Ċirkewwa — distanza teila bejn il-vapur sal-karozza tal-linja
Question
Peress li qed ikun hemm ilmenti minn diversi anzjani li meta l-vapur qed jitrakka fis-south quay taċ-Ċirkewwa qed ikollhom distanza twila mill-vapur sal-karozza tal-linja u anke kull min għandu problema ta' mobilità qed ikollu dawn id-diffikultajiet kbar kollha, jista' l-Ministru jara li tinstab soluzzjoni?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-użu tas-South Quay fil-preżent huwa ta’ natura temporanja. Fil-preżent dan il-moll qed jintuża’ minħabba raġunijiet ta' saħħa u sigurta` sakemm jitlestew ċertu xogħlijiet li għaddejin fuq it-terminal prinċipali. Dawn ix-xogħlijiet huma mistennija li jitlestew sal-aħħar ta' Ġunju 2012.
Infurmat ukoll li Transport Malta qed tinvestiga kull possibbilta` sabiex tkun tista’ tnaqqas l-inkonvenjent għall-pubbliku li juża dawn il-faċilitajiet.
Jista' l-Ministru x'għandu xi jgħid dwar din il-veduta tal-Ombudsman li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament rigward il-waiting lists għall-operazzjonijiet?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li l-Onor. Interpellant ikkwotat mir-rapport tal-Ombudsman li ħareġ fis-sena 2008, u wara li dan ta’ l-aħħar kien investiga ilment dwar każ partikolari. Importanti wieħed ifakkar li l-kumment li qed tirreferi għalih sar fis-sena 2008.
Kif kelli ħafna okkażjonijiet li nirrispondi f’dan il-Parlament ir-rakkomandazzjonijiet tal-Ombudsman ġew meħuda b’serjeta kbira.
Illum ġewwa l-Isptar Mater Dei qed titħaddem sistema ċentralizzata ta’ listi ta’ stennija. Din is-sistema kompjuteriżżata tissejjaħ
Central Patient Waiting List Management System
. Tajjeb li ngħid li din is-sistema diġa qiegħda titħaddem f’numru ta’ dipartimenti fosthom id-dipartiment tal-ortopedija, id-dipartiment tal-oftalmoloġija, u d-dipartiment tal-kardjoloġija. Din is-sistema diġa wasslet ghall-immanigjar aħjar tal-listi ta’ stennija u toffri viżibilita’ sħiħa fuq l-istess listi.
Rabat — Għemieri, Binġemma Fort u Tas-Salib - Petizzjoni
Question
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 33190 u jinforma x'kunsiderazzjonijiet saru dwar il-petizzjoni tar-residenti tal-Għemieri, Binġemma Fort u Tas-Salib limiti tar-Rabat ikollhom is-servizz tat-trasport u dan partikolarment sabiex l-istudenti fl-inħawi msemmija jaslu l-iskola bl-anqas inkonvenjent possibli? Billi residenti jixtiequ li dan is-servizz jiġi estiż b'bidla żgħira attwali, jista' jara li task force kkonċernata tirrimedja b'soluzzjoni? Jekk fl-affermattiv, meta?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Jien infurmat li ż-żoni imsemmija qatt ma kienu servuti b’servizz ta’ trasport pubbliku.
Ninsab infurmat ukoll li Transport Malta qed tikkunsidra kull soluzzjoni sabiex jekk ikun possibbli jingħata servizz fiż-żoni msemmija. Hu diffiċli ħafna li
hamlets
minuskoli bħal dawn ikollhom servizz.
Jista' l-Ministru jgħid jekk l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar għandhiex ippjanat buffer zone bejn l-industrial estate u l-area residenzjali f'Ħal Farruġ - Ħal Luqa, bil-għan li ttaffi l-impatt li hemm u li jista' jkun hemm fuq l-ambjent minħabba tniġġiż li jkun ġej minn ħsejjes u emissjonijiet oħra mill-industrija?
Response (DEMARCO, MARIO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li fuq din iż-Żona ta’ Ħal Farruġ, fil-Pjan Lokali għan-Nofsinhar ta’ Malta, hemm numru ta’ policies ez. SMLU 03, SMLU 05 (Mixed Development Areas) u SMLU 09 (Luqa Industrial Estate). Dawn l-inħawi huma indikati fuq il-Pjanti LU2 u LU6 rispettivament u li kollha jikkontemplaw konsiderazzjonijiet ta’ landscaping. Dawn il-policies kienu ħadu wkoll in konsiderazzjoni permessi li kienu inħarġu qabel il-pjan lokali.
