servizzi li ser jiġu koperti bil-Quality Service Charters. Madanakollu, il-Fondazzjoni għandha d-Drittijiet u r-Responsabbiltajiet tal-Klijenti li jiġu mħaddna fis-servizzi* kollha offruti mit-tlett Aġenziji fi ħdan il-Fondazzjoni. Dawn id-Drittijiet u r-Responsabbiltajiet tal-Klijenti huma provduti għall-pubbliku fir-reception ta’ l-Aġenziji. Kif huwa indikat fuq dawn id-Drittijiet u r-Responsabbiltajiet tal-Klijenti, jekk individwu ma jkunx sodisfatt bil-progress, in-nuqqas ta’ ftehim ma jkunx ġie solvut, jew l-ilment ikun jinvolvi kwistjonijiet sensittivi ħafna, jista’ jagħmel ilment formali. Il-klijent jista’ l-ewwel jikkuntattja lill-persuna inkarigata mis-servizz bħal-leader jew inkella s-Service Manager, sabiex jiggwidawh dwar il-proċedura jew inkella jikkuntattja dirett lill-Quality Assurance and Systems Auditor. Kopja tad-Drittijiet u r-Responsabbiltajiet tal-Klijenti qed tigi mehmuza ma’ din it-twegiba.
Filwaqt li r-responsabbilta’ ta’ ħarsien ta’
standards
tas-servizzi offruti tinsab f’idejn id-
Department for Social Welfare Standards
(DSWS)
,
bħalissa, il- Fondazzjoni għas-Servizzi tal-Ħarsien Soċjali qed taħdem flimkien mad- DSWS sabiex jiġu mwaqqfa
standards
għal
Drug and Alcohol Residential Rehabilitation Programmes.
*Is-servizzi li fihom jiġu mħaddna dawn id- Drittijiet u r-Responsabbiltajiet tal-Klijenti jinsabu fil-lista hawn taħt:
Agenzija Appogg
Agenzija Sapport
Agenzija Sedqa
Out of Home Care Programme
Social Work Services
Prevention Services
Intake & Protection Services
Community Services
Care Services (incl. Residential and Community-based)
Health & Family Services
Residential Services
Community Services
Resource Services
Children & Young Persons’ Support Services
Day Services
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm priġunieri Maltin bħalissa li għandhom edukazzjoni primarja jew sekondarja jew terzjarja? Kemm hemm priġunieri Maltin li huma illitterati? X'programmi qegħdin jiġu organizzati biex dawn il-priġunieri jtejjbu l-edukazzjoni tagħhom?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi n-numru ta' priġunieri Maltin li għandhom edukazzjoni primarja, sekondarja jew terzjarja u dawk li huma llitterati huma kif ġej:-
Infurmat ukoll illi l-iskola tal-Faċilità qed tipprovdi lezzjonijiet f’dawn is-suġġetti: Malti, Ingliż, Taljan, Franċiż, Spanjol, Matematika, Studji Soċjali, Life-Skills, Accounts, Electrician’s Mate, Freight and Shipping, Mużika, Computer Awareness, E.C.D.L., Microsoft Digital Literacy, Beauty Technician, Yoga, u Women for Employment. Barra minn hekk l-iskola tagħmel l-arranġamenti meħtieġa biex priġunieri li jkunu eliġibbli jkunu jistgħu jistudjaw barra mill-Facilita’ f’istituzzjonijiet bħall-ETC, ITS, MCAST u anke l-Universita'.
Infurmat ukoll illi hemm aktar korsijiet speċjalizzati fil-Malti bażiku li huma pprovduti mill-ETC b'kollaborazzjoni mal-Paolo Freire Institute, għal min għandu aktar bżonn.
Skejjel Primarji u Sekondarji — ħin allokat għall-homework
Question
Tista’ l-Ministru tgħid x’inhuma l-guidelines mogħtija lill-Kapijiet tal-Iskejjel tal-Primarji u tas-Sekondarji tal-Istat rigward il-ħin allokat għall-homework mill-għalliema lill-istudenti?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Il-Kapijiet tal-Iskejjel tal-Primarja u tas-Sekondarja huma nfurmati, permezz ta’ Ċirkulari DCM 67/05, li l-iskejjel għandhom joħorġu linji gwida dwar il-homework bħala parti mill-politika tal-iskola. Dan bil-għan li l-iskejjel jassiguraw li l-istudenti ma jispiċċawx jew ma jingħatawx biżżejjed homework jew jingħataw iż-żejjed. Iċ-ċirkulari msemmija wkoll tagħti nformazzjoni dwar ir-rwol tal-homework fit-tagħlim u dwar ir-rwol tal-ġenituri f’dan il-qasam.
Reġistru ta' persuni li jinsabu ħatja ta' reati kontra tfal
Question
Jista’ l-Ministru jgħid fiex jikkonsisti eżatt ir-Reġistru ta’ persuni li jkunu nstabu ħatja ta’ reati kontra t-tfal? Min jista’ jkollu aċċess għal dan ir-Reġistru?
Response (SAID, CHRISTOPHER)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi t-thaddim tar-Registru ta' persuni li jkunu nstabu hatja ta' reati kontra t-tfal huwa regolat mid-disposizzjonijiet tal-Att dwar Registrazzjoni ghall-Protezzjoni tal-Minuri - Kap 518.
