Legislature:
Category:
Reset
Active:

Hold ups

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm twettqu hold-ups bejn l-2005 u llum sena b'sena? Jista' jgħid kemm minnhom kienu solvuti? Jista' jgħid f'liema lokalitajiet ġraw? Jista' jgħid kemm insterqu flus f'kull hold up fejn dan japplika? Jista' jgħid f'kemm minn dawn il-hold ups intużat il-vjolenza? Jista' jgħid f'kemm minn dawn il-hold ups intużaw armi tan-nar jew armi li jaqtgħu u bil-ponta?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi din l-informazzjoni għadha qed tinġabar u ser tingħata f'xi seduta oħra.

Każijiet ta' Legionella u Scabies fl-iskejjel u djar tal-anzjani

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm il-każ ta' legionella u scabies instabu fl-iskejjel tal-Istat u fid-Djar tal-Anzjani b'mod separat, mill-Ispetturi tas-Sanità bejn l-2005 u llum, sena b'sena? F'liema skejjel u djar tal-anzjani instabu dawn il-każijiet? Kemm l-istudenti u l-anzjani kienu involuti f'dawn il-każijiet?

Response (CASSAR, JOSEPH)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Ċentri tas-Saħħa — ġranet u ħinijiet tal-ftuħ

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema huma ċ-Ċentri tas-Saħħa f'Malta u Għawdex? Jista' jgħid x'inhuma l-ġranet u l-ħinijiet tal-ftuħ ta' kull ċentru tas-saħħa b'mod separat? Jista' jgħid x'servizzi jingħataw f'kull ċentru tas-saħħa b'mod separat?

Response (CASSAR, JOSEPH)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

operazzjoni li qed tiġi posponuta

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 32774 u jara l-każ tal-anzjana li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, li qed tistenna biex tagħmel operazzjoni f'irkobbitha u d-data tal-operazzjoni ilha tiġi posponuta minn Ottubru tas-sena l-oħra?

Response (CASSAR, JOSEPH)

L-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar. Tweġiba tingħata f’xi Seduta oħra.

każ ta' sigurtà soċjali

Question

Jista' l-Minsitru jara l-każ tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, li tgħix fuq ir-relief imma tħoss li €450 fix-xahar mhumiex biżżejjed?

Response (SAID, CHRISTOPHER)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-persuna konċernata ġiet ikkuntattjata permezz tat-telephone minn l-Assistent Direttur Raymond Chetcuti.
Leg 11 PQ #33891 Sitting 473 2012-05-15 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol

każ ta' bdil ta' skola

Question

Tista' l-Ministru tara jekk it-tifla ta' tliet snin li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, tistax tibda tmur l-iskola tal-Fgura minflok dik ta' Ħal Tarxien peress li ommha tixtieq terġa' toħroġ taħdem u b'hekk oħtha tkun tista' tieħu ħsieb lil din it-tifla?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Omm it-tifla li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament ċemplet l-uffiċċju tal-Prinċipal titlob informazzjoni rigward ir-reġistrazzjoni ta’ bintha ta’ tliet snin fl-iskola Primarja A tal-Fgura. Peress li din il-familja toqgħod Ħal Tarxien, l-uffiċċju tal-Prinċipal ma setax jaċċetta din it-talba peress li ma taqax taħt xi waħda mill-kriterji għat-trasferimenti minn skola għal oħra jew minn kulleġġ għal ieħor kif stabbilit mid-Direttorat tal-Edukazzjoni.

każ ta' sigurtà soċjali

Question

Jista' l-Ministru jara fiex waslet l-applikazzjoni ta' anzjana li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, li applikat għal €300 u s'issa għadha ma rċeviet xejn?

Response (SAID, CHRISTOPHER)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-persuna ndikata minnu ġiet infurmata bil-miktub dwar il-każ tagħha.

każ dwar kont tad-dawl u l-ilma

Question

Jista' l-Ministru jara li l-każ tal-anzjan li -dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, peress li rċieva kont tad-dawl u ilma li jammonta għal €1649 meta s-soltu l-kont ma jkunx jaqbeż €200? Jekk m'hemmx żball jista' jara li xi ħaddiema jmorru fuq il-post għax jista' jkun li hemm xi ħsara?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi r-risposta tingħata f’seduta oħra.

talba għall-pensjoni

Question

Jista' l-Ministru jara l-każ tal-anzjana li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, peress li kienet ilha taħdem 11-il sena u issa tixtieq tara x'inhuma d-drittijeit tagħha peress li applikat għall-pensjoni?

