Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 34294 u cioè: B'referenza għall-kundizzjoni tal-planning gain marbuta mal-permess tal-applikazzjoni PA04607/06 tal-impjant ta' Sant Antnin, billi huwa mifhum li l-WasteServ kisru dan il-ftehim u huma dovuti jħallsu penali ta’ miljuni ta’ Ewro lill-Kommunità ta' Wied il-Għajn, ma jaħsibx il-Ministru li l-iskuża li qed iġġib l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar dwar il-Family Park PA/04886/06 mhix ġustifikata u m'għandha x’taqsam xejn mal-kundizzjoni tal-istess planning gain imma dan huwa relatat biss mal-permess biex jinbeda x-xogħol fuq il-park innifsu? Kemm-il darba d-developer li f’dan il-każ huwa l-kumpanija parastatali WasteServ dam biex jingħata il-permess mill-awtorità peress li dan żgur mhuwiex tort tar-residenti imma kollu tort tal-amministrazzjoni preżenti għax kien l-istess gvern li ppermetta li dawn jintrabtu mal-kundizzjonijiet tal-permess fosthom tal-planning gain innifsu, x’passi effettivi biħsiebha tieħu l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar biex issir ġustizzja skont l-obbligi kuntrattwali mar-residenti kkonċernati u x’kienu r-raġunijiet il-kumpanija WasteServ naqset li tlestli dan il-family park fi żmien ħames snin mill-ħruġ tal-permess relevanti li ngħata fit-30 ta' Jannar 2007? Jista' jagħti tweġiba kategorika wkoll jekk tqisx li l-WasteServ kisrux l-obbligi kuntrattwali tagħhom?
Response (DEMARCO, MARIO)
Ninforma lill-Onor Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar u tweġiba se tingħata f’xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 34315 u jgħid jekk l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar qatt saret taf, ordnat jew rat riżultati ta xi air quality tests marbutin mal-każ tal-mercaptan li tiegħu kienet responsabbli l-Korporazzjoni Enemalta? Jekk iva, jista' jagħti d-dettalji u t-time lines kollha relevanti?
Response (DEMARCO, MARIO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li skont ir-records li għandha, il-MEPA qatt ma saret taf, ordnat jew rat riżultati ta' xi air quality tests marbutin mal-każ tal-mercaptan tal-Enemalta. F'dan il-każ ninstab infurmat illi l-ebda testijiet tal-arja ma jistgħu isiru retrospettivament għaliex sabiex it-testijiet ikunu effikaċi jridu jsiru waqt il-każ. Il-MEPA saret taf bil-każ wara li seħħ.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 34314 u jgħid l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar f’liema stadju saret taf bil-problema tal-mercaptan u bil-ħruq illegali tagħhom? Minn min ġiet mgħarrfa? Min min-naħa tal-awtorità sar jaf b’dan? X’passi ttieħdu mill-awtorità appena saret taf b’dan u x’wassal biex l-ewwel għeddet li tieħu azzjoni bil-Qorti u sallum kważi tliet snin wara l-inċident jidher li għadu ma sar xejn, meta huwa mifhum li l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar kellha bażi soda biex tagħmel dan sa minn Novembru tas-sena 2009?
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 34344 u 33806 u jgħid kemm swew iċ-ċelebrazzjonijiet kollha relattivi għall-anniversarju mill-għoti tal-George Cross (1942 - 2012)? Jista' jagħti breakdown dettaljat tal-infiq?
Response (GONZI, LAWRENCE)
M’għandix x’inżid mar-risposta tiegħi għat-tweġiba parlamentari numru 34344.