Jista' l-Ministru jgħid jekk għandux xi pjan biex tiġi organizzata area miftuħa għar-rikreazzjoni għat-tfal u għaż-żgħażagħ f'Ħal Farruġ f'Ħal Luqa u dan peress li hemm art li kienet fiż-żmien is-servizzi tintuża għal dan l-iskop u li tħalliet abbandunata u mitluqa?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li s-sit imsemmi jaqa’ taħt il-kunsill lokali u għalhekk nistiednu jressaq din il-Mistoqsija lill-Onorevoli Ministru tal-Intern u Affarijiet Parlamentari li hu responsabbli mill-kunsilli lokali.
Ħal Farruġ — ħlas għat-trasport biex tfal imorru summer school
Question
Tista' l-Ministru tgħid għaliex it-tfal ta' Ħal Farruġ li jkunu jixtiequ jmorru s-summer school fl-iskola primarja ta' Ħal Luqa, ikollhom iħallsu għat-trasport? Tista' tgħid jekk hix se tieħu passi sabiex tipprovdi trasport b'xejn għal dawn it-tfal minn Ħal Farruġ li jixtiequ din is-sena jmorru SkolaSajf?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Matul il-programm ta’ Skolasajf l-ebda student mill-ebda skola tal-mainstream ma jkollu trasport ipprovdut mill-Ministeru tal-Edukazzjoni u Xogħol.
Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra il-brief u terms of reference li nghata l-bord ta’ inkjesta dwar il-mercaptan? Min kien responsabbli biex il-bord ta’inkjesta jeskludi r-responsabbiltà individwali dwar il-każ tal-mercapta? Il-Ministeru f’liema stadju sar jaf li l-bord ta’ inkjesta kien qed jeskludi dan kollu u jitfa' kollox fuq il-korporazzjoni fuq livell kollettiv?
Response (FENECH, TONIO)
Ngharraf lill-Onor. Interpellant illi qed inpoggi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tat-terms of reference li nghata l-bord ta’ inkjesta fuq il-kaz tal-mercaptan. Dan il-bord gie appuntat skont it-termini tal-Kap. 273, Att dwar l-Inkjesti, u li ma jippermettix li Ministru jordna investigazzjoni fuq inidividwi. Ngharraf lill-Onor. Interpellant ukoll illi, bhalma habbart fis-seduta tal-parlament nru. 471 ta’ nhar il-Erbgha 9 ta’ Mejju 2012, ghaddejt ir-rapport tal-bord ta’ inkjesta lill-Kummissarju tal-Puluzija.
Jista' l-Ministru jgħid min kien il-kuntrattur privat li tqabbad biex jaħraq il-mercaptan f’isem il-Korporazzjoni Enemalta? F’xi stadju jew ieħor, saru xi konsultazzjonijiet mal-WasteServ biex jiġu ddentifikati kuntratturi speċjalizzati f’dan il-qasam sensittiv u tekniku ħafna?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi r-risposta tingħata f’seduta oħra.
Billi ċ-chairman il-ġdid tal-Korporazzjoni Enemalta ma kienx involut fl-operat tal-korporazzjoni f’dak iż-żmien fuq liema bażi wasal għall-konkluzjoni kif għamel fl-ittra tiegħu lilek li l-korporazzjoni u d-diriġenti ewlenin tagħha anki jekk naqsu għamlu dan il-good faith – minghajr skopijiet ulterjuri meta tant kien hemm ħabi, u l-korporazzjoni naqset milli tagħti t-tagħrif mitlub anki lill-istess kummissjoni ta’ inkjesta?
Response (FENECH, TONIO)
Ngharraf lill-Onor. Interpellant illi iċ-Ċermen il-ġdid tal-Korporazzjoni Enemalta beda bil-funzjonijiet tiegħu fit-18 ta’ Novembru 2011. Kopja tar-rapport mill-Bord tal-inkjesta ġie mgħoddi liċ-Ċermen f’Jannar 2012.
