Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 11 PQ #33679 Sitting 472 2012-05-14 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — skejjel primarji mingħajr purtinara

Question

Peress li minħabba nuqqas ta' purtinara fl-iskejjel primarji f'Għawdex qed ikun hemm purtinara li qed jintbagħtu minn skola għal oħra u dan mingħajr anqas biss qed jiġu provduti trasport u peress ukoll li dan qed joħloq diversi inkonventjenti, tista' l-Ministru tara li din is-sitwazzjoni tiġi indirizzata?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li teżisti problema ta' nuqqas ta' purtinara fl-iskola Primarja ta' Kerċem. Biex inkopru dan in-nuqqas, il-purtinara assenjati fi skejjel oħra jintbagħtu f'din l-iskola, a bażi ta' roster u li jkunu avżati bih ġimgħat bil-quddiem. Għalhekk ma jidhirx li huwa l-każ li għandu jiġi provdut trasport biex il-purtinara li s-soltu jirrapurtaw għax-xogħol fl-iskejjel l-oħra, jirrapurtaw għax-xogħol fl-iskola ta' Kerċem.
Leg 11 PQ #33680 Sitting 472 2012-05-14 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għal Għawdex

health assistants — talba għal uniformijiet ġodda

Question

Peress li l-health assistants ilhom ħames snin jitolbu biex jingħataw uniformijiet ġodda, tista' l-Ministru tgħid għaliex dan id-dewmien u tara li l-uniformijiet jinbiddlu?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li fis-sena 2011 ingħataw uniformijiet lill-health assistants kollha.

Ministeru tal-Ġustizzja — Assistent Direttur - interviews

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma li l-kariga ta' assistent direttur fi ħdan il-Ministeru tal-Ġustizzja kinetx okkupata sa minn April 2011 mingħajr ma ġie ffirmat l-ebda kuntratt? Jekk iva, jista' l-Ministru jgħid x'kienet ir-raġuni? Saru interviews neċessarji sabiex jintgħażel Direttur ġidid? Kemm daħlu applikazzjonijiet? Intlaħqu l-kriterji neċessarji minn dawk li qagħdu għall-interviews?

Response (SAID, CHRISTOPHER)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant sabiex ikun aktar specifiku fid-domanda tiegħu billi jindika d-dipartiment konċernat.
Leg 11 PQ #33751 Sitting 472 2012-05-14 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Ministeru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol

White Rocks — proġett

Question

Tista' l-Ministru tgħid f'liema stadju wasal il-proġett tal-White Rocks?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għall-Mistoqsija Parlamentari numru 28974.
Leg 11 PQ #33752 Sitting 472 2012-05-14 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Ministeru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol

Marsa Sports Village — stadju tal-proġett

Question

Tista' l-Ministru tgħid f'liema stadju wasal il-proġett tal-Marsa Sport Village?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li bħalissa qed tiġi abbozzata sejħa ġdida wara li l-Kunsill Malti għall-Isport (KMS), wara sejħa pubblika, ltaqa’ ma’ investituri potenzjalment interessati fl-iżvilupp tal-kunċett ta’ Villaġġ Sportiv fil-Marsa, biex jisma’ s-suġġerimenti dwar kif jista’ jsir titjib fuq is-sejħa oriġinali.
Leg 11 PQ #33753 Sitting 472 2012-05-14 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Ministeru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol

Rapporti ta' bullying fuq għalliema

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm kien hemm rapporti ta' bullying fuq l-għalliema matul l-2008, l-2009, l-2010 u 2011? F'liema skola kienu dawn u x'passi ttieħdu biex dawn il-każijiet ma jkomplux?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Ta' Qali — żvilupp fil-proġett tal-Crafts Village

Question

Jista' l-Ministru jgħid f'liema stadju wasal il-proġett għall-iżvilupp ta' Crafts Village f'Ta Qali?

Response (FENECH, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-Malta Industrial Parks għaddejja f’dikussjonijiet mal-MEPA u mal-operaturi li jinsabu fuq il-post dwar il-pjanijiet ġodda għal dan il-proġett. Sadanittant inbeda x-xogħol ta’ tisbieħ fil-‘landscaping’ tas-sit u tal-ambjent madwar u ġewwa l-Crafts Village.

