Legislature:
Category:
Reset
Active:

Translation tools għall-impairment jew learning difficulty

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm-il gvern akkwista programmi edukattivi fosthom ukoll dak li għandhom translation tools skont l-impairment jew learning difficulty f'dawn l-aħħar ħames snin kull sena rispettivament u tagħti d-dettalji rispettivi u tgħid mil-liema skejjel jiġu utilizzati?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Ministeru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali — kawżi fuq awtoritajiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kellu kawżi fil-konfront ta' Awtoritajiet u/jew entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu matul dawn l-aħħar ħames snin sena b'sena?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.
Leg 11 PQ #34469 Sitting 474 2012-05-16 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — kawżi fuq awtoritajiet

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm kellha kawżi fil-konfront ta' Awtoritajiet u/jew entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru tagħha matul dawn l-aħħar ħames snin sena b'sena?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Nixtieq ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-Ministeru għal Għawdex m'għandux awtoritajiet u/jew entitajiet li jaqgħu taħtu.

Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — kawżi fuq awtoritajiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kellu kawżi fil-konfront ta' Awtoritajiet u/jew entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu matul dawn l-aħħar ħames snin sena b'sena?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi r-risposta se tingħata f’seduta oħra.

Ministeru għall-Kompetizzjoni Ġusta, Negozji Żgħar u Konsumatur — kawżi fuq awtoritajiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kellu kawżi fil-konfront ta' Awtoritajiet u/jew entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu matul dawn l-aħħar ħames snin sena b'sena?

Response (AZZOPARDI, JASON)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jispeċifika jew jispjega t-tifsira tal-kelma “kawżi”.

Ministeru tal-Affarijiet Barranin — kawżi pendenti fuq awtoritjiet

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Affarijiet Barranin jgħid kemm kellu kawżi fil-konfront ta' Awtoritajiet u/jew entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu matul dawn l-aħħar ħames snin sena b'sena?

Response (BORG, TONIO)

Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-Ministeru tal-Affarijiet Barranin ma kellux kawżi fil-konfront ta' awtoritajiet u/jew entitajiet li jaqgħu taħtu matul dawn l-aħħar ħames snin.

Ministeru tal-Intern u Affarijiet Parlamentari — kawżi fuq awtoritajiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kellu kawżi fil-konfront ta' Awtoritajiet u/jew entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu matul dawn l-aħħar ħames snin sena b'sena?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi ma jirriżultax li kien hemm dawn il-kawżi li qed jirreferi għalihom l-Onorevoli Interpellant.

ID Cards — MY Health

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Gvern hux jikkonsidra li mal-bidla tal-ID Cards, jagħmel ukoll il-faċilità liċ-ċittadini, jagħmlu wkoll l-ID ta' MY Health u dan sabiex is-servizz ikun aktar aċċessibli għal kulħadd?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Infurmat li s-servizz tal-myHealth m'għandux ID tiegħu imma jiddependi fuq l-identità elettronika nazzjonali li hi pprovduta liċ-ċittadini mill-Ministeru tal-Intern u Affarjiet Parlamentari. Għal risposta dwar il-process li se jintuza għal bdil tal-ID Cards u l-ħruġ tal-identità elettronika nazzjonali, li fuqu tiddepedni is-sistema myHealth , nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jagħmel il-Mistoqsija lill-Ministru konċernat.

Malta Development Corporation/Malta Enterprise — nefqa

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa kull sena mill-2004 ‘l hawn tal-Malta Development Corporation/Malta Enterprise f’għajnuna lill-kumpaniji Maltin u Għawdxin separatament? Jista’ jagħti din l-informazzjoni skont l-iskema li taħtha ngħatat l-għajnuna?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra rapport konċiż tal-iskemi kollha li kienu amministrati mil-Malta Enterprise sa mill-2004 u li ġew approvati. L-informazzjoni twassal sa Diċembru 2011. Informazzjoni għal din is-sena għadha mhix disponibbli.
Leg 11 PQ #34505 Sitting 474 2012-05-16 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Casual Social Assistants ingaġġati

Question

Tista’ l-Ministru tgħid jekk ir-riżultat tal-intervista li kienet saret għall-ingaġġ ta’ Casual Social Assistants ħariġx? Jekk ħareġ meta u kemm ġew impjegati Casual Social Assistants ġodda minn dawk li kkwalifikaw minn dak l-eżami? Jekk ir-riżultat għadu ma ħariġx, għaliex? Meta mistenni joħroġ?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Peress li s-sejħa għall-applikazzjonijiet għall-mili ta' postijiet ta' social assistants ħarġet mill-Ministeru għas-Saħħa, l-Anzjani u l-Kura fil-Komunità, nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel il-Mistoqsija lill-Ministru konċernat.

