MEPA — każijiet ta' applikanti li ntalbu jagħmlu garanzija fuq bankini
Question
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar in-numru ta' każijiet fejn applikanti għall-iżvilupp intalbu mill-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar biex jagħmlu garanziji minħaba li kien se jsir żvilupp li jista' jaffetwa l-bankini u dan għas-snin 2010 - 2011 f'San Pawl il-Baħar, Mellieħa, u n-Naxxar, f'kull lokalità separatament sena b'sena?
Response (DEMARCO, MARIO)
L-informazzjoni għadha qed tinġabar u tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Billi fil-bypass tan-Naxxar (bejn t'Alla u Ommu u l-Iklin) qed ikun hemm numru ta' inċidenti tat-traffiku, jista' l-Ministru jieħu l-passi neċessarji biex fuq iż-żewġt naħat tat-triq ikun hemm crash barriers li jifirdu l-bypass mit-toroq ta' quddiem ir-residenti?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li għaddejt is-suġġeriment tiegħu lil Transport Malta.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 34315 u jgħid jekk l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar qatt saret taf, ordnat jew rat riżultati ta xi air quality tests marbutin mal-każ tal-mercaptan li tiegħu kienet responsabbli l-Korporazzjoni Enemalta? Jekk iva, jista' jagħti d-dettalji u t-time lines kollha relevanti?
Response (DEMARCO, MARIO)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru 34553
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 34314 u jgħid l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar f’liema stadju saret taf bil-problema tal-mercaptan u bil-ħruq illegali tagħhom? Minn min ġiet mgħarrfa? Min min-naħa tal-awtorità sar jaf b’dan? X’passi ttieħdu mill-awtorità appena saret taf b’dan u x’wassal biex l-ewwel għeddet li tieħu azzjoni bil-Qorti u sallum kważi tliet snin wara l-inċident jidher li għadu ma sar xejn, meta huwa mifhum li l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar kellha bażi soda biex tagħmel dan sa minn Novembru tas-sena 2009?
Tista' l-Minsitru tgħid x'inhi r-raġuni li l-uffiċċju ta' Transport Malta fil-Ministeru t'Għawdex, qiegħed jitħalla understaffed meta hemm volum ta' xogħol u l-uffiċjali li jaħdmu hemm ma jistgħux ilaħqu ma' dan il-volum ta' xogħol li dejjem jikber? Ma taħsibx il-Ministru li hu essenzjali li dan l-uffiċċju jkun staffed sew minħabba l-importanza li hemm bżonn li jaħdem effiċjenti?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru W551.
Buġibba u Qawra — Serq u tkissir ta' tabelli pubbliċi
Question
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk kienx hemm rapporti ta' tkissir/serq ta' tabelli pubbliċi, matul l-aħħar jiem, mill-inhawi tal-front ta' Buġibba/Qawra? Jekk kien hemm, x'tip ta' tabelli kien rappurtat li kienu mkissra/misruqa?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi ma jirriżultax li saru xi rapporti lill-Pulizija dwar tkissir jew serq ta’ tabelli mill-inħawi ta’ Buġibba / Qawra matul dawn l-aħħar jiem, ċioe’ mill-1 sas-17 ta’ Mejju 2012.
San Pawl il-Baħar — ċitazzjonijiet ta' kontravenzjonijiet tat-traffiku
Question
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm inħarġu ċitazzjonijiet nhar il-Ħadd 13 ta' Mejju 2012, kemm mill-wardens, kif ukoll mill-pulizija, fl-inħawi ta' San Pawl il-Baħar, għal dawk li huma kontravenzjonijiet tat-traffiku?
Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)
Ninsab infurmat illi n-numru ta' ċitazzjonijiet ta' kontravenzjonijiet tat-traffiku li nħarrġu il-Ħadd 13 ta' Mejju 2012 kien ta' 58, 35 mill-Wardens u 23 mill-Pulizija.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 34422, jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kif jiġu awtorizzati joperaw minn xi lokalità partikulari dawn l-istess attendants?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li car park attendants jistgħu joperaw f’post ta’ parkeġġ skedat jekk ikollhom liċenzja maħruġa minn Transport Malta. Din il-liċenzja tinħareġ taħt il-kundizzjonijiet stipulati fir-regolament 65 tar-Regolamenti dwar il-Vetturi bil-Mutur (L.S. 65.11). Kopja ta’ dan ir-regolament qed tiġi annessa ma’ din it-tweġiba.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk hemmx talbiet ġodda għall-bus shelters/bus stops fil-lokalitajiet tas-7, l-11 u t-12-il distrett elettorali? Jekk iva fejn hemm dawn it-talbiet pendenti?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar liema binjiet storiċi qed jiġu restawrati bħalissa, permezz ta' għajnuna mill-Awtorità ta' Malta tat-Turiżmu? F'liema lokalità jinsabu dawn il-binjiet?
