Jista' l-Minsitru jara għaliex il-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament mhux qed ikollha xi tip ta' benefiċċju minkejja li kienet taħdem u issa qed tirreġistra?
Response (SAID, CHRISTOPHER)
Ninforma lill-Onorevoli interpellant li l-persuna kkonċernata qed tiġi nfurmata dwar il-każ tagħha.
Jista' l-Ministru jara li jinħareġ il-kont tad-dawl u ilma tal-kopja li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament li tgħix bir-relief u tkun tixtieq li tirċievi dan il-kont regolari?
Response (FENECH, TONIO)
Ninsab infurmat li l-informazzjoni ingħatat lil-ARMS Ltd li minn naħa tagħha ser tikkomunika direttament mal-klijient.
Applikazzjoni għall-Home tal-Gvern jew għar-Residenza San Vinċenz de Paul
Question
Jista' l-Ministru jara l-każ tal-persuna b'diżabilità li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament li applikat għall-home tal-gvern jew ir-Residenza San Vinċenz de Paul peress li din qed tgħix ma' ħuwa u l-mara tiegħu u tnejn li humha anzjani u ma jifilħux jieħdu ħsiebha?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat lil-persuna li qed jirreferi għaliha l-Onor. Interpellant ġiet approvata mill-Bord tal-Ammissjoni sabiex tidħol fir-Residenza San Vinċenz de Paule, u tpoġġiet fuq il-lista ta’ stennija.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhi l-policy biex jiġi stallat lift fil-flats tal-gvern? Jista' jgħid jekk xi ħadd qatt ma kien parti mill-ħlas biex juża l-lift u issa ġew imponuti li jħallsu għax inkellha ikollhom jirritornaw iċ-ċwievet u l-familja li dettalji dwarha qed jingħataw separatament tispiċċa barra? Min kien iħallas u issa ma jridx ikun parti minn dan il-ħlas jista' jagħmel dan bħal każ tas-sinjura li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament li kienet tħallas u tliet snin ilu ħarġet mill-iskema issa wara tliet snin talbuha biex terġa tibda tħallas?
Response (SAID, CHRISTOPHER)
B’risposta ghal mistoqsija tal-interpellanti, l-Awtorità tixtieq tgħarraf li:
- dan il-lift kien gie moghti lir-residenti li joqghodu f’appartment 5/6/2/1/u 3 nhar 25 ta’ Ottubru 2005 b’investiment ta’ madwar € 30,000;
- F’Dicembru 2009 dan il-lift gie maghluq u ssigilat minhabba hasra u nuqqas ta’ manutenzjoni mir-residenti kif kienu obbligati f’kuntratt li ghamlu
- L-Awtorita’ ma tistax tibqa’ thalli lifs maghluqa wara l-investiment li sar. L-Awtorita’ ghandha madwar 17 il-lift f’diversi binjiet li huma maghluqa ghaliex ir-residenti wara li talbu li jkun hemm lift, ma jridux ikomplu jhallsu ghal manutenzjoni.
- Ir-residenti gew mistiedna ghal laqgha kordjali biex jigi spegat lilhom li lift maghluq mhuwiex accettabli u sar bzonnjuz ghal mobilta’ tar-residenti
- Ir-residenti kollha li ghandhom access u uzu tal-bejt huma fl-obbligu li jiehu parti mill-manutenzjoni tal-komun u l-lift sar parti mill-komun
- Minhabba l-hasra li hemm, li hija madwar € 700, l-Awtorita’ qed titlob li dawn jinqasmu bejn dawk li kienu juzaw, jigifieri residenti fl-appartmenti 5,6,2,1 u 3
f’installments mifruxa fuq sena
.
- Minn meta l-lift jerga’ jibda jopera mill-gdid, il-hlas ghandu jinqasam bejn kull resident li ghandu access ghal bejt. Jekk resident jaghzel li ma juzax il-lift hija fid-deskrizzjoni tieghu imma xorta obbligat li jiehu hsieb il-komun u dak li hemm fil-komun.
