Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 34282 u 33989 u jgħid kemm kien hemm skemi ta’ għajnuna ko-finanzjati mill-Unjoni Ewropea mill-2004 sal-lum għall-bdiewa f’Għawdex għal proġetti ta’ titjib bħalma huma, ġwiebi, bini ta’ ħitan ta’ sejjieħ, irziezet, passaġġi fil-raba, eċċ.? Meta daħlu fis-seħħ dawn l-iskemi u għal liema snin kienu japplikaw? X’ammont ta’ għajnuna ngħatat kull sena taħt kull skema skont in-natura tal-proġett u kemm bdiewa bbenefikaw taħt kull skema ukoll skont in-natura tal-proġett?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra dokument bl-informazzjoni mitluba.
Kunsill għall-Affarijiet tal-Konsumatur — rapport ta' ħidma
Question
Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tar-rapport ta' ħidma tal-Kunsill għall-Affarijiet tal-Konsumatur għas-snin 2009, 2010 u 2011? Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-pariri u sottomissjonijiet magħmula mill-kunsill dwar id-diversi materji li jirrigwardjaw il-konsumatur għas-snin imsemmija?
Response (AZZOPARDI, JASON)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra rapport tal-ħidma tal-Kunsill għall-Affarijiet tal-Konsumatur għas-snin 2008, 2009, 2010 u 2011 u li jinkorpora fih il-pariri li ngħataw u sottomissjonijiet li saru kemm bil-miktub kif ukoll waqt laqgħat dwar materji li jirrigwardaw lill-konsumatur.
Att dwar il-Kompetizzjoni — miżuri interim u miżuri intermedji
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm inħarġu miżuri interim taħt l-Att dwar il-Kompetizzjoni u miżuri intermedji taħt l-Att dwar l-Affarijiet tal-Konsumatur matul is-sena 2011 u fl-ewwel erba' xhur tas-sena 2012 u f'liema swieq? Fil-każ tal-Att dwar il-Kompetizzjoni kemm-il ordni ta' waqfien u ebda tkomplija jew ordni ta' konformità inħarġu taħt l-Att dwar il-Kompetizzjoni?
Response (AZZOPARDI, JASON)
Ninsab infurmat li l-Uffiċċju tal-Kompetizzjoni fi ħdan l-Awtorità Maltija tal-Kompetizzjoni u l-Affarijiet tal-Konsumatur fis-sena 2011 u fl-ewwel erba’ xhur tas-sena 2012 ma nħarġu l-ebda miżuri interim u ordni ta' waqfien u ebda tkomplija jew ordni ta' konformità taħt l-Att tal-Kompetizzjoni.
L-Uffiċċju Għall-Affarijiet tal-Konsumatur fi ħdan l-Awtorità Maltija tal-Kompetizzjoni u l-Affarijiet tal-Konsumatur ħareġ Ordni ta’ Tħaris fis-suq tat-Telekomunikazzjoni fl-2011 u Dikjarazzjoni ta’ Avviż Pubbliku fis-settur tal-Kostruzzjoni matul l-ewwel xhur ta’ din is-sena.
Ftehim bejn il-gvern u l-importaturi tal-mediċinali
Question
Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-ftehim li hemm bejn il-gvern u l-importaturi tal-mediċinali li bħalissa qed jirregola r-roħs fil-prezzijiet f'għadd ta' mediċinali u li jiġu ppubblikati mill-gvern minn żmien għal żmien?
Response (AZZOPARDI, JASON)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li tweġiba se tingħata f'xi seduta oħra.
Kumpanija li takkwista ishma jew titoli fuq art tal-gvern
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk is-soċjetà Estera Benetti Spa uritx interess li takkwista ishma jew titoli fuq art li hi proprjetà tal-gvern jew f'idejn aġenziji tal-gvern f'Malta?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi ir-risposta tingħata f’seduta oħra.
Tista' l-Ministru tgħid għaliex il-promozzjonijiet imwiegħda lill-ħaddiema learning support assistants li għamlu korsijiet apposta fix-xogħol tagħhom matul is-sajf, sal-lum, għadhom ma ħarġux għall-learning supports assistants 2?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Infurmata li ma saret l-ebda wiegħda ta’ promozzjoni. Ħarġet sejħa għall-LSA II. Applikaw u sar il-proċess ta’ għażla. Ħarġu r-riżultati u meta tasal l-aħħar approvazzjoni għall-impjieg in-numru li hemm bżonn jiddaħħal għax-xogħol.
Billi jidher li kien hemm diversi ilmenti fir-rigward tal-ikel provdut f'xi diviżjonijiet tal-Faċilità Korrettiva ta' Kordin, jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx xi ħsieb li tiġi indirizzata din is-sitwazzjoni?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi Faċilita' Korrettiva ta’ Kordin tforni kuljum ikla f’nofsinhar u ikla oħra fil-għaxija. Nżid ngħid illi kull priġunier għandu bejn 3 jew 4 għazliet x’jiekol kemm f’ nofsinhar kif ukoll fil-għaxija. L-ilmenti ta' natura varja jqumu minn żmien għal żmien u dawn jiġu ndirizzati u investigati mill-awtoritajiet tal-ħabs.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm applikazzjonijiet għad-divorzju mill-1 t'Ottubru 2011 'l hawn? Kemm minn dawn l-applikazzjonijiet ġew approvati mill-Qrati tagħna?
