Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 11 PQ #38381 Sitting 528 2012-11-26 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għal Għawdex

talbiet għal homehelp

Question

Jista' l-Ministru tgħid kemm hemm utenti tal-homehelp skont il-lokalità u l-età, kemm minnhom anzjani u kemm b'diżabiltà u kemm għandhom sigħat ta' għajnuna?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.

MEPA — appelli minn deċiżjonijiet tal-bord

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm saru appelli minn deċiżjonijiet tal-bord tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar għat-tribunal ta' revizzjoni minn applikanti Għawdxin minn mindu inħoloq it-tribunal, xahar b'xahar kull sena separatament?

Response (MARCO, MARIO DE)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar u tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #38383 Sitting 528 2012-11-26 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru — direct orders

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm ingħataw direct orders (x'kienet id-direct order, kemm swiet u lil min ingħatat) f'dawn l-aħħar tliet xhur u jagħti d-dettalji relattivi?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Ministeru tal-Affarijiet Barranin — direct order

Question

Jista' l-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Affarijiet Barranin jgħid kemm ingħataw direct orders (x'kienet id-direct order, kemm swiet u lil min ingħatat) f'dawn l-aħħar tliet xhur u jagħti d-dettalji relattivi?

Response (BORG, TONIO)

Nixtieq ninforma lill- Onorevoli Interpellant illi matul l-aħħar tliet xhur f'Malta ingħataw tliet Direct Orders bl-approvazzjoni tal-Ministeru tal-Finanzi. Id-dettalji jinsabu fuq it-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra

Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — direct order

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw direct orders (x'kienet id-direct order, kemm swiet u lil min ingħatat) f'dawn l-aħħar tliet xhur u jagħti d-dettalji relattivi?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li r-risposta ser tingħata f’seduta oħra.

MEPA — above grade allowance

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 37829 u jgħid kemm hemm ħaddiema ġewwa l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar li jieħdu l-above grade allowance? Kemm kull wieħed/waħda ilhom jieħdu l-above grade allowance għal aktar minn tliet xhur konsekuttivi?

Response (MARCO, MARIO DE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni għadha qed tinġabar u tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

taxxi minn fuq il-petrol u d-diesel

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 38023, 37660, 36983 u 37255 u jgħid x’kien l-ammont ta' flus li l-gvern ġabar f'taxxi minn fuq il-petrol u d-diesel bejn Settembru u Diċembru 2011?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta se tingħata f’seduta oħra.

qtugħ fil-provista tal-elettriku — kumpens għall-ħsarat

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 38024, 37659, 36981 u 37256 u jgħid kemm daħlu quddiem il-Korporazzjoni Enemalta, bejn l-2008 u l-aħħar ta’ Awwissu 2012, xahar b’xahar u b’mod separat, talbiet għal kumpens wara ħsarat u danni li l-klijenti tagħha sofrew minħabba qtugħ fil-provista tal-elettriku? Jista' jgħid minn liema lokalità sar kull ilment? Jista' jgħid fiex kien jikkonsisti kull ilment? Jista' jgħid każ b’każ x’kienet id-decizjoni tal-Korporazzjoni Enemalta?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta se tingħata f’seduta oħra.

lista ta' enforcement cases pendenti

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 32187 u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta' enforcement cases pendenti għall-azzjoni diretta (direct action)? Jista' jara li din il-lista tinkludi l-enforcement number, data ta' meta nħareġ l-avviż tal-infurzar, id-data ta' meta l-każ ġie mgħoddi għad-direct action, lokalità u deskrizzjoni tal-illegalità?

Response (MARCO, MARIO DE)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar u tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Ministeru għat-Turiżmu, l-Ambjent u l-Kultura — entitajiet tal-internal audit

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 35529 u jgħid liema huma dawk l-entitajiet u awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu li preżentament għandhom funzjoni ta' internal audit? Jista' jgħid liema minn dawn l-entitajiet irrikorrew għas-servizz ta' ditti tal-awdituri biex jingħatalhom dan is-servizz? F'kull każ, jista' jgħid: a) liema ditta tal-awdituri ġiet mqabbda; b) kemm qed tiġi mħallsa kull sena tal-funzjoni tal-internal audit; ċ) f'kull każ, min huma l-awdituri esterni u jekk l-awdituri interni humiex l-istess ditta? F'każ li l-istess, kemm qed jitħallsu tal-funzjoni tal-awditjar estern; d) kemm huwa t-turnover tal-entità li taqa' taħt il-Ministeru; u e) kemm għandha impjegati l-entità?

Response (MARCO, MARIO DE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni għadha qed tinġabar u tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

seminar ta' Rio — delegazzjoni Maltija

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 36164 u jgħid min kienu l-membri tad-delegazzjoni Maltija li attendiet għas-seminar ta' Rio? Kemm kienet in-nefqa totali?

Response (MARCO, MARIO DE)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar u tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Sptar Mater Dei — każ ta' persuna

Question

Jista' l-Ministru, permezz tal-customer care tal-Isptar Mater Dei, ikellem lill-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament minħabba l-problema li għandha?