Peress li l-iskola tas-subien tal-Marsa tal-Kulleġġ San Ġorġ Preca li tilqa' tfal li li għandhom sfidi soċjali iktar minn tfal oħra (rata ta' assenteiżmu għoli, sfidi finanzjarji eċċ.) se tingħalaq is-sena d-dieħla u se tiġi trasportata fi skola f'Ħaż-Żebbuġ bil-klassijiet li jifdal (cioè Form 2, 3 u 4 ta' bħalissa), tista' l-Ministru tgħid:
a) għaliex ittieħdet din id-deċiżjoni;
b) jekk sarux aċċertamenti dwar jekk l-iskola ta' Ħaż-Żebbuġ hijiex addattata għal dawn it-tfal u jekk għandhiex l-ambjent li jixraq lil dawn l-istudenti u jagħmilx sens li dawn it-tfal bi sfidi soċjali forsi iktar minn oħrajn jintbagħtu f'din l-iskola li ma fihiex spazji miftuħin fejn jilagħbu t-tfal;
ċ) għaliex ntgħażlet skola f'Ħaż-Żebbuġ meta l-istudenti ġejjin minn Wied il-Għajn, Ħaż-Żabbar, Marsa, Belt, Furjana u Pietà u ma ntgħażlitx skola iktar viċin? Ma taħsibx il-Ministru li dan se jżid fl-assenteiżmu ta' dawn l-istudenti li issa jekk jitilfu l-private se jkollhom jaqbdu żewġ rotot biex jaslu;
d) għaliex dawn l-istudenti se jintbagħtu fi skejjel oħra meta l-istudenti kollha tal-iskejjel l-oħra kollha li qegħdin phasing out ma ntbagħtux fi skejjel oħra;
e) x'se jsir mill-iskola tal-Marsa; u
f) hekk huwiex minnu li l-kunsill tal-iskola bagħat ittra lill-Ministru tal-Edukazzjoni fejn talbu li tinbidel id-deċiżjoni u x'kienet ir-risposta tal-Ministru?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Saret evalwazzjoni u diskussjoni dwar il-binja tal-Marsa u minn aspett edukattiv l-Edukaturi jemmnu li l-binja tal-iskola ta’ Ħa¿-¯ebbuġ hija binja fi stat aħjar minn dik tal-Marsa. Wieħed ma jridx jinsa li tul dawn is-snin kien hemm diversi ilmenti mill-għalliema stess dwar il-binja tal-Marsa. L-iskola ta’ Ħa¿-¯ebbuġ toffri spazji differenti għall-attivitajiet edukattivi diversi u l-edukaturi huma tal-fehma li dawn huma adattati biex joffru edukazzjoni ta’ kwalita’ lit-tfal li ser jmorru fiha.
It-tfal se jiġu offruti trasport mil-lokalità tagħhom sa l-iskola u d-Direttorat ma jarax li l-assentei¿mu ji¿died minħabba distanza li hemm bejn il-lokalitajiet u l-iskola. Mhux minnu li dawn l-istudenti ser jintbagħtu f’iskejjel oħra imma kollha ser imorru fl-iskola ta’ Ħa¿-¯ebbuġ.
Għad trid tittieħed deċi¿joni dwar x’ser jiġri mill-iskola tal-Marsa.
Jista' l-Ministru jikkonferma li matul il-perjodu bejn il-25 t'April 2012, u t-13 ta' Mejju 2012, fosthom fil-25 t’April 2012 bejn 4.30pm 'il quddiem; fit-8 ta’ Mejju 2012, għall-ħabta tas-1.20pm; nhar il-Ħamis 10 ta’ Mejju 2012, bejn id-9.00pm sa tard bil-lejl, is-Sibt 12 ta’ Mejju 2012, sa wara l-11.pm; il-Ħadd 13 ta’ Mejju 2012 minn filgħodu u f’diversi okkażjonijiet oħrajn l-impjant tal-iskart ta' Sant'Antnin f'Wied il-Għajn beda jrejjaħ b'mod insopportabbli, mhux biss madwar il-periferija tiegħu, imma saħansitra madwar iż-żona kollha magħrufa bħala ta’ Bellavista u dan f'ħinijiet differenti? Jista’ jgħarraf lill-Kamra r-raġunijiet għal dan l-inkonvenjent?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-kumpanija WasteServ qed timplimenta programm ta’ monitoragg fl-inħawi ta’ madwar l-impjant ta’ Sant Antnin kif rikjest mill-permess tal-operat maħruġ mill-MEPA. Il- programm jiġi evalwat minn kumitat li twaqqaf fi ħdan l-istess permess u li jiltaqa regolarment għal dan il-għan
Il-monitoraġġ ta’ diversi parametri f’dak li għandu x’jaqsam ma’ l-operat ta’ l-impjant ta’ Sant’Antnin, inkluż irwejjaħ, isir b’mod regolari (iżda mhux kontinwu) minn kumpanija indipendenti.
Fil-perjodu bejn il-25 t'April 2012 u t-13 ta' Mejju 2012 il-WasteServ ireceviet żewg ilmenti ta’ rwejjah fiż-żona ta’ Bellavista. Iż-żewg ilmenti ġew investigati kif gej.
L-ewwel ilment daħal fit-8 ta’ Mejju għal-ħabta tal-ħdax neqsin kwart ta’ filgħaxija. Ufficcjal tal-kumpanija marret minnufih fuq il-post u għamlet
spot check
f’diversi inħawi inkluz iż-żona magħrufa bħala Bellavista u ‘Bellavista Heights’, iz-Żonqor u ‘Żonqor Heights’, in-naħa tal-lukanda Jerma, il-bajja ta’ San Tumas, iż-żona tan-Nadur, kif ukoll il-
Bypass
ta’ Marsaskala. Il-konkluzjoni kienet li ma kienx hemm l-ebda rwejjaħ ta’ skart. Tant hu hekk li l-persuna li għamlet l-ilment reġghet ċemplet ftit wara sabiex tgħid li r-riħa kienet telqet.