San Pawl il-Baħar — triq li ma saritx

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar x'inhuma r-raġunijiet li għalihom it-triq ta' wara l-Knisja tal-Karmnu, f'San Pawl il-Baħar, ma saritx minkejja li kellha ssir numru ta' xhur ilu? Min ressaq oġġezzjonijet ma' Transport Malta biex dan ix-xogħol ma jsirx? X'inhi l-pożizzjoni ta' Transport Malta dwar dawn l-oġġezzjonijiet?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li t-triq li qed jirreferi għaliha l-Onorevoli Interpellant hija Xagħra tal-Bandieri, fil-lokalità ta’ San Pawl il-Baħar. Din it-triq għandha problema biex tinbeda minħabba l-fatt li hemm talba ta’ terzi persuni li t-triq hija art privata. Għaldaqstant, din it-talba trid tiġi verifikata qabel ma jkunu jistgħu jinbdew ix-xogħlijiet.

San Pawl il-Baħar — Triq is-Simar, u Trejqet Għar Berbaħ - bini tat-toroq

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar x'qed iżomm lil Transport Malta milli tibda l-proġett tal-bini ta' Triq is-Simar, u Trejqet Għar Berbaħ, fix-Xemxija, San Pawl il-baħar? Meta ħarġu t-tenders għal dan ix-xogħol u kemm hu mistenni li jkun jiswa l-istess xogħol?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li x-xogħlijiet fi Triq Għar Beraħ, San Pawl il-Baħar ma setgħux jinbdew minħabba l-fatt li Triq Simar ma kinitx miftuħa. Issa li din it-triq infetħet, ix-xogħlijiet se jinbdew fil-jiem li ġejjin. Dawn ix-xogħlijiet se jiswew madwar € 34,342.52. Fir-rigward ta’ Triq Simar, San Pawl il-Baħar, Transport Malta qed tagħmel ix-xogħol preparatorju rigward il-proċess tat-tender.

ilment dwar gallariji

Question

Jista' l-Ministru jindirizza l-ilmenti tar-residenti li joqogħdu fil-flats, li d-dettalji dwarhom qed jintbagħtu separatament, fejn biċċiet mill-gallariji qed jaqgħu? Jistgħu jintbagħtu xi ħaddiema fuq il-post qabel ma jkorri xi ħadd?

Response (SAID, CHRISTOPHER)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant, illi l-awtorità ħadet nota ta’ din l-interpellanza u se żżur il-fond fil-jiem li ġejjin.

art meħuda mill-gvern

Question

Jista' l-Ministru jara l-każ fejn il-gvern ħa biċċa art 15-il sena ilu, kif jidher fil-pjanta li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, fejn kull ma ħadu il-proprjetarji kien ta' inqas minn kwart ta' kemm kienu xtrawha huma u dawn qatt ma ġew avżati li l-art se tittieħed? Jista' l-Ministru jindirizza l-każ u jara jekk din il-familja tistax tingħata kumpens?

Response (AZZOPARDI, JASON)

Ninsab infurmat illi s-sidien ta’ l-art li dettalji tagħha ingħataw separatament, kienu ikkontestaw il-prezz offrut mid-Dipartiment biex il-Gvern ikun jista' jakkwista l-art in kwistjoni. Il-każ tagħhom ġie ittrattat quddiem il-Bord ta’ l-Arbitraġġ dwar l-Artijiet fejn is-sidien kellhom ic-ċans kollu li jressqu il-pozizzjoni tagħhom. Id-Dipartiment ma kellu l-ebda għazla ħlief li jobdi d-deċiżjoni tal-Bord u għalhekk fid -9 ta’ Ottubru 1995 ġie iffirmat kuntratt fejn l-art għaddiet għand il-Gvern u ġie mħallas il-kumpens lis-sidien, hekk kif stabbilit mill-Bord. Għalhekk il-każ kollu ġie konkluż u d-Dipartiment ma jista jħallas ebda kumpens ieħor.
Leg 11 PQ #33859 Sitting 472 2012-05-14 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol

Talba għal Facilitator

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 32303, tista' l-Ministru tara li jitmexxa l-każ peress li ilha li applikat minn Awwissu 2010 u għadha bla risposta?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Din l-applikazzjoni daħlet għand l-Istatementing Moderating Panel f’Jannar 2012 u mhux f’Awwissu 2010 u se tiġi proċessata matul din is-sena skolastika.

