Legislature:
Category:
Reset
Active:

Programm għat-tkabbir tal-Port tal-Imġarr

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hux programmat li jsir tkabbir tal-port tal-Imġarr? Jekk fl-affermattiv, x’sar s’issa għat-twettiq ta’ dan il-proġett? Saru xi studji fuq il-proġett? Jekk fl-affermattiv, jista’ jpoġġi kopja tagħhom fuq il-Mejda tal-Kamra? Saru xi pjanti tiegħu? Jekk fl-affermattiv, jista’ jpoġġi kopja tagħhom fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li sal-lum, il-Ministeru tiegħi m'għandu l-ebda programm sabiex ikabbar il-port tal-Imġarr.

Marsaxlokk — Triq Melqart u Triq iż-Żejtun - ħsarat fil-kanen tal-ilma

Question

Jista' l-Ministru jintervjeni stante li għad li r-residenti ta' Triq Melqart u Triq iż-Żejtun Marsaxlokk ippreżentaw kemm-il rapport dwar il-ħruġ ta' ilma b'konsegwenza ta' ħsarat, il-ħaddiema tal-Korporazzjoni għas-Serivizzi tal-Ilma qegħdin jonqsu milli jiġu mibgħuta fuq il-post u jsewwu l-ħsara fil-kanen tal-ilma?

Response (FENECH, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma dan l-aħħar sofriet minn xi pressure surge temporanja mhux mistennija fis-sistema tad-distribuzzjoni f’Marsaxlokk, li rriżultat f’diversi ħsarat żgħar fl-istess sistema. Il-Korporazzjoni, wara li identifikat dawn il-ħsarat, mill-ewwel bagħtet il-ħaddiema fuqhom. Dawn issa ssewwew waħda wara l-oħra.

kunsilli lokali — informazzjoni

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm ħaddiema mal-kunsilli segwenti u kemm hi l-popolazzjoni ta' kull lokalità msemmija: Ħad-Dingli, Rabat, Siġġiewi, Ħaż-Żebbug, Ħal Lija, Ħal Balzan, Ħ'Attard, Naxxar, Birkirkara, Tal-Pietà, Santa Venera, Ħamrun, Furjana, Valletta, Tas-Sliema u San Ġiljan?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Filwaqt li ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni dwar il-popolazzjoni tinsab fis-sit elettroniku tad-Dipartiment Għall-Gvern Lokali (www.dlg.gov.mt), qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-informazzjoni mitluba..

MEUSAC u kunsilli lokali — korrispondenza

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 34360 u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-korrispondenza kollha għaż-żmien bejn 1 Frar 2010 u 30 Ġunju 2010 li għaddiet bejn il-MEUSAC u l-Kunsilli Lokali ta’ Ħad-Dingli, tar-Rabat, tal-Imdina, ta’ Ħ’Attard, ta’ Ħal-Lija, ta’ Birkirkara, ta’ Santa Venera, ta’ Ħal-Balzan, tan-Naxxar, tal-Ħamrun, tal-Furjana u tal-Belt Valletta?

Response (SAID, CHRISTOPHER)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant sabiex tkun aktar speċifika fid-domanda taghha sabiex tkun tista' tingħata l-informazzjoni mitluba.

Lista tal-impjegati mar-Rappreżentanza Permanenti ta' Malta fl-Unjoni Ewropea

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Affarijiet Barranin jagħti lista tal-impjegati mar-Rappreżentanza Permanenti ta' Malta fl-Unjoni Ewropea, u jgħid min huma dawk li jaħdmu full-time u part-time jew b'xi arranġamenti oħra?

Response (BORG, TONIO)

Ir-risposta tar-Rapreżentanza Permanenti ta' Malta għall-Unjoni Ewropea u tal-Ambaxxata Bilaterali għall-Belgju qed tiġi mhurija fit-tabella annessa.

Kunsilli Lokali — impjegati li jiġu minn xulxin fl-istess kunsill

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 34254, jista' l-Ministru jgħid x'inhu x-xogħol tal-ħaddiema li jaħdmu fil-kunsilli msemmija u li jiġu minn xulxin, u kull impjegat u impjegata (li jiġu minn xulxin) kemm ilhom jaħdmu mal-kunsill?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra tabella l-informazzjoni kif mitlub mill-Onorevoli Interpellant.