- L-Awtorita’ tixtieq ikollha l-ghajnuna ta’ kulhadd biex ikun hemm aktar serjeta’ u responsabbilta’ fit-tmexxija tal-komun.
- Hija l-policy tal-Awtorita’ li fejn hemm il-lifts jew fejn ser ikun hemm il-lifts, ir-residenti kollha huma obbligati li jaghtu s-sehem taghhom biex ikun hemm mobilta’ ahjar u l-lifts ikunu sostenibbli
Jista' l-Ministru jara li tiġi kkuntatjata anzjana lid-dettalji dwarha qed jingħataw separatament li l-kont ġie għoli ħafna u jidher li hemm xi żball fir-reading?
Response (FENECH, TONIO)
Ninsab infurmat li l-informazzjoni ingħatat lil-ARMS Ltd li minn naħa tagħha ser tikkomunika direttament mal-klijient.
Jista' l-Ministru jgħid min kien il-kuntrattur privat li tqabbad biex jaħraq il-mercaptan f’isem il-Korporazzjoni Enemalta? F’xi stadju jew ieħor, saru xi konsultazzjonijiet mal-WasteServ biex jiġu ddentifikati kuntratturi speċjalizzati f’dan il-qasam sensittiv u tekniku ħafna?
Response (FENECH, TONIO)
Ninsab infurmat illi l-kuntrattur privat li tqabbad mill-l-Korporazzjoni Enemalta biex jaħraq il-mercaptan kien DDE Attard Co. Ltd.
Il-WasteServ ġiet mitluba mill-Korporazzjoni f’Novembru 2008 sabiex tiddisponi mill-mercaptan, u fuq talba tal-istess WasteServ, il-Korporazzjoni bagħtet il-
Material Safety Data Sheet
tal-mercaptan. F’Diċembru tal-2008, il-WasteServ infurmat lill-Enemalta illi ma kienx possibli li l-istess Wasteserv taħraq dan il-materjal.
Minn naħa tagħha l-WasteServ irrakkomandat lill-Korporazzjoni sabiex tiddiskuti ma’ kumpaniji privati bħal Greenskips, Environmental Services Ltd jew Spectco Co. Ltd.
Ninsab infurmat illi kemm Greenskips kif ukoll Spectco irrispondew fin-negattiv għat-talba tal-Enemalta, u għalhekk il-Korporazzjoni qabdet l-unika offerta li kellha, jiġifieri dik ta' DDE Attard Co. Ltd.
Flus mill-Budget 2012 għall-kura fl-Isptar St. James
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm flus ibbaġitajti mill-Budget 2012 biex ċittadini Maltin u Għawdxin ikunu jistgħu jieħdu kura ta' emerġenza ġewwa l-kliniċi privati bħal St. James matul il-weekend? Kemm qed jiġi kkalkulat bil-budget li hemm li se jidewwew pazjenti f'dawn il-kliniċi?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li l-ispiża għal dan is-servizz hija allokata mill-vot tal-waiting list.
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-pazjent li jmur jinqeda minn klinika privata li qed toffri s-servizz tal-emerġenza u jkollu bżonn xi intervent kirurġiku x'se jsir minn dan il-pazjent? Tingħata fl-istess sptar privat jew ġewwa l-Isptar Mater Dei?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li skont il-ftehim milħuq, pazjenti li jagħmlu użu minn dan il-ftehim u jirriżulta li jkollhom bżonn t’intervent kirurġiku, jkollhom jiġu rikoverati fl-isptar Mater Dei. U propizju ngħid li dan il-ftehim hu intiż għall-pazjenti bi problemi minuri hekk deskritti bħala kategorija tlieta li ma huma la ta’ periklu għall-ħajja u lanqas għar-riġlejn jew l-idejn.