Pensjoni tar-romol

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 32856, jista' l-Ministru jara l-każ tal-persuna kkonċernata peress li kellhom jikkuntatjawha imma għadha bla risposta?

Response (SAID, CHRISTOPHER)

Ninforma lill-Onorevoli INterpellant li l-persuna kkonċernata ġiet ikkuntatjata sabiex tagħti aktar informazzjoni lid-dipartiment sabiex ikun jista' jagħmel ir-riċerka neċessarja u jagħti tweġiba, iżda l-persuna ma waslitx l-informazzjoni mitluba lid-Dipartiment.

talba għal sussidju tal-mard

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 32939 li oriġinarjament saret lill-Ministru tas-Saħħa, l-Anzjani u l-Kura fil-Komunità u issa ġiet riferuta lilu u jara jekk l-anzjan li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, għandux id-dritt li jieħu sussidju tal-mard u dak supplimentari?

Response (SAID, CHRISTOPHER)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-persuna konċernata ġiet infurmata dwar il-każ tagħha.

talba għal trasferiment

Question

B'referenza għall-mistoqisija parlamentari 32302, jista' l-Minsitru jerġa' jara l-każ tal-anzjana li qed tistenna sodda fir-Residenza San Vinċenz de Paul?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Infurmat li l-persuna li qiegħed jirreferi għaliha l-Onor. Interpellant kienet approvata sabiex tidħol ġewwa Dar għall-Anzjani u sussegwentament ġiet approvata sabiex tidħol ġewwa San Vinċenz fejn tpoġġiet fuq il-lista ta’ stennija.

Wied il-Għajn — Triq il-Buttuniera - xogħol fuq it-triq

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta se jitkompla x-xogħol fi Triq il-Buttuniera Wied il-Għajn wara li waqaf ix-xogħol minħabba problemi mal-kuntrattur li kien qed jaħdem fuq din it-triq?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li bħalissa Transport Malta qed tipprepara l-informazzjoni meħtieġa sabiex ix-xogħol li fadal fit-triq li qed jirreferi għaliha l-Onorevoli Interpellant, jkun jista’ jgħaddi mill-proċess ta’ tendering biex jingħata lil kuntrattur ieħor.

Dipartiment tas-Saħħa — tiswija ta' vetturi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kif qed jingħata x-xogħol ta' tiswija ta' vetturi tad-Dipartiment tas-Saħħa? Lil min qed jingħata? X'tip ta' ftehim hemm ma min qed jagħmel ix-xogħol? B'kemm ingħata xogħol individwalment lil kull garaxx? Jista' jagħti din l-informazzjoni mis-sena 2008 sa April 2012, sena b'sena kuntratt, b'kuntratt?

Response (CASSAR, JOSEPH)

L-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar. Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Transport Malta — analiżi fl-estimi

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra analiżi dettaljata stante li dik preżentata fl-estimi ta' Transport Malta 2012 mhija xejn ċara, li turi break analysis dettaljat tad-dħul u ħruġ kollu mill-parti tad-Direttorat għas-sena 2012, flimkien ma' analiżi dettaljata komparattiva tal-istess għas-sena 2011?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-estimi ta' Transport Malta huma għal kollox konformi mar-rekwiżiti normalment użati.

Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — konsulenti

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 32953 u jgħid min huma l-konsulenti li jaħdmu fil-Ministeru, fid-dekastru u entitajiet li jaqgħu taħtu? F'liema qasam jagħtu konsultazzjoni? X'salarju u kundizzjonjiet għandhom?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor Interpellant illi r-risposta tinghata f’seduta oħra

Ministeru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni — konsulenti

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 32951 u jgħid min huma l-konsulenti li jaħdmu fil-Ministeru, fid-dekastru u entitajiet li jaqgħu taħtu? F'liema qasam jagħtu konsultazzjoni? X'salarju u kundizzjonjiet għandhom?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.