Applikazzjonijiet ta' oqbra proċessati

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma li qabel l-elezzjoni tal-2008 intbagħtu ittri fid-djar ma' Malta kollha jinfurmaw persuni li kienu applikaw għal qabar li issa kienu se jakkwistaw wieħed? Jista' jgħid kemm minn dawn l-ittri intbagħtu? Jista' jgħid kemm minn dawn li irċevew l-ittri fil-fatt akkwistaw qabar? Jista' jgħid jekk l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar approvax il-bini ta' dawn l-oqbra?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Infurmat li fl-2008 kienu ntbagħatu ittri b’informazzjoni lill-applikanti dwar lis-stadju tal-applikazzjoni sabiex jakkwistaw qabar fiċ-Ċimiterju ta’ Santa Maria Addolorata. Fl-ittra l-applikanti kienu ukoll mistoqsija għadhomx interessati fl-applikazzjoni għall-akkwist ta’ qabar. Kienu ntbagħatu madwar 2,500 ittra. Mill-2008 ma ġewx allokati oqbra fiċ-Ċimiterju Santa Maria Addolorata. Fl-2007 kien ħareġ il-permess tal-MEPA għall-estenzjoni tal-istess Ċimiterju. L-estenzjoni taċ-Ċimiterju ta’ Santa Marija Addolorata tinsab fl-ewwel fażi tagħha cioe’ t-taħmil ta’ materjal.

Transfer ta' persuna

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li l-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, se jingħata transfer minn dan il-grad u jkun mibdil ma' xi ħaddieħor, meta bord ta' inkjesta mqabbad biex jinvestigah ma sab xejn kontra tiegħu anzi kellu kliem ta' tifħir fuq ix-xogħol tiegħu? Jista' jispjega ukoll l-għala l-overtime ta' dan l-individwu ma jkunx approvat meta tal-ħaddiema l-oħra ikun approvat hekk kif jidher fl-email mibgħata lill-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament ukoll fl-amministrazzjoni fil-Ministeru tiegħu datata 5 t'Ottubru 2011?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Infurmat li t-transfer ġie mitlub mill-impjegat innifsu. L-overtime jingħata skont l-esiġenza tas-servizz u b’mod responsabbli mill-management.

Kunsill Lokali ta' Ħal Tarxien — sejħa għall-offerti pubblika

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il offerent kien hemm għal sejħa għall-offerti pubblika mill-Kunsill Lokali ta' Ħal Tarxien li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament? Jista' jgħid x'offerta tefa kull offerent (inkluż il-valur tal-offerta)? Jista' jgħid min kien l-offerent li rebaħ l-offerta u fuq liema kriterji rebaħ din l-offerta? Jista' jara jekk il-proċess użat fl-ipproċessar ta' din is-sejħa għall-offerti kienx wieħed pubbliku u traspartenti jew le?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi kien hemm 7 (seba’) kumpaniji li tefgħu l-offerta tagħhom għas-sejħa imsemmija mill-Onorevoli Interpellant. Il-Kumpanija li rebħet l-offerta hija Femi Consultancy Ltd., u dan wara li l-Kunsill iddiskuta u analizza l-offerti kollha li daħlulu, kif ukoll fuq parir tal-Perit tal-Kunsill. Qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopji ta’ l-avviżi tal-offerta kif ukoll lista tal-offerti kollha bil-valur ta’ kull offerta.

Ħaż-Żebbuġ — resurfacing ta' toroq fiż-żona ta' Ħal Mula

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta beda x-xogħol ta' resurfacing ta' toroq fiż-żona magħrufa bħala Ħal Mula f'Ħaż-Żebbuġ Malta? Jista' jgħid meta dan ix-xogħol kien skedat li jitlesta? Jista' jagħti r-raġuni għaliex ix-xogħol ilu tant wieqaf b'inkonvenjent kbir għar-residenti taż-żona? Jista' jgħid x'azzjoni ħa jew qed jieħu l-kunsill lokali ta' Ħaż-Żebbuġ fil-konfront tal-kuntrattur ikkonċernat? Jista' jgħid jekk il-kuntrattur għandux penali minħabba dewmien, kemm huma l-penali u jekk dawn il-penali hux qed jiġu nfurzati? Jista' jinforma l-Kamra dwar jekk hemmx pjan ta' kontinġenza u jekk ittieħdetx deċiżjoni jekk ix-xogħol hux se jitkompla mill-istess kuntrattur jew le? Hemm data definita ta' meta x-xogħol se jitlesta?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li peress li l-proġett in kwistjoni ma jaqax taħt ir-responsabbiltà ta' Transport Malta, nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.