Settur tas-Saħħa u xogħol soċjali — ħaddiema full-time

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 33997 fejn irrefera għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 33996 u cioè għal News Release Numru 088/2012 li ħarġet illum it-Tnejn, 7 ta’ Mejju 2012 liema News release ma tagħtix l-informazzjoni li jiena tlabt dwar Għawdex, jista’ l-Ministru issa jgħid kemm kien hemm ħaddiema jaħdmu full-time fis-settur tas-saħħa u xogħol soċjali f’Malta u f’Għawdex separatament fl-aħħar ta’ Ġunju u fl-aħħar ta’ Diċembru tal-2011? Kemm minnhom kienu fis-settur pubbliku? Kemm minnhom kienu nisa u kemm kienu rġiel? Kemm minnhom kienu self-employed?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 11 PQ #34507 Sitting 474 2012-05-16 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Proġett ta' Ċentru Mediterranju fir-Riċerka, Żvilupp u Innovazzjoni

Question

B’referenza għat-tweġiba mogħtija għal mistoqsija parlamentari 33994 dwar mistoqsija parlamentari 32195 fuq ftehim għat-tkabbir ta' siġar u pjanti ta' valur ġenetiku, peress li l-Ministru rreferietni għall-istess Mistoqsija li kont qed nirreferi għaliha jien fejn l-Ministru kienet qalet li “l-ftehim mal-Università ta' Malta dwar il-proġett ta' Ċentru Mediterranju fir-Riċerka, Żvilupp u Innovazzjoni ser jiġi ffirmat fil-ġimgħat li ġejjin”, peress li issa għaddew sitt ġimgħat, tista’ l-Ministru issa tgħid jekk dan il-ftehim ġiex iffirmat? Jekk fl-affermattiv meta? Tista’ tpoġġi kopja ta’ dan il-ftehim fuq il-Mejda tal-Kamra? Jekk għadu ma ġiex iffirmat, għaliex ma ġiex iffirmat? Meta mistenni li jiġi ffirmat?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li l-ftehim għadu ma ġiex iffirmat. Jitqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra meta jkun iffirmat.
Leg 11 PQ #34508 Sitting 474 2012-05-16 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

returns dwar il-vot kapitali tal-Ministeru

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsijiet parlamentari 33984 u 34283, peress li: a) l-poplu u r-rappreżentanti tiegħu għandhom dritt ikunu jafu, jiflu u jagħrblu kull flus minfuqa mill-gvern fid-dettal tagħha sal-punt li jkunu huma sodisfatti u mhux il-Ministru li tkun nefqet flus il-poplu li dawk il-flus jkunu ntnefqu sewwa; b) l-Awditur Ġenerali fl-aħħar rapport tiegħu għas-sena 2010 qal li l-Ministeru tagħha għandu nuqqasijiet kbar ta’ kontrolli u irregolaritajiet kbar fl-infiq ta’ flus il-poplu; u ċ) in-nuqqasijiet u l-irregolaritajiet tal-Ministeru tagħha huma ħafna akbar min-nuqqasijiet tal-Minsteri l-oħra kollha tant li t-Times tat lill- Ministeru tal-onor Debono il-midalja tad-deheb għax kissret kull rekord tal-Gvern f’dawn in-nuqqasijiet u irregolaritajiet; tista' l-Ministru tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tar- returns bi break down dettaljat tal-ispiża li saret fuq kull item tal-Vot Kapitali tal-Ministeru tagħha li ntbagħtu lill-Budget Office fil-Ministeru tal-Finanzi għal Diċembru 2010, għal Novembru 2011 u għal Diċembru 2011?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant li m'għandi xejn x'inżid mar-risposti li tajt għall-Mistoqsijiet Parlamentari Numri 33984 u 34283.

Vot Kapitali tal-Ministeru għal Għawdex — breakdown tar-returns

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tar-returns bi break down dettaljat tal-ispiża li saret fuq kull item tal-Vot Kapitali tal-Ministeru għal Għawdex li ntbagħtu lill-Budget Office fil-Ministeru tiegħu għal Diċembru 2010 u għal Diċembru 2011?

Response (FENECH, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 34508.