Response (SAID, CHRISTOPHER)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li sallum kien hemm dawn il-kazijiet ta’ divorzju:
Rikorsi ghal Divorzju – wara separazzjoni: 346
Rikors Kongunt ghal Divorzju – wara separazzjoni: 93
Rikors ghal divorzju – kawza ta’ separazzjoni pendenti 37
Rikors ghal Divorzju – partijiet mhux separati 15
Citazzjoni ghal Divorzju 0
Total Globali 491
Decizi:
Rikorsi ghal Divorzju – wara separazzjoni: 162
Rikors Kongunt ghal Divorzju – wara separazzjoni: 60
Total 222
Qorti ta’ Ghawdex:
Mill-1 ta’ Ottubru 2011 sal-11 ta’ Mejju 2012 ġew preżentati erbatax-il (14) rikors għad-divorzju.
Minn dawn ġew decizi tnax (12).
Dawn huma kollha każijiet ta’ koppji li kienu ġia legalment separati.
Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — ammont ta' flus lill-avukat u l-kumpanija
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 33528 u jgħid kemm kien l-ammont totali ta' flus imħallas tul dawn l-aħħar ħames snin mill-Ministeru tiegħu, kif ukoll minn entitajiet kollha li jaqgħu taħtu, lill-avukat li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament? Kemm kien l-ammont ta' flus imħallas lill-kumpanija, li d-dettalji dwarha ukoll qed jingħataw separatament li jifforma parti minnha?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill. Onor. Interpellant illi r-risposta tingħata f’seduta oħra.
Public Service Obligation — kumpanija Gozo Channel
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm intnefqu flus kull sena mill-2004 ‘l hawn fuq il-Public Service Obligation li l-gvern għandu mal-kumpanija Gozo Channel? Kemm hu mistenni li jintnefqu din is-sena? Jista’ jagħti dan it-tagħrif skont liema passiġġieri u servizzi huma koperti b’dan il-Public Service Obligation?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Tista' l-Ministru tara li l-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament terġa' tingħatala l-għajnuna fid-dar kemm jista' jkun malajr?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li l-persuna msemmija kienet waqqfet hi stess is-servizz tal-helper li kellha għal raġunijiet personali, però reġgħet qed tingħata s-servizz minn helper oħra.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 27845, jista' l-Ministru jgħid kemm nies intalbu jagħmlu overtime, kemm għamlu sigħat kull persuna individwali ġurnata b'ġurnata u x'karigi għandhom dawn in-nies? X'kienet in-nefqa globali sabiex jassistu l-Arriva? Jista' jgħid jekk Transport Malta qabbditx xi kumpaniji oħra apparti l-kumpanija Appletree sabiex jassistu lill-Arriva, u kemm tħallset din il-kumpanija?
Response (GATT, AUSTIN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitlub fl-ewwel parti tal-mistoqsija. Jien infurmat li apparti l-kumpanija Appletree Transport Malta ma qabdet l-ebda kumpanija oħra sabiex jassistu l-Arriva.
Transport Malta — ħaddiema li qed jagħmlu l-overtime
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm huma dawk l-impjegati ma' Transport Malta li qed jagħmlu l-overtime minn mindu beda l-operat tal-Arriva? Kemm tħallsu s’issa f’overtime dawn l-impjegati? Kemm-il siegħa overtime qed jagħmlu l-ħaddiema u kif qed jiġi mqassam l-overtime msemmi ta’ dawn l-impjegati? Jista’ l-Ministru jgħid xi skali għandhom dawn l-impjegati li qed jagħmlu l-overtime u jagħti l-ammont li tħallas s’issa f’overtime u jiġi spjegat fi breakdown dettaljat skont il-grad?
Response (GATT, AUSTIN)
Fil-waqt li nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għar-risposta li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari 28804, ninsab infurmat li l-impjegati li ntużaw għal dan l-eżerċizzju kienu mid-Direttorat għat-Trasport fuq l-Art u mis-sezzjoni tal-Customer Care tal-istess awtorità. L-impjegati ntagħżlu skont l-esiġenzi tas-servizz tal-Customer Care li jkopri Transport Malta kollha.
Jista' l-Ministru jindika u jippubblika lista ta' konferenzi li Transport Malta attendiet għalihom matul is-sena 2011? Jista' jgħid x'kienet it-tema ta' kull konferenza? Jista' jgħid kemm kienet in-nefqa għal kull konferenza partikolari?
Response (GATT, AUSTIN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Ministeru għall-Kompetizzjoni Ġusta, Negozji Żgħar u Konsumatur — remunerazzjonijiet ta' chairpersons
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 32884 u jgħid kemm tħallsu remunerazzjonijiet ta' chairpersons u membri ta' bordijiet f'din l-aħħar sena (mil-2011 sal-lum) kull bord separatament u jgħid min huma dawn iċ-chairpersons u membri?
