Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ċentru tal-Wardija — żgħażagħ b'diżabilità

Question

Tista' l-Ministru jgħid hemm xi pjan biex iċ-ċentru tal-Wardija ma jibqax jilqa' fih żgħażagħ b'diżabilità? Jekk iva, fejn se jkun is-sit alternattiv għal dan iċ-ċentru?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Il-pjanijiet huma li jinbnew żewġ Ċentri tar-Riżorsi flimkien mal-bini ta’ żewġ skejjel sekondarji f’Paola u l-Ħamrun. Dan se jsir sabiex l-istudenti taċ-Ċentri tar-Riżorsi jkunu jistgħu jintegraw aktar fil-programmi tal-iskejjel . Għad ma hemmx deċiżjoni dwar iċ-Ċentru tal-Wardija.

Istituzzjonijiet post-sekondarji — programmi pathway għal żgħażagħ b'diżabilità

Question

Tista' l-Ministru tgħid fl-istituzzjonijiet post-sekondarji ta' Malta u Għawdex fejn qed isiru programmi pathway għal żgħażagħ b'diżabilità? Kemm hemm żgħażagħ f'dawn il-programmi?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Tfassil ta' sillabi ġodda għall-eżamijiet SEC

Question

Tista' l-Ministru tgħid fejn wasal ix-xogħol ta' tfassil ta' sillabi ġodda għall-eżamijiet SEC?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 11 PQ #34607 Sitting 477 2012-05-23 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru għal Għawdex

ITS — ħolqien ta' brach managers

Question

B'referenza għall-Avviż Legali 131 tal-2012, msejjaħ Regolamenti tal-2012 dwar Istituzzjoni għall-Istudji Turistiċi, tista' l-Ministru tgħid jekk hemmx il-ħsieb li l-Iistitut għall-Istudji Turistiċi tal-Qala Għawdex jgħaddi f'idejn l-Istituzzjoni għall-Istudji Turistiċi fid-dawl ta' artiklu 26 li jsemmi ħolqien ta' branch managers f'Malta u Għawdex?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li l-arranġamenti li jirrigwardjaw ir-relazzjoni tal-branch manager f'Għawdex mal-Istitut għall-Istudji Turistiċi għadhom iridu jiġu stabiliti.

Persuni li tressqu b'arrest

Question

Jista' l-Ministru jgħid mill-bidu tas-sena sal-lum, kemm tressqu persuni b'arrest? Kemm minn dawn il-persuni ngħataw il-ħelsien mill-arrest mal-preżentata? Kemm minn dawn il-persuni għadhom arrestati sal-lum?

Response (SAID, CHRISTOPHER)

Ninforma lill-Onorevoli Inteprellant li Quddiem il-Qrati tal-Magistrati kompetenza kriminali fil-Qrat ta’ Malta kif ukoll fil-Qrati ta’ Ghawdex mill-bidu tas-sena s’issa tressqu 393 persuna taht arrest. Minn dawn il-persuni, 315-il persuna inghataw il-liberta’ provizzorja jew il-kawza taghhom giet deciza mal-presentata. 78 persuna ghadhom arrestati sal-lum.

Persuni li ġew akkużati bi stupru

Question

Jista' l-Ministru jgħid mil-127 persuna li ġew akkużati bi stupru mis-sena 2002, kem minn dawn ġew liberati u kemm proċeduri għadhom pendenti?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

“Ninsab infurmat illi mis-sena 2002 sal-2011 kien hemm 127 persuna li ġew akkużati quddiem il-Qorti b’reati ta’ stupru. Minn dawn 46 instabu ħatja; 9 ġew liberati, 71 għandhom il-każ għadu pendenti quddiem il-Qorti, filwaqt li wieħed kien miet matul il-proċeduri quddiem il-Qorti.

Persuni akkużati b'kompliċità fi stupru

Question

Jista' l-Ministru jgħid fl-aħħar għaxar snin kemm-il persuna ġiet akkużata bir-reat ta' kompliċità fi stupru? Jista' jgħid kemm instabu ħatja? Kemm ġew liberati? Kemm proċeduri għadhom pendenti?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi ma tinżammx statistika kompjuterizzata tat-tagħrif hekk kif mitlub mill-Onorevoli Interpellant.

Korp tal-Pulizija — xiri ta' tazer guns

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx ħsieb li jiġu akkwistati aktar tazer guns sabiex jiġu użati mill-Korp tal-Pulizija? Jista jgħid fuq liema kriterji jintużaw l-ammont ferm limitat li għandu l-korp fil-preżent?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi huwa maħsub li l-Korp tal-Pulizija ikollu aktar taser guns għal użu tal-membri tal-Korp. Il-kriterji dwar l-użu tat-taser guns huma dawk li hemm stipulati fiċ-ċirkolarijiet interni maħruġa fit-23 ta’ Settembru 2008 u fit-22 ta’ Jannar 2009.