Iċ-Ċermen eżamina r-rapport tal-Bord tal-Inkjesta u d-dokumenti marbuta miegħu u aċċetta wkoll il-konklużjonijiet tal-istess Bord fir-rigward ta’ dak mitlub minnu biex jiddetermina u jistabilixxi ir-responsabbiltà minn naħa tal-Enemalta jew l-impjegati tagħha.
Jista' l-Ministru jgħid jekk id-diriġenti tal-lab section tal-Korporazzjoni Enemalta jstgħux jgħidu jekk qattx saru jafu jew ġew avviċinati f’xi żmien jew ieħor biex jagħmlu tests jew jagħtu pariri tekniċi dwar il-każ tal-mercaptan u jekk iva, meta u minn min?
Response (FENECH, TONIO)
Ninsab infurmat illi l-istaff tal-Laboatorju tal-Korporazzjoni Enemalta kienu mitlub mis-sezzjoni tal-Fire tal-istess Korporazzjoni biex jagħtu parir tekniku biex inaddfu t-tank vojt wara l-inċident f’Settembru 2007 li sar fil-Qajjenza. It-tank ġie meħud mis-sezzjoni tal-Fire lejn Delimara biex jiġi żvujtat u l-Kimika ġiet trasferit go tank ieħr f’Delimara.
Tista’ l-Ministru tgħid kemm kien hemm studenti li ġew excluded mill-Iskejjel tal-Gvern f’dawn l-aħħar erba' snin? Għal kemm-il ġurnata dawn l-istudenti tkeċċew mill-iskola u għal liema raġuni ġew imkeċċija? Mil-liema skejjel dawn l-istudenti ġew imkeċċija?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed tipoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Wied il-Għajn, Fgura u Żejtun — ftuħ ta' Banka tal-Lottu
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm numru ta' banek tal-lottu ġewwa Wied il-Għajn, fil-Fgura u fiż-Żejtun separatament? Jista' jgħid ukoll f'kull lokalità msemmija separatament kemm huwa n-numru ta' banek tal-lottu li jista' jkun hemm miftuħa? X'inhuma l-kriterji għal ftuħ ta' banka tal-lottu? Jista' jgħid ukoll jekk hemmx xi restrizzjonijiet għal ftuħ ta' banka tal-lottu?
Response (FENECH, TONIO)
Ninsab infurmat illi preżentament hemm żewġ banek tal-lottu f’Wied il-Għajn, tnejn fil-Fgura u sitta fiż-Żejtun.
Taħt il-liċenza kurrenti, l-operatur jista jkollu sa massimu ta’ 230 banka tal-lottu madwar Malta u Għawdex.
Sa l-aħħar t’April 2012 kien hawn 217 –il banka tal-lottu qegħda topera.
Ir-restrizzjonijiet li hemm għal ftuħ ta’ banka tal-lottu huma li s-seller irid ikun idoneu u jkollu permess biex jopera banka tal-lottu mogħtija mill-Awtorita’ dwar il-Lotteriji u Logħob.
Jista' l-Ministru jghid jekk hux minnu jew le li persuni ta' nazzjonalità barranija u li jgħixu hawn Malta jħallsux madwar tliet darbiet aktar mill-Maltin għat-tariffi tad-dawl u l-ilma?
Response (FENECH, TONIO)
Ninsab infurmat li l-kontijiet tad-dawl u ta’ l-ilma jkunu bbażati u kkalkulati fuq in-numru ta’ persuni li jkun hemm reġistrati fuq il-kont, dan kif stipulat fl-Avviż Legali 331/08 li qed itpoġġa fuq il-mejda tal-kamra.
Skont dan l-istess Avviż Legali, is-sussidju jingħata fuq il-bażi ta’ residenza permanenti u mhux fuq bażi tan nazjonalita’ tal-konsumatur. Kull min huwa u eliġibbli u għandu d-dokumenti neċessarji, huwa ntitolat sabiex il-kont tiegħu jiġi meqjus u jinħadem fuq rata residenzjali.
