Legislature:
Category:
Reset
Active:

Sptar Ġenerali t'Għawdex — Central Sterile Supply Departiment

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi s-sitwazzjoni fis-Central Sterile Supply Departiment tal-Isptar t'Għawdex? Jista' jgħid x'kien l-investiment li sar f'dan id-dipartiment mill-2004 sal-lum, sena b'sena?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jagħmel il-Mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Leg 11 PQ #33763 Sitting 474 2012-05-16 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Ministeru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol

Proġett tal-White Rocks

Question

Tista' l-Ministru tgħid f'liema stadju wasal il-proġett tal-White Rocks?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għall-Mistoqsija Parlamentari numru 28974

Bieb il-Belt, il-Parlament u t-Teatru Rjal — nefqa fuq il-proġett

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm intnefqu flus fuq il-proġett ta' Bieb il-Belt, il-Parlament u t-Teatru Rjal u kemm tħallsu b'mod separat sal-lum? Minn fejn ġew finanzjati? Jista' jgħid f'liema stadju wasal kull wieħed minn dawn il-proġetti? Jista' jgħid f'liema stadju wasal kull wieħed minn dawn il-proġetti? Jista' jgħid jekk ix-xogħlijiet humiex on schedule?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li sa Frar 2012 l-ispiża totali tal-proġetti in kwistjoni kienet ta’ €29,306,655 maqsuma kif ġej: €1,485,112 għal Bieb il-Belt; €12,960,721 għal Bini tal-Parlament il-Ġdid; u €1,445,977 għat-Teatru u l-Pjazza u spejjeż ġenerali għall-proġetti kollha ta’ €13,414,845. Dawn l-ispejjeż kienu ffinanzjati mill-Grand Harbour Regeneration Corporation. Il-progress fuq kull proġett huwa kif ippjanat u wasal fl-istadju li se ngħid. Dwar Bieb il-Belt, dan qiegħed fi stadju ta’ kostruzzjoni; Dwar il-Parlament, jien infurmat li dik magħrufa bħala s-superstructure kważi tlestiet filwaqt li nbdew ix-xogħlijiet fuq stallazzjonijiet mekkaniċi, elettriku u ilma. Ix-xogħlijiet fuq il-qoxra ta’ barra nbdew ukoll. Il-kuntratt għal xogħol ta’ finishes ingħata wkoll u l-kuntrattur mistenni jibda dalwaqt. Dwar it-Teatru, ix-xogħlijiet fuq il-backstage mexjin skond il-pjan bl-art mistennija tkun lesta sa nofs Mejju. Ix-xogħlijiet fuq il-pedamenti tat-teatru nnifsu mexjin ukoll u huwa mistenni li l-ewwel xogħol tal-istruttura tal-ħadid jibda fil-bidu ta’ Mejju.

Bieb il-Belt, il-Parlament u t-Teatru Rjal — kuntratturi u konsulenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid min huma l-kuntratturi/konsulenti li tħallsu fuq il-proġett ta' Bieb il-Belt, il-Parlament u t-Teatru Rjal u kemm tħallsu b'mod separat sal-lum?

Response (GATT, AUSTIN)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

Roħs tal-mediċini

Question

Jista' l-Ministru jippubblika l-prezzijiet tal-aħħar sett ta' mediċini li roħsu f'Malta (stqarrija DOI 812) fl-Italja, Ċipru, Spanja u l-Portugall?

Response (AZZOPARDI, JASON)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta tal-mistoqsija numru 33749 fejn fiha kienu inagħtaw il-prezzijiet ta’ l-imsemmi mediċini fi Spanja, l-Italja u l-Portugal. Qed inpoġġi l-informazzjoni dwar il-prezzijiet ta’ dawn il-medicini f’Ċipru fuq il-Mejda tal-Kamra. Ta’ min wieħed issemmi li jista’ jkun hemm ċirkostanzi fejn il-prezzijiet tal-mediċini fil-pajjiżi msemmija jkun irħas minħabba l-kobor u volum tas-suq. Fattur li Malta minħabba ċokon tagħha ma tkunx tista tipparagwa miegħu.

każ dwar kont tad-dawl u l-ilma

Question

Jista' l-Ministru jara l-każ ta' anzjana li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, li rċeviet kont tad-dawl u l-ilma ta' €3636? Jista' xi ħadd mill-ARMS Ltd jara jekk għandhiex xi żball fil-kont?