Fl-10 ta’ Mejju għall-ħabta tat-tlieta ta wara nofs in-nhar daħal ilment ieħor dwar irwejjaħ fiż-żona ta’ Bellavista. Żewg uffiċjali tal-kumanija marru immedjatament fuq il-post, u saħansitra daru l-inħawi kollha, iżda għal darba oħra ma rriżulta xejn.
Ġurnal tat-13 ta’ Mejju għamel riferenza wkoll għal xi rwejjaħ fil- 25t’April wara nofsinhar: Il-WasteServ tikkonferma li ma kienx hemm eventi li setgħu wasslu għal xi rwejjaħ dakinhar u lanqas ma kien hemm rapporti.
Il-Wasteserv tixtieq ittenni li ma sar l-ebda tibdil fil-processi tagħha li seta’ jagħti lok ghal xi rwejjaħ. Ghaldaqstant, il-kumpanija taċċenna li jista’ jkun hemm rwejjaħ li joriġinaw minndiversi sorsi oħra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm saru operazzjonijiet tal-hip replacement minn Jannar 2012 sal-lum fl-Isptar Mater Dei u fi sptarijiet oħra, bl-ispiża tinġarr mill-gvern?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li mill-1 ta’ Jannar 2012 sal-15 ta’ Mejju 2012 f’Malta saru 53 operazzjoni tal-hip replacement fl-Isptar Mater Dei. Ma saret l-ebda operazzjoni tal-hip replacement fi sptarijiet oħra bl-ispiża tinġarr mill-Gvern. Għal informazzjoni dwar Għawdex, nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jagħmel il-Mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ilhom out of stock il-pilloli Warfarin? X'inhi r-raġuni?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li l-aħħar kunsinna ta’ Warfarin 1mg, 3mg u 5mg waslet fl-4 ta’April 2012, fi kwantita ta’ 3,861 x 28 tabs minn kull doża. L-aħħar tqassim ta din il-mediċina seħħ kif inhu ndikat hawn taħt;
1. Warfarin 3mg – kwantita 50 kaxxa għall-isptar Mater Dei fid- 19 ta’April 2012
2. Warfarin 1mg – kwantita 20 kaxxa għall-isptar Mater Dei fid-19 ta’April 2012
3. Warfarin 5mg – kwantita 231 kaxxa għall- POYC fl-24 ta’ April 2012
L-aġent lokali nforma lid-Dipartiment Ċentrali tal-Procurement and Supplies li hemm problemi ta’ manifattura u għaldaqstant qed ikun hemm diffikultajiet sabiex jissuplixxu dan il-prodott. Kien hemm ukoll tibdil fid-ditta ta’manifattura sabiex jiġi assigurat li jkun hemm stock, liema kunsinna waslet u tqassmet din il-ġimgħa. Għaldaqstant dan id-Dipartiment qiegħed f’diskussjonijiet ma’ dipartimenti oħra sabiex jinstab sors ieħor biex jissuplixxi din il-mediċina li jkun iktar stabbli.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' ex ħaddiema tat-Tarzna li se jkunu intitolati għall-arretrati tal-pensjoni?
Response (SAID, CHRISTOPHER)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi qabel titlesta r-reviżjoni tal-pensjoni li qed issir bhalissa ma jkunx jista' jigi determinat jekk hux ser ikun hemm dritt għall-arretrati jew le. Għalhekk id-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali f’dan l-istadju mhux f’poszzjoni li jagħti l-informazzjoni mitluba.
Tista' l-Ministru tgħid kemm ilu l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament ingaġġat mill-Ministeru/Direttorat tal-Edukazzjoni fil-proċess ta' bidla fil-kurrikulu? Kemm tħallas s'issa u kemm fadallu mill-kuntratt tiegħu?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li l-individwu li d-dettalji tiegħu qed jingħataw separatament ġie ingaġġat b’ Contract for Service għall-perjodu mit-2 ta’ Mejju 2011 sal-31 ta’ Jannar 2013. L-ammont li tħallas s’issa kien ta’ €12,650 (mingħajr VAT). Skond il-kuntratt, il-massimu li jista jitħallas hu €21,490 (mingħajr VAT).