Hadd m’ghandu access liberu ghar-registru u biex tinghata informazzjoni mir-registru jrid isir rikors lill-qorti kompetenti u jekk il-qorti tilqa’ t-talba hi tidentifika l-informazzjoni li tista’ tigi zvelata u tordna li l-informazzjoni tinghata lil min ikun ghamel ir-rikors bil-miktub u dan skont l-Art.4 tal-ligi.
Tista' l-Ministru tgħid meta l-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ beħsieba tniedi l-kors ta' taħriġ għall-call centre agent u jekk hemmx xi data meta dawn se jinbdew?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Bħalissa l-Korporazzjoni tax-Xogħol u t-Taħriġ qed tfassal numru ta’ tenders għal kumpaniji li joffru servizzi ta’ taħriġ fuq numru ta’ korsijiet li fosthom jinkludu dak tal-call centre agents. Peress li l-proċess li jinvolvi t-tenders jieħu ż-żmien tiegħu, l-Korporazzjoni qed tantiċipa li dan il-kors ser jibda bejn Awwissu u Settembru ta’ din is-sena.
Tajjeb li ngħidu li permezz tal-Employability Programme, li huwa proġett ko-finanzjat mill-Fond Soċjali Ewropew, 120 persuna ġew imħarrġa bħala
call centre agents
. 68% ta’ dawn il-persuni kienu nisa, filwaqt li 32% kienu rġiel. Huwa fl-interess tal-korporazzjoni li tħarreġ aktar nies f’dan il-qasam speċjalment jekk is-suq tax-xogħol juri li hemm id-domanda għal persuni li jaħdmu bħala
call centre agents
.
Jista' l-Ministru jinvestiga l-ilment tal-familja li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament dwar wires tat-telefon li hemm imdendlin mal-faċċata tagħha u li suppost kellhom jiġu relokati minn posthom minħabba bini ġdid li nbena peress li ilha tressaq l-ilmenti tagħha għal dawn l-aħħar xhur mal-kumpanija tat-telekomunikazzjoni?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li din il-materja ma taqax taħt id-dekasateru tiegħi.
Pożizzjoni ta' Malta fid-Diskussjonijiet dwar Politika Ewropea fil-qasam finanzjaru u bankarju
Question
Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra il-working papers jew dokumentazzjoni oħra li jispjegaw il-pożizzjoni li ħadet Malta fid-diskussjonijiet dwar politika Ewropea komuni fil-qasam finanzjarju u bankarju, dwar ir-riżervi kapital li se jkunu jridu jżommu l-banek kif ukoll materji konnessi ma' dan?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.
Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika — informazzjoni dwar il-ħaddiema
Question
Jista' l-Minsitru jgħid kemm hemm persuni fl-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika li huma gradwati (first jew second degree jew aktar) unikament fl-istatistika? Jista’ jelenka l-gradi universitarji fl-istatistika li għandhom dawn il-persuni?
Response (FENECH, TONIO)
Ninsab infurmat li l-NSO hemm 16-il persuna li huma gradwati fl-istatistika, kif muri fit-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kellha kawżi l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar fil-Qorti tal-Appell matul dawn l-aħħar sentejn u kemm minn dawn tilfet?
Response (DEMARCO, MARIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jiddikjara kemm ġew impjegati nies fil-Malta Enterprise fil-gradi tal-ftehim kollettiv bejn l-2007 u 2012 u kemm minn dawn ma bdewx mill-minimu tal-grad skont il-ftehim kollettiv?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor Interpellant illi r-risposta ser tingħata f’seduta oħra.
Jista' l-Ministru jiddikjara kemm hemm impjegati fil-Malta Enterprise li jaqgħu fil-ftehim kollettiv u kemm ma jaqgħux taħtu?
Response (FENECH, TONIO)
Ninsab infurmat illi preżentament il-Malta Enterprise Corporation tħaddem 113 impjegat u minn dawn 51 jaqgħu taħt il-ftehim kollettiv. Dawn jeskludu dawk il-pożizzjonijiet li huma imħallsa minn assistenza teknika.
Jista' l-Ministru jgħid kemm impjegati fil-Malta Enterprise ġew mogħtija promozzjoni bejn l-2007 u l-2012 permezz ta' vakanza jew ta' evalwazzjoni tal-grad jew ta' progressjoni oħra, u kemm minn dawn seħħu bejn November 2007 u Frar 2008?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi r-risposta tingħata f’seduta oħra.
Tista' l-Ministru tgħid meta se jintbagħat replacement għal teacher tal-year 2 li ma baqgħetx tgħallem il-klassi tagħha fl-iskola primarja ta' Wied il-Għajn? Taqbel il-Ministru li b'mod urġenti t-tfal ta' din il-klassi għandhom jingħataw teacher bla ebda dewmien?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-għalliema in kwistjoni kienet sostitwita b’effett mit-8 ta’ Mejju 2012. Din l-għalliema ħarġet bil-Leave tal-Maternita u l-klassi damet mingħajr għalliem regolari għal erbat-ijiem biss li waqthom l-iskola għamlet arranġamenti nterni.