Response (DEMARCO, MARIO)
L-Awtorita’ Maltija ghat-Turizmu (MTA) bhalissa qed taħdem fuq numru ta’ progetti ta’ restawr u dawn huma:
Gewwa Pembroke:
· Restawr tat-torri tal-Madliena,
· Restawr tal-‘British Military Defence Complex’ maġenb it-torri,
· Kif ukoll restawr ta’ pont (bridge) li jghaqqad ‘patrol path’ u ‘sheltering room’ (ta’ zmien il-militar ingliz).
Dawn qed jigu restawrati bhala parti mill-progett ta’ ko-finanzjament tal- Unjoni Ewropeja ‘Tourism Zone Upgrade with Urban Landscaped Spaces and other Facilities’ iffinanzjati mill-fond tal-ERDF.
Gewwa l-Qawra:
· Restawr ta’ Entrenchment wall.
· Restawr ta’ pillbox ta’ zmien il-militar Ingliz.
Dawn qed jigu restawrati bhala parti mill-progett ta’ ko-finanzjament tal- Unjoni Ewropeja ‘Tourism Zone Upgrade with Urban Landscaped Spaces and other Facilities’ iffinanzjati mill-fond tal-ERDF.
San Pawl il-Bahar:
· Restawr ta’ Gun Post ta’ zmien il-militar Ingliz.
· Restawr ta’ Wignacourt Tower.
Dawn qed jigu restawrati bhala parti mill-progett ta’ ko-finanzjament tal- Unjoni Ewropeja ‘Tourism Zone Upgrade with Urban Landscaped Spaces and other Facilities’ iffinanzjati mill-fond tal-ERDF.
Apparti dawn, l-MTA ghadha kif irrestawrat ukoll nicca fit-telgha tal-Kurcifiss (Floriana). Din saret minn fond tal-MTA.
Jista' l-Ministru jara l-każ tal-anzjana li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, li qed tistenna biex tagħmel operazzjoni f'irkobbitha u d-data tal-operazzjoni ilha tiġi posponuta minn Ottubru tas-sena l-oħra?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li l-persuna li qed jirreferi għaliha l-Onor. Interpellant attendiet l-isptar fis-16 ta’ April 2012 għal aktar testijiet mediċi li jsiru qabel l-intervent kirurġiku. Jekk jirriżulta minn dawn it-testijiet li l-pazjenta tkun fi stat ta’ saħħa mediku tajjeb, tkun tista’ tiġi operata f’qasir żmien.
Jista’ l-Ministru jagħti informazzjoni sena b’sena minn mindu twaqfet l-iskema Micro Invest tal-Malta Enterprise, kemm kienu l-intrapriżi kummerċjali li bbenefikaw minn tali skema u kemm kien l-ammont ta’ għajnuna li rċievew? Jista' jara li l-informazzjoni mitluba tiġi klassifikata skont in-NACE tal-intrapriżi?
Response (FENECH, TONIO)
Ninsab infurmat illi l-iskema MicroInvest għenet lil 1,045 sid ta’ negozju Malti u Għawdxi li jħaddmu anqas minn għaxra min-nies biex jinvestu sabiex jirrenovaw, jespandu u jiżviluppaw il-kumpaniji tagħhom, u possibilment ifittxu swieq ġodda, liema skema qed tiġi estiża għal sena oħra.
L-Iskema tnediet fil-Baġit 2010 bħala waħda mill-inizjattivi meħudha bħala parti mill-ħidma tal-Gvern biex jixpruna l-ekonomiji fl-eqqel tal-kriżi ekonomika u internazzjonali u b’hekk titħares il-kompetittività tas-sidien ta’ negozji żgħar u tal-postijiet tax-xogħol. Filwaqt li oriġinarjament kienet intiża li tagħlaq fl-aħħar ta’ Marzu 2012, fil-Baġit 2012 il-Gvern estenda din l-iskema għal sena oħra biex aktar sidien ta’ negozji jgawdu minnha.