Jista' l-Ministru jgħid jekk persuni ta' nazzjonalità barranija u li jgħixu hawn Malta wħud minnhom anke għal żmien twil u li jkollhom xi tip ta' mard kroniku humiex intitolati għal ċertu mediċini b'xejn jew le? Jekk fl-affermattiv, liema huma dawn il-mediċini jew it-tip ta' mard?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li persuni ta’ nazzjonalita’ barranija, li jgħixu hawn Malta u li għandhom id-dokumenti validi kollha tal-intitolament huma ntitolati għall-istess mediċini li qegħdin fil-Formularju tal-Gvern bħall-pazjenti ta’ nazzjonalita’ Maltija. Dawn huma dokumenti li jippruvaw li persuna hu kopert mill-Att dwar is-Sigurta’ Soċjali ta’ Malta jew inkella mir-regolamenti tal-Unjoni Ewropeja għall-Koordinament tas-Sigurta’ Soċjali.
Il-kriterji li fuqhom jingħata l-intitolament għall-mediċini b’xejn huma bbażżati fuq l-Att tas-Sigurtà Soċjali Kap 318 Art 23 u Skeda V ta’ l-istess att. Il-lista ta’ kundizzjonijet kroniċi ta’ Skeda V ġiet emendata uffiċjalment fis-27 ta’ Marzu 2012 kif ġie stabilit fl-avviż legali 81 tal-2012.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn households li għandhom solar panels u f'liema lokalitajiet jinsabu? Jista' jgħid jekk dawn hux kollha bbenefikaw mill-inċentivi tal-gvern jew le? Kemm hija l-għajnuna li jagħti l-gvern? Il-gvern għandu informazzjoni dwar kemm jagħtu għajnuna pajjiżi oħra tal-Unjoni Ewropea?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninsab infurmat li b’ kollox, f’ Malta u Ghawdex, hawn 5535 sistemi nstallati u awtoriżżati li minnhom 5335 ibbenefikaw minn incentivi tal-gvern. Il-gvern jaghti 50% tan-nefqa totali sa massimu ta’ €3,000.
L-iskema addottata f’Malta (2006 u 2008) kienet simili bħal dawk addottati fl-Ingilterra, Awstralija kif ukoll America. Skont indikazzjoni verbali mogħtija mill-PPCD (Ippjanar u Koordinament ta’ Prijoritajiet fi ħdan l-Uffiċċju tal-Prim Ministru), fl-Ewropa m’hemmx skemi bħal taghna għall-istallazzjoni ta’ pannelli Fotovoltajiċi li jinvolvu fondi tal-Unjoni Ewropea.
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra dokument bil-lista tal-ammont ta’ sistemi fotovoltajici skont il-lokalitajiet rispettiv.
Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li Triq Pawlu Micallef ġewwa l-Fgura tinbeniex u tiġi mogħtija t-tarmac ukoll? Jekk iva, meta huwa maħsub li dan isir?
Response (GATT, AUSTIN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari Nru 31257 fejn hemm spjegat il-proċedura wżata qabel tittieħed deċizjoni biex tinbena triq. Għalhekk waqt is-survey li se jsir dalwaqt, tkun tista’ tittieħed deċiżjoni dwar din it-triq.
Tista’ l-Ministru tgħid kemm kien hemm managers, deputy managers u ħaddiema fil-Public Broadcasting Services qabel ir-ristrutturar? Kemm hemm managers, coordinators u ħaddiema llum? Kemm kien il-massimu tal-paga tal-managers u d-deputy managers qabel ir-ristrutturar? Kemm huma s-salarji tal-manager, wieħed wieħed illum, u kemm huwa s-salarju ta’ kordinatur? Veru li l-kordinaturi huma intitolati għas-sahra?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Faċilità Korettiva ta' Kordin — nuqqas ta' gwardjani
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm gwardjani jaħdmu fil-Faċilità Korrettiva ta' Kordin? Jista' jgħid jekk hux konxju mill-fatt li jeżistu nuqqas ta' gwardjani fl-istess faċilità? Jista' jgħid kienx hemm ħsieb li jiġu ingaġġati aktar gwardjani fil-Faċilità Korrettiva ta' Kordin?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat li fil-Faċilita' Korrettiva ta’ Kordin hemm 183 uffiċċjal bl-uniformi li jaqdu dmirijiet ta’ kontroll u inforzar. Il-livell ta’ rizorsi umani li huma meħtieġa għall-iffunzjonar xieraq tal-Faċilita' huwa suġġett għal monitoraġġ kontinwu u sejħiet għall-ingaġġ isiru skont il-ħtieġa.