Response (SAID, CHRISTOPHER)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-persuna ndikata minnu qed tiġi infurmata bil-miktub dwar il-każ tagħha.

tneħħija tar-rotta X6

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex ir-rotta X6 se titneħħa u dan a detriment ta' diversi Għawdxin li kienu jużaw din ir-rotta speċjalment fil-peak hours?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li għalkemm ir-rotta X6 sejra titneħħa mis-27 ta' Mejju, minflokha se tiġi introdotta rotta ġdida bin-numru 42 li se tgħaddi mill-istess rotta kif tagħmel ir-Rotta X6 illum, bid-differenza li minflok tgħaddi mill-bypass ta' San Pawl il-Baħar se tgħaddi minn Triq Parades, Triq San Pawl u Triq il-Mosta ġewwa San Pawl il-Baħar. Dan qed isir biex tiġi imtejba l-iskeda tal-vjaġġi bejn iċ-Ċirkewwa u l-Belt Valletta.

Ċirkewwa — Għawdxin li jipparkjaw

Question

In vista tax-xogħlijiet li qed isiru fiċ-Ċirkewwa, in vista tal-fatt li ħafna Għawdxin iħallu l-vetturi tagħhom fl-inħawi taċ-Ċirkewwa biex itaffu ftit mill-ispejjeż tat-trasport li għandhom ta' kuljum u in vista tal-fatt li l-ispazju għall-parkeġġ naqas drastikament u ħafna Għawdxin qed ilaqtu ħafna ċitazzjonijiet, jista' l-Ministru jara kif għandu jiġi mħolli spazzju għal parkeġġ għal dan il-għan?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li Transport Malta hi konxja mill-fatt li sakemm jitlestew ix-xogħlijiet fuq it-terminal taċ-Ċirkewwa, il-pubbliku, speċjalment l-Għawdxin li jħallu il-karozzi tagħhom ipparkjati ċ-Ċirkewwa, qed jesperjenzaw inkonvenjent, u qed isir sforz sabiex ix-xogħlijiet jitħaffu u b'hekk il-perjodu ta' nkonvenjenza jkun jista' jiqsar. Is-sitwazzjoni tal-parkeġġ se tkun l-agħar minn Mejju sa Ġunju meta ix-xogħlijiet fuq it- terminal innifsu u fuq it-toroq lejn u l’barra mit-terminal se jkunu fl-aqwa tagħhom. Ftit ftit l- areas affetwati se jibdew jonqsu u l-postijiet ta' parkeġġ jibdew jiżdiedu. Transport Malta qiegħda wkoll tikkordina internament bejn il-proġett tat-terminal u dak tat-triq ħalli, kemm jista’ jkun possibli, jiġu liberati spazji għall-parkeġġ, filwaqt li x-xogħlijiet ikunu wkoll jistgħu jipproċedu mingħajr interruzjonijiet.

Spiżerija tal-Għażla Tiegħek — Warfarine tal-1mg

Question

Peress li fl-Ispiżerija tal-Għażla Tiegħek Għawdex in-nies mhux qed isibu il-Warfarine tal-1mg, jista' l-Ministru jara kif jindirizza din is-sitwazzjoni?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Infurmat li ġiet konsenja urġenti bl-ajru biex tkopri tliet ġimgħat sakemm tasal f’Malta l-konsenja propja fi żmien ġimagħtejn.

