Jista' l-Ministru jgħid kemm għandha vetturi għad-dispożizzjoni tagħha t-Taqsima tal-Pulizija tat-Traffiku u jekk hemmx il-ħsieb li dawn jiżdiedu?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi t-Taqsima tat-Traffiku tal-Pulizija għandha għad-dispożizzjoni tagħha 37 mutur u 2 karozzi. Infurmat ukoll illi fil-preżent qed isiru l-preparamenti sabiex joħroġ tender pubbliku għax xiri ta’10 muturi oħra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il membru fil-Korp tal-Pulizija ġie sospiż fl-aħħar ħames snin? Kull wieħed kemm dam hekk sospiż u għal-liema raġuni?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi matul dawn l-aħħar ħames snin, cioè mill-2008 sallum, kien hemm 17-il membru tal-Korp tal-Pulizija li ġew sospiżi għax kienu għaddejjin proċeduri kriminali fil-konfront tagħhom. Minn dawn, 14 għadhom sospizi għax il-każ tagħhom għadu pendenti quddiem il-Qorti, tnejn damu 29 xahar sospiżi kull wieħed sakemm il-każ tagħhom ġie deċiż u ieħor dam 3 xhur sospiż sakemm irtira mis-servizz.
Korp tal-Pulizija — membri ħatja ta; reati kriminali
Question
Jista' l-Ministru jgħid fl-aħħar ħames snin kemm membri tal-Korp tal-Pulizija nstabu ħatja ta' reati kriminali u x'kienu l-pieni li ngħataw? Jista' jgħid jekk dawn għandhomx fil-Korp?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi matul dawn l-aħħar ħames snin, cioè mill-2008 sallum, kien hemm 17 il-membru tal-Korp tal-Pulizija li nstabu ħatja ta’ reat kriminali. Il-pieni mgħotija kienu jinkludu multa, probation u sentenza sospiża. Minn dawn hemm 7 li wara li kellhom il-każ tagħhom maqtugħ quddiem il-Qorti u għaddew il-proċeduri skont ir-Regolamenti tal-Proċedura ta’ Dixxiplina tal-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku kien ġie deċiż li dawn għandhom jibqgħu jservu fil-Korp.
Jista' l-Ministru jgħid liema awtorità hija responsabbli biex tagħmel is-sinjali tat-toroq kif ukoll il-kaxxi il-bojod u s-sofor li fihom jipparkjaw il-karozzi?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid jekk is-sinjali kollha tat-toroq għandhomx bżonn xi permess minn xi awtorità nazzjonali ċentrali, jew inkella jekk il-kunsill lokali jistax ipinġi dawn is-sinjali mingħajr il-permess ta' din l-awtorità ċentrali?
Response (GATT, AUSTIN)
Jien infurmat li l-linji kollha tal-karreġġjati jeħtieġu l-permessi ta' Transport Malta ħlief dawk il-linji sofor doppji ta' ħames metri li jiġu mplimentati fil-kantunieri tat-toroq minħabba li parkeġġ ma jistax isir f'din id-distanza kif speċifikat bil-liġi.
Jista' l-Ministru jgħid b'liema loġika jitmexxa l-ħsieb li meta jkun hemm xi ċittadin li jkun ipparkja l-karozza tiegħu b'inqas minn ħames metri 'l bogħod minn xi kantuniera dan jiġi mħarrek u mwaħħal ċittazjoni u jekk f'din l-istess triq isiru l-kaxxi l-bojod anke jekk l-ewwel kaxxa tkun ftit ċentimetri 'l bogħod mill-kantuniera li tipparkja f'dik il-kaxxa ma jkun illegali? Mela jekk karozza li tkun ipparkja inqas minn ħames metri 'l bogħod minn kantuniera hija perikoluża għat-traffiku li jkun għaddej, ikun hemm kaxxa bajda impinġija mal-art, dan il-periklu ma jibqax hemm?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid fejn ċittadin jista' jitlob biex il-parkeġġ fit-triq tiegħu jkun organizzat aħjar ġewwa l-istess triq? Hija responsabbilità tal-kunsill li jsir dan jew ta' xi awtorità oħra?
Response (GATT, AUSTIN)
Jien infurmat li ċittadin jista' jitlob lill-kunsill lokali rispettiv sabiex jiġu organizzati l-kaxxi tal-parkeġġ fit-triq. Sussegwentament il-kunsill lokali jista' jressaq tali talba għal konsiderazzjoni ta' Transport Malta.
Jista' l-Ministru jgħid kienx hemm aktar minn operatur wieħed li offra jagħti s-servizz ta' emerġenza lill-pazjenti Maltin u Għawdex? Kif intgħażel l-Isptar St. James biex jagħti dan is-servizz?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li l-għażla tal-Isptar saret skont kif jipprovdu ir-Regolamenti Finanzjarji u bil-awtorizazzjoni tad-Dipartiment tal-Kuntratti. Dan il-ftehim huwa għall-tlett xhur u wara ssir evalwazzjoni dwar l-andament ta’ dan is-servizz.
Jista' l-Ministru jgħid meta se jkun available dan is-servizz b'xejn lill-poplu minn kliniċi privati? Għaliex intgħażlu dawn il-ġranet? Fuq liema statistika mexa biex iddeċidew li għandhom ikunu dawn il-ġranet li jibda jingħata dan is-servizz u mhux ġranet oħrajn matul il-ġimgħa?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li dan is-servizz beda jiġi offrut mill-Ġimgħa 4 ta’ Mejju 2012. Is-servizz qed jiġi offrut mis-seba’ ta’ filgħaxija tal-ġimgħa, il-ġranet kollha tas-Sibt u l-Ħadd sas-seba’ ta’ filgħodu tat-Tnejn.