Ġuri patteġġjati u kontestati

Question

Jista' l-Ministru jgħid fl-aħħar ħames snin kemm-il ġuri ġie patteġġjat wara ammissjoni u kemm-il ġuri kien kontestat? Kemm minn dawk li ġew kontestati instabu ħatja u kemm kien hemm sentenza liberatorja?

Response (SAID, CHRISTOPHER)

Ninforma lill-Onorevoli INterpellant li l-istatistika moghtija hawn taht turi, sena b’sena, kemm fil-Qorti Kriminali f’dawn l-ahhar hames snin gew patteggjati gurijiet wara ammissjoni, kemm il-guri gie kontestat u kemm minn dawk kontestati, instabu hatja u kemm gew illiberati Sena 2007 : 7 Att ta’ Akkuza patteggjati 8 Att ta’ Akkuza Kontestati li minnhom 8 gew misjuba hatja u xejn liberati. Sena 2008 : 5 Att ta’ Akkuza patteggjati 14 Att ta’ Akkuza Kontestati li minnhom 13 instabu hatja u 1 liberat. Sena 2009 : 10 Att ta’ Akkuza Patteggjat. 15 Att ta’ Akkuza Kontestati li minnhom 13 instabu hatja u 2 liberati. Sena 2010 : 12 Att ta’ Akkuza Patteggjat. 21 Att ta’ Akkuza Kontestat li minnhom 4 gew illiberati. Sena 2011 : 32 Att ta’ Akkuza Patteggjat. 18 Att ta’ Akkuza Kontestat li minnhom 2 gew illiberati.

Każijiet ta' omiċidju

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm mill-każijiet ta' omiċidju li seħħew fl-aħħar għaxxar snin għadhom ma ġewx solvuti mill-pulizija?

Response (MIFSUD BONNICI, CARMELO)

Ninsab infurmat illi 10 każi ta’ omiċidju volontarju li seħħew matul dawn l-aħħar għaxar snin, ċioe' mill-2002 'l hawn u li s’issa għadhom ma ġewx solvuti.

mediċini li roħsu

Question

Billi l-prezz tal-mediċini li qegħdin jitraħsu qiegħed jiġi maħdum skont il-prezz medju kif qiegħed jinbiegħ f’ċerti pajjiċi membri tal-Unjoni Ewropeja, jista' l-Ministru jagħti l-isem tal-pajjiżi u l-prezzijiet li ntużaw biex ġie stabbilit il-prezz tal-medicina LYRICA 25 mg capsules x 56, li mill-prezz ta' €106.94 tniżżel għal €75.44, meta l-prezz ta’ din l-istess mediċina, skont il-lista mogħtija mill-Ministru fil-mistoqsija parlamentari 33749, qiegħda tinbiegħ għall-prezz ta’ €23.14 fl-Italja u €15.88 fil-Portugall?

Response (AZZOPARDI, JASON)

Ninsab infurmat li minħabba l-fatt li preżentement hemm transizzjoni mill-ftehim l-antik għall-ftehim il-ġdid, għadhom ma bdewx in-negozjati bejn l-Awtorita u l-importatur konċernat fuq il-prezz tal-prodott Lyrica 25mg capsules (x 56). Minkejja dan u anke b’xhieda tal-koperazzjoni li ssedqet bejn il-Gvern u l-importaturi tal-mediċina f’dawn l-aħħar snin, l-importatur għażel li jraħħas il-prezz ta’ dan il-prodott minn jeddu. Dan ma jippreġudikax il-fatt li jkun hemm negozjati biex jitraħħas il-prezz skont il-ftehim. Il-prezz preżenti ta’ dan il-prodott fil-pajjiżi li jintużaw biex tinħadem il-medja huwa kif gej: Ingilterra € 104.10, Italja €23.14, Irlanda €110.29, Portugal €15.88, Franza €18.79, Cipru € 23.13, Germanja €54.64, Danimarka €22.08 u Norvegja €20.52.

kumpanija Arriva — sussidju mill-gvern

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm il-gvern ta' sussidju jew għajnuna u fuq xiex ta susidju jew xi tip ta' għajnuna oħra lill-kumpanija tat-transport Arriva kemm ilha topera sal-aħħar ta April 2012?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Labour Force Survey

Question

Jista' l-Ministru jgħid, skont il-Labour Force Survey, f’Malta u f’Għawdex separatament kemm kien fl-aħħar tal-2010 u tal-2011 a) Il-labour supply; nisa għalihom u rġiel għalihom; b) n-numru ta’ nies jaħdmu full-time , nisa għalihom u rġiel għalihom skont l-attività ekonomika; ċ) in-numru ta’ nies, nisa għalihom u rġiel għalihom, jaħdmu iżda li kellhom xogħol part-time bħala x-xogħol ewlieni tagħhom skont l-attività ekonomika; d) in-numru ta’ nies jaħdmu part-time , nisa għalihom u rġiel għalihom skont l-attività ekonomika?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi r-risposta ser tingħata f’seduta oħra.