Dan qed iħalli r-ri¿ultati għaliex dawn l-1,045 sid ta’ negozji investew bejniethom aktar minn €17.3 miljun. Billi l-iskema tipprovdi tnaqqis mit-taxxa anke għal min joħloq post tax-xogħol, din l-iskema wasslet għal ħolqien ta’ 242 post tax-xogħol b’mod dirett. Dan ma jinkludix postijiet tax-xogħol li nħolqu b’riżultat tal-espansjoni fin-negozju megħjuna permezz ta’ din l-iskema, li għaliha applikaw aktar minn 230 negozju li joperaw f’Għawdex.
Dettalji skont in-NACE mhumiex disponibbli
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-periklu li hemm fis-soqfa tal-Mużew Marittimu ġewx solvuti? X'azzjoni ttieħdet biex jiġu mħarsin il-ħaddiema li jaħdmu hemm?
Response (DEMARCO, MARIO)
Ninsab infurmat li ma hemm l-ebda saqaf meqjus perikoluż fejn hu aċċessibbli għall- pubbliku u l-ħaddiema. Tul dawn l-aħħar għaxar snin saru xogħolijiet fuq għadd ta’ soqfa u strutturi oħra fil-Mużew Marittimu. Fadal xi soqfa li għad irid isir xogħol fuqhom. Saqaf ta’ sala fuq it-tielet sular irid jinbidel iżda mhux meqjus li huwa wieħed perikoluż. Saqaf ieħor li għandu bżonn jinbidel jinsab f’żona li qabel kienet is-silo tal-fran tal-flotta Ingliża. L-aċċess għal din iż-żona hu magħluq u għalhekk dan is-saqaf ma hu ta’ periklu għal ħadd. Sar program ta’ monitoraġġ ta’ saqaf ieħor u ġie stabbilit li dan m’għandux bżonn jinbidel, iżda hemm bżonn ta’ xi tiswijiet lokalizzati.
Jista' l-Ministru jindika kemm huma l-ammonti ta' flus miġbura sal-aħħar ta' Marzu 2012, taħt l-iskema tal-Commuted Parking Payment Scheme lokalità b'lokalità?
Response (DEMARCO, MARIO)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bid-dettalji mitluba.
Jista' l-Ministru jgħid x'programm ta' manutenzjoni qed isir fuq it-toroq il-ġodda li saru fl-aħħar snin, b'mod partikolari t-toroq li saru bil-fondi tal-Protokol Taljan li ilhom bejn 7 u 8 snin lesti? Jista' jgħid kemm hemm flus allokati fuq il-manutenzjoni tat-toroq u dawn kif qed jintefqu?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jikkonferma li l-valur miżjud tal-Korporazzjoni Enemalta għal fini ta' kumpilazzjoni tal-Prodott Gross Domestiku jiġi klassifikat taħt sezzjoni D tan-Nace Rev. 2? Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-valur miżjud, il-kumpens lill-ħaddiema u l-qliegħ nett fuq l-operat ta' sezzjoni D tal-PGD għal kull kwart tas-sena mill-2005 sal-2011? Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-valur miżjud, il-kumpens lill-ħaddiema u l-qligħ nett fuq l-operat tal-Korporazzjoni Enemalta hekk kif stmat fil-PGD għal kull kwart tas-sena mill-2005 sal-2011?
Response (FENECH, TONIO)
Ninsab infurmat li peress li l-Korporazzjoni Enemalta żżomm kontijiet separati għall-ġenerazzjoni u distribuzzjoni ta’ elettriku, u għall-importazzjoni ta’ fjuwils u gass, huwa possibbli li l-informazzjoni ta’ din l-entità tkun klassifikata skont il-funzjoni speċifika għall-finijiet ta’ statistika, inkluż il-Prodott Domestiku Gross.