Dan il-ftehim kien pass ieħor mill-Gvern biex jgħin itaffi l-problema ta’ numru kbir ta’ nies li jattendu fid-dipartiment tal-emerġenza ġewwa l-isptar Mater Dei fi tmiem il-ġimgħa.
F’diversi konsultazzjonijiet, irriżulta li fit-tmiem tal-ġimgħa, il-pubbliku jiltaqa ma’ problemi biex isibu t-tobba kuranti tal-familja u għalhekk jispiċċaw jirrikorru fl-isptar Mater Dei u dan minħabba aktar faċilitajiet li jeżistu f’din il-faċilita’.
Ċifri ta’ attendenza juru wkoll numru aktar qawwi ta’ nies li jattendu fl-emerġenza fi tmiem il-ġimgħa.
Hu mportanti li niġbed l-attenzjoni li dan il-ftehim hu proġett pilota u ser ikun rivedut wara tlett xhur biex nkunu certi li l-għan ewleni tiegħu qiegħed jiġi milħuq.
Ministeru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol — kawżi fuq awtoritajiet
Question
Tista' l-Ministru tgħid kemm kellha kawżi fil-konfront ta' awtoritajiet u/jew entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru tagħha matul dawn l-aħħar ħames snin sena b'sena?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ministeru għat-Turiżmu, l-Ambjent u l-Kultura — kawżi fuq awtoritajiet
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kellu kawżi fil-konfront ta' awtoritajiet u/jew entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu matul dawn l-aħħar ħames snin sena b'sena?
Response (DEMARCO, MARIO)
Ninforma lill-Onor Interpellant illi l-informazzjoni għadha qed tinġabar u tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Ministeru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni — kawżi fuq awtoritajiet
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kellu kawżi fil-konfront ta' awtoritajiet u/jew entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu matul dawn l-aħħar ħames snin sena b'sena?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Għawdex — Dwejra Azure Window - CV tal-ġeoloġista Għawdex
Question
B'referenza għat-tieni parti tal-mistoqsija parlamentari 34121 fejn tlabt lill-Ministru biex tgħarraf lill-Kamra x'CV għandu l-ġeoloġista Għawdxi li d-dettalji dwaru qed jingataw separatament li ġie mitlub jgħin fuq il-kwestjoni tal-Azure Window fid Dwejra, tista' l-Ministru tgħid fuq liema terms of reference ġie ngaġġat u kemm se u/jew qed jitħallas għas-servizzi tiegħu?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' CV tal-ġeoloġista msemmi (u għall-korrettezza tal-fatti, jien infurmata li dan mhux Għawdxi kif indikat fil-mistoqsija tal-Onor. Interpellant). Id-diskussjonijiet dwar is-servizzi rikjesti għadhom ma ġewx konklużi u għalhekk għadu ma sar l-ebda ngaġġ.
Awtorità ta' Malta dwar il-Komunikazzjoni — emissjonijiet mit-tagħmir ta' radar
Question
Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra r-rapport mill-Awtorità ta' Malta dwar il-Komunikazzjoni dwar emissjonijiet mit-tagħmir ta' radar li sar fuq biċċa art li kienet tifforma parti miċ-Ċentru għal Matul il-Jum ta' Ħal Far u dan minn meta ġie stallat l-apparat sal-lum?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li waqt li hemm permess għal stallazzjoni ta’ tagħmir tar-radar fl-inħawi msemmija, s’issa, dan l-apparat għadu ma ġiex stallat. Meta jiġi stallat, l-awtorità tagħmel il-verifiki kollha neċessarji biex tassigura li l-emissjonijiet minn dan l-apparat ikunu skont il-liġi.
Jista' l-Ministru jgħid x'qed jagħmel il-gvern/l-awroritajiet responsabbli sabiex jiġi salvat razzett antikissimu li jinsab eżatt quddiem il-każin tal-banda tal-Fgura? Jista' jgħid x'sar biex Daħlet in-Niċċa l-Antika fil-Fgura tiġi ripristinata u embellished?
Response (DEMARCO, MARIO)
Jidher li r-razzett imsemmi huwa proprjetà privata. Il-kura u l-manutenzjoni ta’ proprjetà privata hija r-reponsabiltà tas-sidien.
Is-Sovrintentendza hija informata li l-MEPA kienet skedat din il-proprjetà fl-1995, b’livell ta’ protezzjoni tlieta. Kull applikazzjoni ta’ żvilupp fuq din il-propjeta` għandha tiġi evalwata fil-kuntest tal-
policy
tal-Pjan tal-iStruttura li tirregola l-iskedar.
Jista' l-Ministru jindika, anke permezz ta' pjanta, liema huma ż-żoni f'Wied il-Għajn earmarked għal żvilupp sportiv skont il-pjani tal-ippjanar ta' pajjiżna?
Response (DEMARCO, MARIO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li r-risposta għal din il-mistoqsija kienet imwieġba permezz tat-tweġibiet għall-mistoqsijiet numri 21783 u 23705 rispettivament.
.
Tista' l-Ministru tinforma l-Kamra kemm hemm studenti li applikaw għat-TSSM Scholarship li suppost kellu jkoprilhom il-fees tagħhom għal korsijiet li huma ħadu f'St. Martin's Institute (bi ftehim bejn bank lokali, il-gvern u l-iskola)? Kemm minnhom ma ngħatawx dan l-ischolarship? Min ma ngħatax dan l-ischolarship, meta ġie informat li ma kienx se jingħata l-ischolarships? Jirriżultalha li l-istudenti li applikaw għat-TSSM Scholarship ingħataw l-intendere li kull student kien se jingħata l-ischolarship? Jekk iva, għaliex eventwalment kien hemm studenti li ma ngħatawx dan l-ischolarship?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.