Response (CASSAR, JOSEPH)

Infurmat li l-ufficjal tal-Customer Care tkellmet mal-pazjenta li qiegħed jirreferi għaliha l-Onor. Interpellant, u l-isptar qed jassigura li l-proċeduri kollha neċessarji jittieħdu biex il-pazjenta tiġi megħjuna fil-problemi tagħha. Ufficjali tal-Customer Care kellmu lill-missier il-pazjenta ukoll.
Leg 11 PQ #38446 Sitting 528 2012-11-26 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol

Studenti li għandhom ir-residenza f'Għawdex li iggradwaw mill-ITS

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm studenti li għandhom ir-residenza f’Għawdex iggradwaw mill-Istitut għall-Istudji Turistiċi fl-aħħar tas-sena akkademika 2011-2012? Tista’ tagħti dan it-tagħrif skont il-kors? Tista’ tagħti l-istess tagħrif dwar studenti residenti f’Malta?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 11 PQ #38447 Sitting 528 2012-11-26 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol

Studenti barranin li jsewgu korsijiet fl-Università ta' Malta, MCAST u ITS

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm hemm studenti barranin isegwu korsijiet fl-Università ta’ Malta, fl-MCAST u fl-ITS? Tista’ tagħti dan it-tagħrif skont in-nazzjonalità tagħhom u l-kors li qed isegwu?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Kumpaniji li jħallsu t-taxxa tad-dħul

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni u kumpaniji li ħallsu t-taxxa tad-dħul u kemm kien id-dħul mill-Income Tax minn Malta u minn Għawdex separatament għas-sena ta’ stima 2012? Jista’ jagħti din l-informazzjoni (i) għall-kumpaniji u (ii) għall-persuni individwali? Jista’ jagħti t-tagħrif dwar il-persuni individwali skont il-ħames kategoriji segwenti: a) persuni li għandhom numru taħt in-NACE b) persuni f’impieg jew kariga ċ) pensjonanti d) Persuni f’sengħa, negozju, professjoni eċċ e) Dħul ieħor?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta se tingħata f’seduta oħra.

Taxxa tal-VAT minn Malta u Għawdex miġbura

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm inġabret taxxa tal-VAT minn Malta u minn Għawdex separatament fl-2011 u din is-sena sal-lum?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li r-risposta ser tingħata f’seduta oħra.
Leg 11 PQ #38450 Sitting 528 2012-11-26 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Studenti Għawdxin li bbenefikaw minn skema ta' sussidju għall-akkomodazzjoni f'Malta

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm studenti Għawdxin separatament ibbenefikaw din is-sena mill-iskema ta’ sussidju għall-akkomodazzjoni f’Malta? Tista’ tgħid kemm studenti tħallsu f’kull pagament li sar din is-sena? Tista’ tgħid l-istudenti liema istutuzzjoni edukattiva kienu jattendu?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 38137.

proġett tat-turbini tar-riħ

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm nefaq flus il-gvern f'din l-leġiżlatura sabiex jesplora l-proġett tat-turbini tar-riħ?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Peress li hemm aktar minn proġett wieħed li jirrigwarda t-turbini tar-riħ, nitlob lill-Onorevoli Interpellant jikkjarifika għal liema waħda qiegħed jirreferi.

enerġija ġenerata minn turbini tar-riħ

Question

Jista' l-Minstru jgħid kemm kien nefaq flus fil-leġiżlatura ta' qabel din, il-Gvern Malti biex jesplora l-possibilità ta' enerġija ġġenerata minn turbini tar-riħ?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninsab infurmat li fis-sena 2005 kien sar studju minn Mott Macdonald Ltd bl- isem “ Strategy for Renewable Electricity exploitation in Malta” li investiga fost sorsi ohrajn ta’ enerġija rinnovabli l-possibilità ta' enerġija ġenerata minn turbini tar-riħ . Dan l-istudju sewa Euros 139,762

politika tal-gvern rigward enerġija mir-riħ

Question

Jista' l-Ministru jgħid min għamillu r-rapporti neċessarji li fuqhom il-gvern iddeċieda jew qed jiddeċiedi l-politika tiegħu fuq ir-riħ? Jista' l-gvern ipoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra dawn ir-rapporti?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li fil-bidu ta’ din il-legiżlatura ħtart kumitat, hekk imsejjah Il-Committee on Wind Energy li, wara li analizza fid-dettal il-kummenti mressqa minn diversi aġenziji tal-Gvern dwar il-proposta ta’ wind farm fuq is-Sikka l-Bajda, irrakkomanda bis-sħiħ lill-Gvern biex din il-proposta tiġi studjata aktar fid-dettal permezz ta’ studji ambjentali u teknici. L-istess kumitat ukoll saħaq li l-possibilta’ ta’ wind farms fuq l-art ma ghandhiex tiġi eskluża. F’Jannar 2009, il-Mott MacDonald lestiet rapport ikkumissjonat mill-Awtorita’tar-Rizorsi li evalwa l-vijabilta` ta’ wind farm fuq Is-Sikka l-Bajda, flimkien ma’ alternattivi oħra, biex Malta tkun tista’ tilħaq il-mira stabilita mill-Unjoni Ewropea sas-sena 2020. Ir-rapport kien wera l-potenzjal li għandha Is-Sikka l-Bajda biex tikkontribwixxi b’mod sostanzjali biex tintlahaq din il-mira. Is-sunt ezekuttiv tar-rapport tal- Committee on Wind Energy (Lulju 2008) kif ukoll ir-rapport miktub mill-Mott MacDonald (Jannar 2009) huma pubblici u jinstabu fis-sit www.windfarms.gov.mt .