Response (AZZOPARDI, JASON)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi r-risposta se tingħata f’seduta oħra.
Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — remunerazzjonijiet ta' chairpersons
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 32885 u jgħid kemm tħallsu remunerazzjonijiet ta' chairpersons u membri ta' bordijiet f'din l-aħħar sena (mil-2011 sal-lum) kull bord separatament u jgħid min huma dawn iċ-chairpersons u membri?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi r-risposta se tingħata f’seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid għaliex il-file tal-housing li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament għadu ma ġiex proċessat u l-applikanta ilha snin tistenna biex ikollha saqaf fuq rasha għaliha u għall-uliedha?
Response (SAID, CHRISTOPHER)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-applikazzjoni tal-applikanta in kwestjoni qegħda pproċessata mal-applikazzjonijiet l-oħra u qegħda tingħata l-attenzjoni meħtieġa. Fil-prezent l-Awtorità tad-Djar għandha 424 kazijiet ta’ sharing accommodation li huma adequate.
Ministeru għat-Turiżmu, l-Ambjent u l-Kultura — remunerazzjonijiet ta' chairpersons
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 32890 u jgħid kemm tħallsu remunerazzjonijiet ta' chairpersons u membri ta' bordijiet f'din l-aħħar sena (mil-2011 sal-lum) kull bord separatament u jgħid min huma dawn iċ-chairpersons u membri?
Response (DEMARCO, MARIO)
L-informazzjoni għadha qed tinġabar u tweġiba se tingħata f’xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid għaliex l-enforcement notice li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, fil-konfront ta' persuna li żviluppat parti mill-front garden tagħha biex minflok ġiebja, kif kellha l-permess li tagħmel, istallat tank tal-gass/fuel, dam ma ġie implimentat? Kif jispjega l-Ministru l-fatt li wara li ħarġet din l-enforcement notice, il-gvern ħareġ Avviż Legali 494 tal-2010 li de facto irregolarizza s-sitwazzjoni ta' din il-persuna?
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il applikazzjoni oħra ta' istallazzjonijiet simili residenzjali ġew regolarizzati permezz ta' dan l-Avviż Legali meta dan inħareġ? X' kienet ir-raġuni li l-gvern ħass li kellu joħroġ dan l-avviż legali propriju f'dan il-perjodu meta saħansitra kienu bdew proċeduri legali kontra din il-persuna mill-Pulizija? Iħoss il-Ministru li dan huwa każ fejn avviż legali nħareġ għall-interessi ta' persuna waħda? Iħoss il-Ministru li għandu jagħti ġustifikazzjoni aktar minħabba l-fatt li din il-persuna li bbenefikat minn dan l-avviż legali tiġi minn qarib tal-istess Ministru?
Response (DEMARCO, MARIO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-waqfien fl-użu tat-tank tal-gass imsemmi ġie implimentat immedjatament. Fill-fatt s-sid kien imwissi li l-użu irid jitwaqqaf immedjatament skond kid ordnat fl-Avviż. Barra minnhekk ittieħdu wkoll l-passi neċessarji flimkien mal-Awtorita' Maltija tar-Rizorzi (MRA) fejn dawn assiguraw li t-tank mhux se jitħalla jimtela' bil-gass stante l-Avviż maħruġ mill-MEPA jibqa operattiv. Dan il-fatt assigura li l-użu tat-tank kien twaqqaf. Fil-frattemp is-sid kien tefa appell kontra ECF 58/10 u allura l-eżekuzzjoni tat-Twettiq fl-istess avviż kella tiġi sospiża skond il-Liġi sakemm l-appell jiġi konkluż. Eventwalment l-Avviż Legali 494/10 ġie pubblikat f'Novembru, 2010 u l-każ ECF 58/10 ingħalaq wara li l-Apellant irtira l-appell tiegħu fil-15 ta' Dicembru, 2010.
Jien infurmat ukoll li d-diskussjonijiet mal-Malta Resources Authority (MRA) fuq installazzjonijiet ta' LPG tanks bdew fis-sena 2005. Matul iż-żmien saru diversi laqgħat sabiex iż-żewġ entitajiet setgħu jilħqu ftehim u jitħabbru l-proċeduri l-ġodda. Fil-fatt l-MRA ippubblikat l-Avvizi Legali 249/2008 fis-7 ta' Ottubru 2008 u l-MEPA min-naħa tagħha ħarġet Avviz Legali 494/2010, imsemmi qabel, fit-28 ta' Novembru 2010.
Qabel il-ħruġ tal-Avviż Legali kien jinħtieg full development permit għal dan it-tip ta' żvilupp. Meta daħal fis-seħħ l-Avviz ma kienx hemm bzonn ta' notifika f' areas ġewwa l-limiti ta' żvilupp sakemm numru ta' kriterji jiġu mħarsa. In-Notifika hija meħtieġa f'Urban Conservation Areas, Outside Development Zones u propjeta skedata u f'żoni mħarsa.
Infurmat ukoll, li l-MEPA m'għandhiex informazzjoni kemm applikazzjonijiet ġew regolarizzati