Differenza bejn servizz ta' klinika privata u dak taċ-Ċentru tas-Saħħa
Question
Jista' l-Ministru jgħid x'differenza hemm fis-servizz tal-emerġenza mogħti fi klinika privata u servizz provdut miċ-Ċentri tas-Saħħa li diġà huma eżistenti?
Response (CASSAR, JOSEPH)
L-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar. Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid għaliex jinħass il-ħtieġa u fuq liema sutdju bbaża d-deċiżjoni tiegħu li jixtri is-servizz tal-emerġenza tal-kliniċi privati matul il-weekend?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li dan il-ftehim kien pass ieħor mill-Gvern biex jgħin itaffi l-problema ta’ numru kbir ta’ nies li jattendu fid-dipartiment ta’ l-emerġenza ġewwa l-isptar Mater Dei fi tmiem il-ġimgħa.
F’diversi konsultazzjonijiet, jirriżulta li fit-tmiem tal-ġimgħa, il-pubbliku jiltaqa ma’ problemi biex isibu t-tobba kuranti tal-familja u għalhekk jispiċċaw jirrikorru fl-isptar Mater Dei u dan minħabba aktar faċilitajiet li jeżistu f’din il-faċilita’.
Ċifri ta’ attendenza juru wkoll numru aktar qawwi ta’nies li jattendu fl-emerġenza fi tmiem il-ġimgħa.
Jista' l-Ministru jagħti spjegazzjoni għaliex waqaf ix-xogħol fit-toroq id-Dawr u l-Istrinġell fil-Mosta? Liema xogħol kien beda mill-kunsill preċidenti u twaqqaf mill-kunsill ġdid?
Response (GATT, AUSTIN)
Billi dawn it-toroq m'humiex responsabbiltà ta’ Transport Malta nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Mosta — Triq id-Dawr u triq l-Istrinġell - tkomplija ta' toroq
Question
Jista' l-Ministru jgħid meta se jitkompla x-xogħol ġewwa t-toroq Dawr u l-Istrinġell fil-Mosta, liema toroq qed jikawżaw ħafna inkonvenjent lil għexieren ta' familji minħabba t-trabijiet li hemm bħalissa għaliex ix-xogħol tħalla nofs leħja u peress li r-residenti qed ikollhom ibatu konsegwenzi koroh għaliex it-torba li hemm f'dawn it-toroq qed jikkawżaw ħafna problemi lir-residenti biex jżommu d-djar u l-karozzi tagħhom nodfa barra mill-problemi respiratorji u allerġiji li dan it-trab jista' jikkawża?
Response (GATT, AUSTIN)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari 34458.
Persuna li komettew omiċidju volontarju li ma tressqux il-Qorti
Question
Jista' l-Ministru jgħid fl-aħħar għaxar snin kemm-il persuna li kkommettiet omiċidju volontarju ma tressqitx il-Qorti peress li mill-investigazzjoni rriżulta li kienet qed taġixxi in legittima difesa? Jista' jgħid min kienu dawn il-persuni u d-dati meta seħħ il-każ?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi matul dawn l-aħħar għaxar snin, ċioe' mis-sena 2002 'l hawn kien hemm żewġ każi fejn persuna inqatlet u ma nbdewx proċeduri kriminali. Dawn iż-żewġ każijiet kienu jinvolvu membri tal-Korp tal-Pulizija. Każ minnhom seħħ fit-3 ta’ Diċembru 2002 ġewwa Hal Luqa fejn il-Pulizija sparaw fuq persuna li kienet qed iżomm persuna oħra bħala ostaġġ taħt theddida imminenti tal-mewt. Il-każ l-ieħor kien seħħ nhar l-4 ta’ Mejju 2007 f’Ħal Qormi, fejn il-Pulizija sparaw sabiex jiddefendu lilhom infushom fuq persuna li attakathom b’mus. Fiż-żewġ każijiet kien ġie konkluż mill-Maġistrat inkwirenti illi ma kienx hemm lok li jittieħdu proċeduri kriminali fil-konfront tal-membri tal-Korp u li dawn kienu aġixxew in leggittima difesa tagħhom jew ta’ ħaddieħor.