Ministeru/Direttorat tal-Edukazzjoni — proċess ta' bidla tal-kurrikulu
Question
Tista' l-Ministru tgħid fiex jikkonsisti x-xogħol tal-persuna li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament fil-proċess tal-bidla tal-kurrikulu u jekk il-Ministeru/Direttorat tal-Edukazzjoni humiex kuntenti bix-xogħol tiegħu peress li ħafna edukaturi lokali tkellmu u qalu kemm huma frustrati u mdejqin bih għax mhumiex isibuh ta' għajnuna tajba fit-tibdil li qed isir u ftit li xejn jagħti każ xi jkunu qed jgħidu u ma jkunux ippreparati sew għax-xogħol li jrid jagħmel għax mhux l-ewwel darba li x-xogħol li sar jerġa' jsir mill-ġdid?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Il-persuna msemmija huwa konsulent fejn tidħol il-kitba tas-sillabi. Is-sillabi qed jinkitbu mill-Uffiċjali Edukattivi, Kapijiet tad-Dipartiment, għalliema u edukaturi oħra Maltin.
Id-Dipartiment tal-Kurrikulu u
eLearning
huwa kuntent bl-andament tal-evalwazzjoni kritika li qed issir minn din il-persuna. Ix-xogħol mhux qed isir mill-ġdid izda qed isiru reviżjonijiet kontinwi kif jixraq f’biċċa xogħol bħal din, fejn hemm bżonn ta’ evalwazzjoni u reviżjoni kontinwa.
Ministeru/Direttorat tal-Edukazzjoni — ingaġġ ta' persuna għall-proċess ta-tibdil fil-kurrikulu
Question
Tista' l-Ministru tgħid kif ġie reklutat il-persuna li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament biex jagħmel ix-xogħol tiegħu mal-Ministeru/Direttorat tal-Edukazzjoni dwar tibdil fil-kurrikulu?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Il-persuna li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament huwa espert fl-Edukazzjoni għall-bżonnijiet speċjali. Dan kien ħadem fuq is-Syllabus Supplements li ġew ippubblikati fl-2007. Dan kien xogħol mibni fuq sistema ta’ livelli fi żmien meta dawn ma kienux parti mis-sistema edukattiva lokali. Ix-xogħol kien sar mill-Inclusive and Special Education Network ta’ l-iStudent Services Deparment fi ħdan il-Ministeru tal-Edukazzjoni.
Ix-xogħol fuq il-livelli ġie estiż biex jindirizza il-ħtieġa li l-istudenti kollha jkunu jistgħu jilħqu l-għola livell fis-suġġetti offruti f’kuntest ta’ klassi bi studenti b-abbilitajiet vari
.
Il-persuna li beda jgħin lid-Dipartiment tal-Kurrikulu u
eLearning
biex ikunu jistgħu jiġu mfassla l-għodod meħtieġa kien l-istess wieħed li ħadem fuq is-
Syllabus Supplements
imsemmija.
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 34367, tista' l-Ministru tgħid kemm se jieħu żmien il-proċess biex tal-Public Broadcasting Service jiġbru l-informazzjoni mitluba peress li għadda żmien li għamilt din il-mistoqsija parlamentari?
Response (CRISTINA, DOLORES)
B’referenza għal mistoqsija parlamentari 34367, ninforma lil Onor. Interpellant li l-proċess biex tinġabar l-informazzjoni jieħu ż-żmien. Il-PBS qed tagħmel l-almu tagħha biex l-informazzjoni tinġabar sal-31 ta’ Mejju 2012.
Public Broadcasting Services — servizzi fuq pjanijiet u proġetti tal-Gvern
Question
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 34364, tista' l-Ministru tagħti direzzjoni lill-amministrazzjoni tal-Public Broadcasting Services biex jiġbru l-informazzjoni mitluba billi sempliċiment iħarsu lejn ir-running orders tal-bullettini tal-aħbarijiet?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Nirreferi għall-mistoqsija nru.34594 u ninforma lil-Onorevoli Interpellant li l-proċess biex tinġabar l-informazzjoni mitluba huwa aktar ikkumplikat minn kif qed jingħad. L-informazzjoni mitluba qiegħda tinġabar.
Tista' l-Ministru jgħid x’inhi r-rata li biha jitħallsu l-invigilators għall-eżamijiet tal-O u A levels? Kemm ilha ma tiġi revised? Hemmx xi ħsieb li dawn jiġu riveduti 'l fuq fil-ġejjieni qarib ?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Rata tal-ħlas tal-O Level
Invigilator 9.50 Eur
Supervisor 14.00 Eur
Rata tal-ħlas tal-A Level
Invigilator 11.65 Eur
Supervisor 16.30 Eur
S'issa m'hemmx il-ħsieb li r-rata tiġi riveduta.