Mosta — żona ta' Sriedaq - servizz tat-trasport pubbliku

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 34060 u jinvestiga jekk hux possibbli li f'Triq il-Kbira għall-komunità li tgħix f'żona magħrufa ta' Sriedaq fil-Mosta, ikollhom is-servizz ta' bus shelter li tagħti kenn lil dawk li jużaw it-trasport pubbliku li jgħaddu minn dawk l-inħawi?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #34681 Sitting 475 2012-05-21 Oral · Final From: KARMENU VELLA To: Ministeru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol

Employment Aid Programme — Nies li pparteċipaw

Question

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 32553, tista’ l-Ministru tgħid x’kien l-għola livell ta’ edukazzjoni miksub b’suċċess mill-parteċipanti hekk kif inhuma maqsuma skont l-informazzjoni mpoġġija fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 11 PQ #34682 Sitting 475 2012-05-21 Oral · Final From: KARMENU VELLA To: Ministeru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol

tracer studies fuq studenti gradwati

Question

Tista’ l-Ministru tgħid jekk l-Università ta’ Malta u l-MCAST iwettqux tracer studies fuq studenti li jkunu gradwaw? Jekk ir-riposta hija fl-affermattiv, tista’ l-Ministru tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-aħħar rapporti li ġew mhejjija?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-Università ta’ Malta wettqet tracer studies fuq gradwati fis-snin 2001, 2003, 2005, 2007 u 2009. L-istudju jkun sar fuq studenti li kienu iggradwaw is-sena ta’ qabel. Ir-rapporti tas-snin 2001, 2003 u 2005 jistgħu jigu aċċessati minn: http://www.um.edu.mt/sas/graduateresearch S’issa għadhom ma sarux ‘tracer studies’ dwar il-gradwati li jtemmu korsijiet fl-MCAST. Madankollu, fis-snin li ġejjin hemm il-ħsieb li jsiru ‘tracer studies’ għal studenti li jkunu temmew it-taħriġ tagħhom fil-livelli 4, 5 u 6, bħala parti minn żewġ proġetti tal-MCAST iffinanzjati mill-Fond Soċjali Ewropew tal-UE, ESF 1.130 ‘Making VET Education more Relative and Attractive’, u ESF 2.139 ‘Increasing Accessibility, Flexibility and Innovation to MCAST Life-Long Learning Course Offer’.
Leg 11 PQ #34683 Sitting 475 2012-05-21 Oral · Final From: KARMENU VELLA To: Ministeru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol

MCAST — studenti li gradwaw

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm kien in-numru ta’ studenti full-time li gradwaw mill-MCAST fl-2011 u fl-2010, f’liema livell ta’ studju gradwaw u kemm kien fil-bidu l-ammont ta’ studenti li applikaw biex jibdew il-kors?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 11 PQ #34684 Sitting 475 2012-05-21 Oral · Final From: KARMENU VELLA To: Ministeru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol

ETC — vakanzi reklamati

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm kienu l-vakanzi reklamati mill-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ sena b’sena mill-2006 ‘l quddiem? Tista’ l-Ministru tgħid ukoll b’referenza għas-sena 2010 u 2011, liema vakanzi l-korporazzjoni sabet problema biex timla u kemm kienu bħala ammont?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