Korp tal-Pulizija — investiment fil-Faċilitajiet u tagħmir forensiku
Question
Jista' l-Ministru jgħid fl-aħħar erba' snin, sena b'sena x'kien l-ammont ta' investiment fil-faċilitajiet u tagħmir forensiku tal-Korp tal-Pulizija?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat ill matul dawn l-aħħar ħames snin, il-Korp tal-Pulizja investa f’diversi apparat sabiex jimmodernizza t-tagħmir u jtejjeb il-faċilitajiet fit-Taqsima tal-Forensika, anke’ permezz ta’ fondi mill-Unjoni Ewropea.
Fost dawn, ta’ min isemmi laboratorju diġitali ġdid sabiex isir żviluppar ta’ ritratti li kien jammonta għal €187,282 li inxtara fl-2008, flimkien mas-somma ta’ € 63,748 f’materjali li jiġi kkunsmat b’konnessjoni max-xogħol ta’ din it-Taqsima.
Matul l-2009, sar investiment ta’ € 320,798. Dan kien jinkludi xiri ta’ apparat sabiex jiġu eżaminati dokumenti tal-ivjaġġar, flus u dokumenti oħra suspettati li jkunu foloz. Inxtara wkoll apparat li jiżviluppa impronti diġitali minn fuq diversi materji kif ukoll inxtraw numru ta’ kameras tar-ritratti diġitali. Ma’ dawn kien hemm ukoll € 47,610 f’
consumables.
Fl-2010, il-Korp tal-Pulizija investa €38,583 f’apparat diġitali sabiex jiġu analizzati filmati in konnessjoni ma’ investigazzjonijiet. Inxtrat ukoll
videocamera
digitali professjonali li swiet €18,000, filwaqt li intefqet is-somma ta’ € 65,852 f’materjal li jintuża fix-xogħol ta’ kuljum ta’ din it-Taqsima.
Matul is-sena l-oħra mhux anqas minn €172,778 ġew investiti fis-sistema ta’
database
tad-DNA, li qedgħa għall-użu fit-tpartit ta’ informazzjoni ma' pajjiżi Ewropej oħra. Ma' dawn wieħed irid isemmi wkoll in-nefqa ta’ €45,106 f’materjal li kien ikkunsmat għal finijiet ta’ sigurta’ u preservazzjoni ta’ oġġetti elevati minn fuq ix-xena tar-reat, kif ukoll ilbies protettiv għall-uffiċjali li jaħdmu fil-Laboratorju Forensiku.
Din-is-sena, Il-Korp investa €1,592,856 f’apparat ġdid li jaħżen u jikkompara l-impronti diġitali u tal-marki tal-pali tal-idejn. Dan l-apparat huwa intenzjonat li jintuża kemm għal komparazzjoni tal-impronti diġitali elevati minn fuq ix-xena tar-reat kif ukoll fil-bdil ta’ informazzjoni ma' pajjiżi oħra Ewropej. Ġew investiti wkoll €11,702 f’apparat imsejjaħ
hand held retroviewers
sabiex ikompli jittejjeb l-apparat li jiċċekkja d-dokumenti u flus foloz, kif ukoll €46,852 f’appart xjentifiku ieħor li jintuża sabiex jitkejjel l-alkoħol fin-nifs. Ġew investiti wkoll madwar €9,000 f’apparat ġdid ieħor li jipproduċi imaġini ta’ l-uċuħ waqt intervisti li jsiru mal-vittmi jew xiehda. Sa issa intefqu ukoll €29,543 f’materjal ieħor li jiġi ikkunsmat sabiex tiġi priservata l-evidenza.