Response (FENECH, TONIO)

Ninsab infurmat li l-informazzjoni ingħatat lil-ARMS Ltd li minn naħa tagħha se tikkomunika direttament mal-klijient.

talba għal sussidju

Question

Jista' l-Ministru jara jekk il-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, għandhiex tieħu sussidju fuq dawl u l-ilma peress li mietilha r-raġel u tgħix bil-minimum wage?

Response (SAID, CHRISTOPHER)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-persuna ndikata minnu ġiet infurmata bil-miktub dwar il-każ tagħha.

każ ta' kont tad-dawl u l-ilma

Question

Jista' l-Minsitru jara l-każ ta' armla li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, li qed tirċievi kontijiet tad-dawl u l-ilma għoljin ħafna? Jista' jara li xi ħaddiema mill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma jara il-każ?

Response (FENECH, TONIO)

Ninsab infurmat li l-informazzjoni ingħatat lil-ARMS Ltd li minn naħa tagħha se tikkomunika direttament mal-klijient.

Kont tad-dawl u ilma

Question

Jista' l-Ministru jara li jinħareġ il-kont tad-dawl u ilma ta' kopja anzjana li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament?

Response (FENECH, TONIO)

Ninsab infurmat li l-informazzjoni ingħatat lil-ARMS Ltd li minn naħa tagħha se tikkomunika direttament mal-klijient.

Pjanijiet għat-tibdil tal-post minflokk is Ship Building fil-Marsa u Raħal Ġdid

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhuwa l-pjan fejn qabel kien hemm ix-Ship Building fil-Marsa u Raħal Ġdid? Jista' jgħid jekk il-gvern kellux xi laqgħat biex din l-art tinbidel għal skop ieħor? Jekk fl-affermattiv x'kienu l-laqgħat? Jekk qatt ma saru laqgħat, jista' jgħid jekk hemmx xi pjan għal din l-area? Jista' jgħid jekk hemmx xi pjanijiet għal Sir Paul Boffa Avenue? Jista' jgħid jekk hemmx il-ħsieb li ssir xi flyover? Hemm il-ħsieb li jsir pjan biex jonqos it-traffiku?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #33964 Sitting 474 2012-05-16 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol

Kumpanija li mhux qed tieħu l-fondi

Question

Tista' l-Ministru tgħid għaliex kumpanija li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament li hija koperativa li l-ħaddiema qed jilmentaw li mhux jitħallsu u kull meta l-ħaddiema jgħidu lil ta' fuqhom, jgħidilhom li għadu ma ħax il-fondi mingħand il-gvern?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Nitlob l-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

domanda għaċ-childcare centres

Question

Tista' l-Ministru tgħid jekk hemmx xi studju fejn juri kemm hawn domanda għaċ-childcare centers? Liema żoni fil-pajjiż l-iktar li għandhom bżonn dawn iċ-childcare centers? X'inhi l-politika tal-gvern preżenti dwar dawn iċ-ċentri? Meta u fejn hemm il-ħsieb li jinfetħu iktar ċentri?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

San Pawl il-Baħar — servizz ta' home help

Question

Peress li minn żmien għal żmien qed niltaqa' ma' persuni li qed isibuha diffiċli (b'mod partikolari fl-inħawi ta' San Pawl il-Baħar) biex jingħataw servizz ta' home help, għaliex qed jingħad li m'hemmx nies li jridu jiġu jaħdmu f'din il-lokalità, jista' l-Ministru jara jekk hemmx possibilità li din is-sitwazzjoni tiġi indirizzata billi jiġu impjegati dawk in-nies li huma meħtieġa għal dan ix-xogħol?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Infurmat li d-Dipartiment qed jevalwa s-sitwazzjoni u qed jara x’miżuri jista’ jieħu f’dan ir-rigward.

regolatur fuq prodotti importati

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 33489 u 32492 li oriġinarjament saret lill-Ministru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid jekk jeżistix xi body-regulator li jirregola kemm importatur irid u għandu d-dritt li jagħmel profitt fuq il-prodotti li jimporta? Jista' jgħid jekk humiex l-istess regolamenti li jirregolaw lil dan il-body irrelevanti minn xi jkun qed jiġi impurtati?