karozzi tat-trasport pubbliku antiki

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm minn dawn il-karozzi li kienu jintużaw għat-trasport pubbliku ma ġewx skrapjati u kemm minnhom ġew?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li mill-508 li kienu jintużaw għat-trasport pubbliku f’Malta, n-numru ta’ vetturi li ġew skrapjati jammonta għal 165. Mill-ammont ta’ 343 vettura li ma ġewx skrapjati, dawn huma hekk kif ġej: · 75 ġew miżmuma mis-sidien oriġinali; · 3 ġew miżmuma mis-sidien oriġinali bħala vintage buses fuq ir-rotot tat-trasport għat-turisti skont il-PTSR L.S 499.56; · 127 ġew mgħoddija lill-Heritage Malta; · 118 ġew mixtrija mill-kumpanija Arriva Malta Ltd; · 1 ġiet miżmuma minn Transport Malta għal raġunijiet ta’ taħriġ; · 8 ġew mixtrija minn entitajiet governattivi; · 1 ġiet mgħoddija lill-Malta Red Cross; · 10 għadhom għand is-sid oriġinali minħabba raġunijiet legali jew bejn terzi persuni. Mit-78 karozzi tal-linja li kienu joperaw għat-trasport pubbliku ġewwa Għawdex, minnhom ġew skrapjati 3. Il-75 l-oħra huma hekk kif ġej: · 64 għandhom liċenzja mġedda; · 8 ġew garaxxjati; · 1 m’għandux il-liċenzja mħallsa; · 2 għadhom miżmumin minħabba raġunijiet legali.

informazzjoni dwar nies li jirreġistraw

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm kien hemm nies qed jirreġistraw għax-xogħol, kemm ilhom, x'età għandhom u x'livell ta' edukazzjoni għandhom? Għal-liema xogħlijiet kienu qed jirreġistraw fl-aħħar ta' April 2012?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni mitluba qed tipoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

skemi biex l-industrija timpjega iktar ħaddiema

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx skemi eżistenti biex l-industrija timpjega iktar ħaddiema fix-xhur li ġejjin? Jista' jgħid jekk hemmx xi regolamenti li jorbtu lil dawk li jieħdu dawn l-iskemi biex jimpjegaw ħaddiema magħhom?

Response (FENECH, TONIO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi din il-mistoqsija għandha tiġi riferuta lil Korporazzjoni reposponsabbli mill-impjieg. L-inċentivi tal-Malta Enterprise huma ibbażati fuq investiment, madankollu isiru aktar effettivi meta ikun hemm żieda fl-impjieg. L-iskema Microinvest, tinċentiva negozji li jimpjegaw inqas minn 10 persuni biex iżidu l-impjieg. Ir-regolamenti huma elenkati fil-linji gwida tal-inċentiv li qed jitpoggew fuq il-Mejda tal-Kamra. Dawn jinsabu ippublikati fiskati fis-sit http://support.maltaenterprise.com/index_files/MicroInvest.htm

nisa fid-dinja tax-xogħol

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm hawn nisa fid-dinja tax-xogħol f'Malta u f'Għawdex? Kemm huwa proġettat li din il-figura attwalment tista' tikber u x'tip ta' taħriġ jeżisti għal dawk in-nisa li jixtiequ jingaġġaw ruħhom fid-dinja tax-xogħol?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni mitluba qed tipoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Mosta — child care centre

Question

Tista' l-Ministru tgħid meta hemm il-ħsieb li tinfetaħ u tibda topera ċ-Childcare Centre fil-Mosta?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant sabiex jagħmel din il-Mistoqsija lill-Ministru kkonċernat, peress li dan iċ-childcare centre mhux wieħed li se jinfetaħ mill-Ministeru tiegħi.

informazzjoni rigward child care centers

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm kien hawn Childcare Centers joperaw matul is-snin 2007, 2008, 2009, 2010 u 2011? F'liema żona kienu? Kemm kellhom kapaċità li jieħdu tfal u kemm attwalment ħadu tfal u kemm iridu jħallsu l-ġenituri biex jkunu jistgħu jieħdu t-tfal tagħhom f'dawn ċ-Childcare Centers?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni mitluba qed tipoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Ħal Farruġ — upgrade ta' bus shelter

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta se jiġi upgraded il-bus shelter li hemm fil-qalba tal-area residenzjali f'Ħal Farruġ - Ħal Luqa, jiġifieri qrib il-kappella, u dan sabiex ikun anqas perikoluż għal min jagħmel użu minnu, u dan peress li l-bank li hemm huwa magħmul minn saratizzi skaldati?

Response (GATT, AUSTIN)

Jien infurmat li Transport Malta ħadet nota ta’ dan il-bus shelter sabiex tara x’hemm bżonn isir u sabiex jitwettaq dan ix-xogħol aktar tard din is-sena.