Fil-fatt, il-Korporazzjoni Enemalta fin-NACE Rev.2 hija kklassifikata skont il-funzjonijiet differenti kif spjegat hawn taħt:
- NACE Sezzjoni D: Ġenerazzjoni u Distribuzzjoni tal-Elettriku
- NACE Sezzjoni G: Importazzjoni ta’ Fjuwils u Gass
Peress li fis-Sezzjoni D tan-NACE Rev.2 hemm biss il-Korporazzjoni Enemalta, l-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika ma jistax jiżvela aktar dettalji minħabba raġunijiet ta’ kunfidenzjalità, u konformi mal-Att tal-2000 dwar l-Awtorità Maltija tal-Istatistika (MSA).
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm bomb scares/theddid ta' bombi fil-bini tal-Qorti matul l-2008, l-2009, l-2010, l-2011 u l-ewwel erba' xhur tal-2012? Kif kienu mqassma xahar b'xahar? X’jiġri f’każijiet bħal dawn u kif ikun affetwat ix-xogħol tal-qorti ?
Response (SAID, CHRISTOPHER)
Ninforma lill-Onorevoli INterpellant li d-dettalji mitluba rigward numru ta bomb threat calls fiergħa relattivi għall-Qrati Maltin jinstabu aktar 'l isfel.
Id-Direttur Ġenerali jiġi nfurmat b'din it-theddida permezz ta' telefonata mil-control room tal-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija jew inkella jekk it-telefonata tiġi mehudha minn impjeġat tal-Qorti jinforma lid-Direttur Ġenerali. Il-Bomb Disposal Unit jiġu infurmati mill-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija jew mill-Qorti stess skont fejn tkun saret it-telefonata. L-Amministrazzjoni tieħu ħsieb li tevakwa lill-impjegati u l-pubbliku li jkun prezenti fil-bini tal-Qorti.
Kull awla tirregola hija stess l-andament tax-xogħol peress li filwaqt li f’ċerti awli x-xogħol jiġi sospiż temporanjament hemm awli oħra fejn is-seduti jitkomplew.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienu dawk li kellhom kontijiet domestiċi li s-servizz tal-provvista tad-dawl u l-ilma tagħhom kienu sospiżi min-naħa tal-ARMS Ltd minħabba kontijiet pendenti bejn Settembru 2011 u April 2012? Jista' jgħid kemm kienu l-kontijiet pendenti tar-residenzi li nqatgħatilhom il-provista tal-elettriku u l-ilma?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi r-risposta se tingħata f’seduta oħra.
kumpaniji, lukandi, u fabbriki — qtugħ tas-servizz tad-dawl u l-ilma
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm kumpaniji, lukandi, u fabbriki li l-gvern qatgħalhom is-servizz tad-dawl u l-ilma minħabba li ma ħallsux l-kontijiet bejn Settembru 2011 u April 2012? Jista' jgħid kemm kienu l-kontijiet pendenti ta’ dawn il-kumpaniji, lukandi u fabbriki tar-residenzi li nqatgħatilhom il-provvista tal-elettriku?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi r-risposta se tingħata f’seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid minn Mejju 2011 sa’ April 2012 kemm kienu dawk li kellhom kontijiet domestiċi li rċevew notifika uffiċjali min-naħa tal-ARMS Ltd li kienu se jissospendulhom il-provvista tad-dawl u l-ilma tagħhom jekk ma jħallsux l-ammont mitlub fi żmien għaxart ijiem u kemm ircevew it-tieni notifika ?
Response (FENECH, TONIO)
Ninsab infurmat li n-numru ta’ kontijiet domestiċi li bejn Mejju 2011 u April 2012 rċevew notifika uffiċċjali min-naħa tal-ARMS Ltd dwar sospensjoni tal-provvista tad-dawl u l-ilma tagħhom jammonta għal-54,380.
Dawn in-notifiki jitolbu għall-ħlas tal-ammonti dovuti u li fl-eventwalita’ li dawn ma jitħallsux l-ewwel tinħareġ it-tieni notifika, u mbagħad tiġi sospiża l-provista tal-elettriku.
In-numru ta’ kontijiet domestiċi li rċevew it-tieni notifika uffiċjali min-naħa tal-ARMS Ltd fil-perjodu bejn Mejju 2011 u April 2012 jammonta għal
4,342
.
Dawn it-tieni notifika m’humiex neċessarjament relatati kollha mal-ammont ta’ 54,380.