Response (AZZOPARDI, JASON)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi r-risposta se tingħata f’seduta oħra.
Leg 11 PQ #34226 Sitting 474 2012-05-16 Oral · Final From: ANTHONY AGIUS DECELIS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Nefqa fuq konsulenzi

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 33479 u jgħid kemm kienet in-nefqa f'konsulenza matul is-sena 2011 u l-ewwel tliet xhur tas-sena 2012?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Dwar in-nefqa f’konsulenza għas-sena 2011, nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għar-risposta tiegħi f’mistoqsija parlamentari numru 33415. Għall-ispiża fl-ewwel tlett xhur tal-2012, qed inpoġġi l-informazzjoni fuq il-Mejda tal-Kamra.

tnaqqis mill-budget

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 33300 u jgħid liema oqsma se jintlaqtu l-iktar ħażin u allura l-programm ppjanat se jkollu jinbidel fil-qasam tal-biedja u sajd minħabba nuqqas u l-qtugħ ta' flus li se jseħħ wara li fil-budget il-gvern kellu jerġa' jnaqqas €40 miljun minnu?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 33238.
Leg 11 PQ #34231 Sitting 474 2012-05-16 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għal Għawdex

Xagħra — Triq Liberat Grech

Question

Tista' l-Ministru twieġeb mistoqsija parlamentari W548, li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni u issa ġiet riferuta lilha u jgħid meta se tiġi asfaltata Triq Liberat Grech fix-Xagħra, Għawdex?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li din it-triq ser tiġi asfaltata iktar 'il quddiem meta jkun possibbli.

Għawdex — Xagħra - Triq Sansuna

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari W549, li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni u issa ġiet riferuta lilu u jgħid meta se titwessa' Triq Sansuna fix-Xagħra Għawdex?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat li t-twessiegħ ta’ Triq Ta’ Sansuna jinvolvi esproprjazzjoni ta’ art privata u għaldaqstant il-kunsill għalissa ma jista’ jagħmel ebda intervent

Xagħra — Triq Ġnien Imrik - kumulu tal-ilma

Question

Jista' l-Minsitru jwieġeb mistoqsija parlamentari W547, li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni u issa ġiet riferuta lilu u cioè: Peress li r-residenti ta' Triq il-Ġnien Imrik fix-Xagħra Għawdex senjatament il-parti ta' isfel tat-triq li tiġi l-iktar qrib tal-lukanda Cornucopia qed jilmentaw minħabba kumulu ta' ilma li jinġabar meta tkun ix-xita u dan qed joħloq inkonvenjent għar-residenti, jista' l-Ministru jara kif din il-problema tiġi riżolta?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Peress li, skont ma jien infurmat, il-Ministeru għal Għawdex kien qed jagħmel culvert tal-ilma fl-imsemmija triq, nitlob lill-Onorevoli Interpellant sabiex tagħmel il-Mistoqsija tagħha lill-Ministru kkonċernat

Ħal Farruġ — klieb abbandunati

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta d-Dipartiment tal-Animal Welfare se jieħu ħsieb l-għadd ta' klieb abbandunati fiż-żona ta' Ħal Farruġ u li ġieli kienu ta' periklu għat-tfal residenti f'din l-area u dan minkejja l-għadd ta' rapporti regolari li r-residenti jagħmlu lill-awtoritajiet?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Filwaqt li nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 5673 fejn hemm indikat li diġà kienu tneħħew xi-klieb fiż-żona ta’ Ħal-Farruġ. Jista’ jkun il-każ li hemm numru ta’ klieb ġodda li minn żmien għal żmien qed jiġu abbandunati fl-akkwati. Minn dak ż-żmien saru wkoll numru ta’ spezzjonijiet fuq l-imsemmija żona u jirriżulta li hemm numru żgħir ta’ klieb li kienu qed jinżlu fiż-żona residenzjali għax kienu qed jiġu mitmugħa minn numru ta’ residenti. Dawn l-klieb qatt ma jkunu fl-istess post u jkunu qegħdin jiġġerrew minn żona għal oħra. Għaladqastant huwa kruċjali li r-rapporti jsiru lid-Direttorat għal-Ħarsien tal-Annimali immedjatament kif ukoll li dawn r-rapporti jagħtu deskrizzjoni eżatta tal-ħin u l-post fejn jkunu jiġġerrew dawn l-klieb. L-ispezzjonijiet qed jsiru abbażi tar-rapporti li jsiru u fejn qed jinstabu klieb abbandunati li jistgħu jkunu ta’ periklu għar residenti dawn qegħdin jinġabru minnufih.