MyHealth — informazzjoni

Question

Fil-100 jum li ilu inawgurat il-MyHealth, jista' l-Ministru jgħid kemm-il persuna hemm rreġistra fis-sistema u minnhom x'kienet il-lokalità u l-età każ b'każ? Kemm minnhom jirriżulta li kienu inpatients fl-Isptar Mater Dei? Minn barra discharge letters, meta hu maħsub li s-sistema tipprovdi wkoll lit-tobba tal-għażla tal-pazjent ir-riżultati patoloġiċi u radjoloġiċi speċifiċi hekk kif dawn jiġu maħruġa?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Infurmat li mill-31 ta’ Jannar 2012 sad-9 ta’ Mejju 2012, 855 individwi daħlu b’suċċess fis-sistema myHealth. L-aċċessibilita u l-użu ta’ din is-sistema huwa dipendenti fuq l-eID, li għalih iċ-ċittadini iridu jirregistraw mad-Dipartiment tar-Reġistrazzjoni Ċivili. Bħalissa għaddejjin diskussjonijiet mal-entita’ responsabbli għall-eID biex jiġi ffaċilitat l-aċċess mill-istess entità, għar-reġistrazzjoni tal-eID. Il-Privacy Policy li qed titħaddan għal dan is-sit, tindika li l-ebda informazzjoni personali mhu se tinżamm fuq is-sit. Għal skopijiet purament ta’ verifika u sigurta’ tinġabar l-identità ta’ min jidħol fis-sistema, imma ma jinġabru l-ebda dettalji personali oħra dwar min juża s-sistema, bħall-età u l-lokalità. Huwa maħsub li s-sistema myHealth tibda tipprovdi riżultati patoloġiċi u rapporti radjoloġiċi speċifiċi fl-aħħar ta’ Mejju.

Korp tal-Pulizija — xogħol fi stadium tal-football

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'tip ta' protezzjoni jingħataw il-membri tal-Korp tal-Pulizija meta dawn ikunu xogħol fi stadium tal-football?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi meta wieħed jikkonsidra l-atmosfera brijuża li ġeneralment ikun hemm fl-istadiums tal-football lokalment ma’ tagħtix lok illi l-membri tal-Korp tal-Pulizija li jkunu ordnati xogħol f’dawn l-istadiums ikunu armati b’xi tagħmir protettiv. Madankollu dejjem tittieħed konsiderazzjoni tar-riskju li ċerti logħobiet jistgħu jinvolvu. F’każi bħal dawn u fejn u meta jkun meħtieġ, il-Korp tal-Pulizija jipprovdi apparat protettiv bħal ma huma helmets u tarki sabiex jekk ikun meħtieġ ikunu jistgħu jintużaw mill-membri tal-Korp. Dan barra l-full riot gear li jintlibes mill-membri tal-SAG u membri oħra tas-Support Group li lkoll huma mħarrġa għall-sitwazzjonijiet ta’ disordni pubbliku meta jkun hemm bżonn.

Korp tal-Pulizija — membru li jiġi midrub

Question

Jista' l-Ministru jinforma lil din il-Kamra x'assistenza tingħata mill-Korp tal-Pulizija lil membru tal-korp meta dan jiġi midrub fuq xogħlu, sew dik medika u sew jekk psikoloġika?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi l-membri tal-Korp tal-Pulizija li sfortunatament iweġgħu waqt il-qadi ta’ dmirijiethom huma ntitolati għall-assistenza medika kollha meħtieġa b’xejn kif ukoll sick leave b’paga sħiħa sa sena. B’żieda ma' dan, il-Korp tal-Pulizija sa mill-2006 għamel ftehim mal-Caritas, sabiex membri li jkunu jeħtieġu għajnuna psikoloġika, inkluż counseling , jkunu jistgħu jagħmlu użu minn support services li l-Caritas tofri, u dan bla ebda ħlas. Barra minn dan membri tal-Korp li jweġgħu jew isofru danni konsegwenza ta’ reat kriminali relatat max-xogħol tagħhom, jistgħu jagħmlu talba għall- kumpens mill-Fond tal-Vittmi ta’ Atti Kriminali.

Korp tal-Pulizija — membri li weġgħu jew mietu

Question

Jista' l-Ministru jinforma lil din il-Kamra kemm pulizija weġgħu u/jew tilfu ħajjithom matul il-qadi ta' dmirijiethom sena b'sena mis-sena 2002 sas-sena 2011? F'liema rank kienu dawn il-pulizija? Isir rapport jew le fuq kull tali inċident li jseħħ mir-rappreżentant tas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol tal-Korp tal-Pulizija? Jekk isir tali rapport, xi jsir minn tali rapport?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi din l-informazzjoni għadha qed tinġabar.

Mosta — Triq Patri Ġużè Delia S.J. - triq li trid titranġa

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 34203, jista' l-Ministru jara x'jista' jsir minħabba l-possibilità ta' inċident li jinvolvi l-karozza tal-lina X3 peress li s-sigurezza tal-karozzi tal-linja huma fil-fatt responsabilità ta' Transport Malta?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.