Servizzi lill-persuni li jbatu bl-ażma

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'servizzi u għajnuniet jagħti l-gvern lill-persuni li għandhom l-ażma f'Malta u Għawdex separatament?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Infurmat li l-Ażżma Kronika hija waħda mill-kundizzjonijiet fil-lista tal-Ħames Skeda skont l-Att dwar is-Sigurtà Soċjali (Kap 318), liema lista għadha kif ġiet emendata uffiċjalment fis-27 ta’ Marzu 2012, kif ġie stabilit fl-avviż legali 81 tal-2012. Permezz ta’ din l-iskeda, nies li jbatu minn Ażżma Kronika huma ntitolati għall-mediċini b’xejn li qegħdin fil-Formolarju tal-Gvern. Fl-isptar Mater Dei hemm klinika speċifikament għal dawn il-pazjenti. Wieħed mit-testijiet li jsiru huwa l-Lung Function Test. Fl-Isptar t’Ghawdex pazjenti li jbatu minn Ażżma Kronika jattendu fuq bażi regolari l-outpatients tal-mediċina fejn ikunu taħt il-kura tal-konsulent tal-mediċina. Testijiet mediċi inkluż Lung function tests isirulhom ġewwa l-isptar. Dawn il-pazjenti huma ntitolati għall-istess benefiċji bħal f’Malta.

Persuni li jbatu bl-asthma

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm persuni li jbatu bl-ażma f'pajjiżna, f'kull lokalità ta' Malta u Għawdex separatament? Kemm minnhom huma nisa u kemm minnhom huma rġiel? Jista' jagħti l-informazzjoni skont l-età?

Response (CASSAR, JOSEPH)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Mellieħa — sinjali tat-triq ħdejn il-lukanda Seabank

Question

Peress li minn ħdejn il-lukanda Seabank, il-Mellieħa mhemmx sinjali biex jigwidaw lis-sewwieqa li jkunu ġejjin mal-vapur ta' Għawdex; peress li t-triq prinċipali għal Mellieħa tinsab magħluqa u peress li dan in-nuqqas ta' senjaletika qed ikun ta' inkonvenjent għas-sewwieqa u anke qed ikun kaġun ta' perikolu għalihom, jista' l-Ministru jara li jkun hemm senjaletika opportuna u adegewata?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li bħala parti mill-pjan tal-immaniġġjar tat-traffiku, fiż-żona msemmija ġew installati numru ta’ tabelli adekwati li juru d-direzzjoni lis-sewwieqa.

Life Science Park — spiża tal-proġett

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'wassal biex l-ispiża tal-proġett tal-Life Science Park tiżdied bi €12-il miljun u xi tħallas s'issa minn dan il-proġett? Jista' jgħid kemm kienet se toħroġ l-Unjoni Ewropea u kemm kin se joħroġ il-gvern Malti meta l-proġett kien se jiġi jiswa €16-il miljun, u x'se jkunu qed joħorġu issa li l-proġett se jiġi jiswa €32 miljun?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi r-risposta tingħata f’seduta oħra.

Prezzijiet taċ-ċilindri tal-gass

Question

Jista' l-Ministru jagħti l-prezzijiet taċ-ċilindri tad-daqsijiet differenti tal-gass mis-sena 2008 sal-lum xahar b'xahar li bihom inbiegħu lill-konsumatur?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra dokument bl-informazzjoni mitluba.

Każijiet in konnessjoni mal-VAT — persuni l-ħabs

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il persuna spiċċat il-ħabs minħabba każijiet in konnessjoni mal-VAT, sena b'sena mis-sena 2000 sal-lum? Jista' jgħid x'kienu r-reati mwettqa? Jista' jgħid bħala medja x'tip ta' sentenzi ingħataw?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi matul is-snin 2000, 2001, 2002, 2003 u 2012 ma jirriżultax li kien hemm xi persuni li spiċċaw fil-Faċilita' Korrettiva ta' Kordin relatati ma' każijiet in konnessjoni mal-VAT. It-tabella t'hawn taħt turi n-numru ta' dawk il-persuni li spiċċaw il-ħabs minħabba l-każijiet imsemmija matul is-snin 2004, 2005, 2006, 2007, 2008, 2009, 2010 u 2011. Infurmat ukoll illi r-reati mwettqa kienu jinvolvu nuqqas ta' ħlas tal-VAT u multi u s-sentenzi li ngħataw kienu multi li ġew konvertiti f'pieni ta' priġunerija.