Labour Force Survery — informazzjoni

Question

Jista' l-Ministru jgħid, skont il-Labour Force Survey, f’Malta u f’Għawdex separatament kemm kien fl-aħħar tal-2010 u tal-2011: a) kemm kien hemm nies jirreġistraw għax-xogħol, dawk ta’ bejn il-15-il sena u l-24 għalihom u dawk ta’ ‘il fuq minn 25 sena għalihom kif ukoll nisa għalihom u rġiel għalihom; b) kemm kienet il-popolazzjoni tal-eta’ tax-xogħol, nisa għalihom u rġiel għalihom u skont l-età, ie dawk ta’ bejn il-15-il sena u l-24 għalihom u dawk ta’ ‘il fuq minn 25 sena; ċ) ir-rata ta’ attività, il-forza lavorattiva totali ( labour force ) bħala persentaġġ tal-popolazzjoni totali tal-età tax-xogħol kif ukoll il-forza lavorattivi tal-irġiel bħal persentaġġ tal-irġiel tal-età tax-xogħol u il-forza lavorattivi tan-nisa bħal persentaġġ tan-nisa tal-età tax-xogħol; u d) in-numru ta’ nies inattivi, nisa għalihom u rġiel għalihom?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi r-risposta ser tingħata f’seduta oħra.

Labour Force Survey — paga medja gross annwali

Question

Jista' l-Ministru jgħid, skont il-Labour Force Survey, f’Malta u f’Għawdex separatament kemm kien fl-aħħar tal-2010 u tal-2011 il-paga medja gross annwali skont id-diversi setturi tal-attività ekonomika?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi r-risposta ser tingħata f’seduta oħra.
Leg 11 PQ #34648 Sitting 477 2012-05-23 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol

Labour Supply tan-nies

Question

Tista’ l-onor Ministru tgħid, f’Malta u f’Għawdex separatament, kemm kien fl-aħħar tal-2010 u tal-2011: a) Il-labour supply; nisa għalihom u rġiel għalihom; b) in-numru ta’ nies jaħdmu full-time , nisa għalihom u rġiel għalihom skont l-attivià ekonomika; ċ) in-numru ta’ nies, nisa għalihom u rġiel għalihom, jaħdmu iżda li kellhom xogħol part-time bħala x-xogħol ewlieni tagħhom skont l-attività ekonomika; u d) in-numru ta’ nies jaħdmu part-time , nisa għalihom u rġiel għalihom skont l-attività ekonomika?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 11 PQ #34649 Sitting 477 2012-05-23 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol

Rata tal-attività tal-Labour Force

Question

Tista’ l-Ministru tgħid f’Malta u f’Għawdex separatament fl-aħħar tal-2010 u tal-2011 kemm kien hemm nies jirreġistraw għax-xogħol, dawk ta’ bejn il-15-il sena u l-24 għalihom u dawk ta’ ‘il fuq minn 25 sena għalihom kif ukoll nisa għalihom u rġiel għalihom; a) kemm kienet il-popolazzjoni tal-età tax-xogħol, nisa għalihom u rġiel għalihom u skont l-età, ie dawk ta’ bejn il-15-il sena u l-24 għalihom u dawk ta’ ‘il fuq minn 25 sena; b) ir-rata ta’ attività, il-forza lavorattiva totali ( labour force ) bħala persentaġġ tal-popolazzjoni totali tal-età tax-xogħol kif ukoll il-forza lavorattivi tal-irġiel bħal persentaġġ tal-irġiel tal-età tax-xogħol u il-forza lavorattivi tan-nisa bħal persentaġġ tan-nisa tal-età tax-xogħol; ċ) in-numru ta’ nies inattivi, nisa għalihom u rġiel għalihom; d) il-paga medja gross annwali skont id-diversi setturi tal-attività ekonomika?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Enemalta — Occupational Risk Assessments

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-Occupational Risk Assessments tal-Korporazzjoni Enemalta li kienet obbligata bil-liġi li timxi magħha skont il-proċeduri stabbiliti dwar ħruq u disposal tal-Mercaptan peress li l-Att 27 tas-sena 2000 u l-Avviż Legali 36 tas-sena 2003 jeżiġu li assessment simili suppost issir minn persuna kompetenti kif ipprovdut minn dawn ir-regolamenti?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi r-risposta ser tingħata f’seduta oħra.

Method Statement u Standard Operating Procedure tal-Enemalta rigward il-kimika mercaptan

Question

Jista' l-Ministru jippublika il-method statement u l-standard operating procedure tal-Korporazzjoni Enemalta, kif għandha tiġi trasportata, handled u meqruda l-kimika tal-Mercaptan skont l-Avviż Legali 353 tas-sena 2007?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi r-risposta ser tingħata f’seduta oħra.

Taħriġ u superviżjoni tad-disposal tal-mercaptan

Question

Jista' l-Ministru, permezz tal-Korporazzjoni Enemalta, jagħti lista mingħajr ismijiet tal-ħaddiema li kienu responsabbli għas-superviżjoni tad-disposal tal-kimika mercaptan u tagħti d-dettalji dwar it-taħriġ li dawn ingħataw jekk qatt irċevietx taħriġ simili?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi r-risposta ser tingħata f’seduta oħra.