Dan ifisser li matul dawn l-aħħar erba’ snin ġew investiti aktar minn żewġ miljuni u nofs Ewro (€2,649,610) fil-Laboratorju tax-Xjenza Forensika tal-Pulizija. Dan barra xogħol ieħor ta’ manutenzzjoni, modernizzar u tisbieħ fl-ambjent in ġenerali f’uffiċċini ġodda fil-kumpless tat-Taqsima Fornesika.
Jista' l-Ministru jgħid fl-aħħar erba' snin kemm uffiċjali tal-pulizija telqu mill-Korp kif appena għalqu l-25 sena servizz? Jista' jgħid kemm fil-preżent kemm-il membru tal-korp għalqu l-25 sena servizz u għadhom fil-korp u f'liema gradi?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi matul dawn l-aħħar 4 snin, ċioe' mill-2009 'l hawn, kien hemm 56 membru tal-Korp li rtira mis-servizz appena għalqu l-25 sena servizz. Infurmat ukoll illi fil-preżent hemm 195 membru tal-Korp li għalqu il-25 sena servizz u li għadhom iservu fil-Korp. Dawn huma, Kummissarju, Deputat Kummissarju, 5 Assistenti Kummissarji, 6 Supretendenti, 4 Spetturi, 23 Surġent Maġġur, 17-il Surġent u 138 Kuntistabbli.
Żgħażagħ b'diżabilità taħt it-30 sena mingħajr esperjenza edukattiva
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm żgħażagħ b'diżabilità taħt l-età ta' 30 sena li jinsabu d-dar u ma jattendux xi esperjenza edukattiva u ta' taħriġ?
Response (SAID, CHRISTOPHER)
Ninforma lill-Onorevoli l-Interpellant li fil-waiting list taċ-Ċentri ta’ Matul il-Jum hemm 38 klijent li huma applikanti mill-komunità u li huma ta’ età iżgħar minn tletin sena.
Dan ma jfissirx li dawn mhux qed jattendu xi esperjenza edukattiva jew ta’ tahrig f’xi post iehor bhal dawk ipprovduti minn diversi NGOs.
Malta Enterprise — ħidma mal-kumpanija SIB Laboratories
Question
Minkejja li l-Malta Enterprise ċaħdet li kellha xi kollaborazzjoni mal-Kumpanija SIB Laboratories Ltd mdaħħla fl-iskandu tal-Fondazzjoni Salvatore Maugeri, jista' l-Ministru jgħid għaliex qed tkompli tħalli lil din il-kumpanija ġġib il-logo antik tal-Malta Enterprise u l-link fil-website tagħha u tagħti l-impressjoni li hemm ħidma flimkien ma' din il-kumpanija?
Response (FENECH, TONIO)
Ninsab infurmat illi l-Malta Enterprise diġà talbet formalment lil SIB Laboraties biex tneħħi il-logo u il-link tagħha minn fuq is-sit, liema talba ġiet injurata. Il-Malta Enterprise issa rriferiet il-każ lill-uffiċċju legali tagħha sabiex jittieħdu dawk il-passi kollha neċessarji fiċ-ċirkostanzi.
Kwestjonijiet bejn il-BOV u kumpaniji Periplo u SIB Laboratories
Question
Peress li l-gvern huwa shareholder fil-Bank of Valletta, jista' l-Ministru jgħid x'passi ttieħdu mill-gvern u mill-bank stess dwar tagħrif li ġabru l-maġistrati inkwirenti ta' Milan li fil-kompjuter tal-persuna li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, konsulent ta' wieħed mill-uffiċjali tal-Maugeri sabu tagħrif li l-Bank of Valletta biex il-kumpanija Periplo ta' Milan tgħaddi €15-il miljun lejn is-SIB Labortatories Ltd bħala parti mill-ħasil ta' flus li qed jiġu investgati bih uffiċjali tal-Maugeri?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi r-risposta se tingħata f’seduta oħra.