Jista' l-Ministru jgħid fil-preżent kemm persuni qegħdin bil-libertà proviżorja taħt l-awtorità tal-Qrati Maltin?
Response (SAID, CHRISTOPHER)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li r-registru tal-Qrati ta’ Gurisdizzjoni Kriminali u Qrati ta’ Ghawdex m’ghandhux tali statistika kompjuterizzata u ghalhekk mhux f’pożizzjoni li jirrispondi din id-domanda.
Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx sanzjonijiet tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar pendenti fil-konfront tal-Istitut għall-Istudji Turistiċi rigward ix-xogħol infrastrutturali li sar fuq il-kampus ta' San Ġiljan fl-aħħar sena? Jekk iva, jista' l-Ministru jagħti dettalji għal kull sanzjoni, għalfejn inħarġet u x'qed ikun mitlub mill-Istituzjoni għall-Istudji Turistiċi biex dan ikun konformi mal-permessi?
Response (DEMARCO, MARIO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li f'Awwissu 2011 kienu 'nħarġu żewġ Avviżi t'Infurzar separati fil-konfront tal-ITS talli inbnew guard room (ECF 417/11) u swill room (ECF 418/11) mingħajr il-permessi meħtieġa. Sussegwentement ġew sottomessi applikazzjonijiet sanatorji PA 284/12 u PA 296/12 rispettivament li ġew approvati u maħruġa f'Mejju 2012. Għaldaqstant l-iżvilupp ġie sanzjonat u l-Avviżi t' Infurzar ma baqgħux operattivi u l-każi 'nagħlqu.
Regolamenti tal-2012 dwar Istituzzjoni għal Studji Turistiċi
Question
B'referenza għall-Avviż Legali 131 tal-2012, msejjaħ Regolamenti tal-2012 dwar Istituzzjoni għal Studji Turistiċi, tista' l-Ministru tgħid jekk hemmx il-ħsieb li jsiru tibdiliet fil-forma u l-ammont ta' l-stipendji li qed jieħdu bħalissa l-istudenti li jattendu l-Istitut għall-Istudji Turistiċi fid-dawl ta' dak li tipprovdi klawżola 32 ta' dan l-avviż legali?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Fid-dawl ta' dak li tipprovdi klawsola 32 tal-avviż legali, s’issa ma hemm l-ebda ħsieb li tinbidel is-sistema ta’ l-istipendji li qed jieħdu bħalissa l-istudenti li jattendu l-Istitut għall-Istudji Turistiċi.
Billi fil-media elettrronika ġie allegat li nhar il-Ħadd 13 ta' Mejju saru diversi rapporti fl-għassa tal-Qawra minħabba storbju, iżda minn naħa tal-pulizija min irraporta ġie nfurmat li l-pulizija kienu 'mħabbtin x'imkien ieħor', jista' l-Ministru jaghti taghrif dwar kemm kien hemm rapporti, jekk kien hemm, dwar dan is-suggett, fl-għassa tal-Qawra?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi l-Ħadd 13 ta’ Mejju 2012 l-Pulizija tal-Qawra kellha żewġ rapporti permezz ta’ telfonati anonimi dwar allegat storbju minn żewġ stabbilimenti fil-lokal u l-Pulizija aċċediet fl-inħawi indikati, iżda ma kien osservat ebda storbju. Infurmat ukoll illi l-unika telefonata li kien hemm, fejn min ċempel kien infurmat li l-Pulizija kienu fuq xogħol ieħor, kienet dwar parkeġġ. Pero’ anke dwar dan ir-rapport il-Pulizija ħadet azzjoni immedjata hekk kif lestiet mix-xogħol li kienet fuqu fil-ħin tat-telefonata.
Infurmat ukoll illi l-Pulizija regolarment tagħmel ronda f’din il-lokalita' minħabba storbju ġġenerat minn stabbilimenti kummerċjali.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm kien hemm arresti minħabba storbju, fl-inħawi ta' San Pawl il-Baħar (il-lokalità kollha), matul l-ewwel xhur ta' din is-sena, sal-15 ta' Mejju?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi normalment, il-Pulizija ma taċċedix għall-arrest ta’ persuna fuq storjbu, sakemm l-istorbju ma jkunx relatat ma’ xi reat aktar serju jew il-persuna tonqos li tobdi l-ordni leġittima tal-Pulizija. Infurmat ukoll illi matul din is-sena ma kienx hemm okkażjonijiet li taw lok għal arrest ta’ xi persuna jew persuni minħabba storbju fl-inhawi ta’ San Pawl il-Bahar.