Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 11 PQ #34927 Sitting 480 2012-05-28 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Ċentru Santa Marta - ingaġġ ta' care workers

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm ġew ingaġġati care workers sabiex jieħdu post il-care workers li telqu miċ-Ċentru Santa Marta fir-Rabat, Għawdex?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li fiċ-Ċentru Santa Marta fir-Rabat Għawdex s'issa ma ġewx ingaġġati Care Workers.
Leg 11 PQ #34928 Sitting 480 2012-05-28 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — studju dwar raġġi u radjazzjonijiet

Question

Tista' l-Ministru tgħid xi studju sar, jekk sar, dwar raġġi u radjazzjonijiet li jiġu emissi f'Għawdex? Jekk sar, tista' tgħid minn min sar?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li l-Ministeru għal Għawdex ma għamilx studju kif imsemmi fil-mistoqsija.

Joint Office u Lands Department — ċens temporanju

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi l-policy tal-Joint Office u tal-Lands Department fil-konfront ta' sidien li jkollhom proprjetà li ma tkunx residenza privata u lanqas villeġjatura, li tkun suġġetta għal ċens temporanju u dak iċ-ċens jiskadi jew ikun wasal biex jiskadi fis-sena li jmiss?

Response (AZZOPARDI, JASON)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi r-risposta se tingħata f’seduta oħra.

Ħal Luqa — bdil ta' bibien tal-uffiċċji tal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma li qegħdin jiġu mibdula il-bibien tal-uffiċċji tal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma f'Ħal Luqa? Jekk fl-affermattiv xi bżonn kien hemm għal dan ix-xogħol u kemm se jiġi jiswa ix-xogħol kollu?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi r-risposta ser tingħata f’seduta oħra.

Vakanzi ta' skrivana fis-servizz pubbliku

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hemm vakanzi ta' skrivana fis-servizz pubbliku? Jista' jgħid kemm kandidati għadhom jistennew li jiġu impjegati bħala skrivani fis-Servizz Pubbliku mill-aħħar eżami li sar? Kemm baqagħlu biex jagħlaq dan l-eżami? Jista' jgħid jekk min għadu fil-waiting jistenna li jieħu l-job wara li għadda hux se jiġi impjegat qabel jagħlaq l-eżami? Jikkonsidra li jekk ma jkunx ġie impjegat kulħadd itawwal iż-żmien ta' meta jagħlaq l-eżami biex kull minn għadda u hu interessat li jidħol jaħdem ma jitlifx dan iċ-ċans?

Response (GONZI, LAWRENCE)

Ninsab infurmat li l-vakanzi jimtlew skont il-ħtiġijiet tas-servizz pubbliku u l-prijoritajiet ta’ l-amministrazzjoni minn żmien għal żmien. Dawk kollha li kienu fil-lista ta’ kandidati li għaddew mill-aħħar eżami għall-Skrivani fis-Servizz Pubbliku ġew ikkuntattjati u offruti impjieg bħala Skrivan. Minnhom, kien hemm disgħa u ħamsin (59) li rrifjutaw l-impjieg b’mod definittiv u mijja u tlieta (103) li meta ġew ikkuntattjati u offruti l-impjieg talbu posponiment għal data mhux fissa, kif hemm provdut u rregolat fi klawżola 1.1.15.6. tal- Public Service Management Code . Ir-riżultat ta’ l-eżami ta’ l-iskrivani hu validu sal-24 ta’ Ġunju 2012. Fl-interess tas-Servizz, u kif meħtieġ, jista’ jintalab il-permess tal-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku sabiex tiġi mġedda l-validità tar-riżultat ta’ l-eżami ta’ l-iskrivani.

Miżuri sabiex ikun hemm sigurtà fit-triq arterjali li twassal mill-Mosta għall-Imġarr

Question

Jista' l-Ministru jara x'miżuri jistgħu jittieħdu sabiex tiżdied is-sigurtà fit-triq arterjali li twassal mill-Mosta għall-Imġarr għax f'din it-triq sikwiet ikun hemm inċidenti li xi kultant ikunu anke fatali bħal ma ġara ftit tal-jiem ilu? B'mod partikolari, jista' l-Ministru jara x'jista' jsir fl-aċċess tal-barriera li hemm fl-istess triq peress li l-vetturi li joħorġu minnha qegħdin joħolqu perikolu kbir għas-sewwieqa li jużaw din it-triq?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li t-triq in kwistjoni kienet iddisinjata skont l-istandards mitlubin għall-ammont ta' traffiku li jgħaddi minnha u skont il-ġometrija li l-istess standards jispeċifikaw. Ninsab infurmat ukoll li fiż-żmien li ġej, se jkun qed isir ukoll road safety impact assessment biex jiġu identifikati rakkomandazzjonijiiet biex tkompli tittejjeb is-sigurta' f'din it-triq.

nies employed — taħt kompjutazjoni single

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu, matul is-sena 2010, l-ammonti ta' nies employed li ddikjaraw ammont ta' income, taħt kompjutazjoni single fil-kategoriji: €0 - €8000; €8001 - €13000; €13001 - €18000; €18001 - €23000; €23001 - €28000; €28001 - €33000; €33001 - €38000; €38001 - €43000; €43001 - €48000; u €48001 jew iktar seperatement f'kull kategorija?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

nies employed — taħt kompjutazjoni joint

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu, matul is-sena 2010, l-ammonti ta' nies employed li ddikjaraw ammont ta' income, taħt kompjutazjoni joint fil-kategoriji: €0 - €8000; €8001 - €13000; €13001 - €18000; €18001 - €23000; €23001 - €28000; €28001 - €33000; €33001 - €38000; €38001 - €43000; €43001 - €48000; u €48001 jew iktar seperatement f'kull kategorija?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

power station il-ġdida — testing

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk waqt it-testing li qed isir tal-power station il-ġdida jew aħjar l-estensjoni jekk qed jintużax l-abatement equipment? Jista' l-Ministru jgħid jekk hux qed jiffunzjona kollu?

Response (FENECH, TONIO)

Ninsab infurmat li t-testing u l-provi tal-impjant il-ġdid jnkludi wkoll l-‘Abatement Equipment’ u qed isir bħalissa. L-‘Abatement Equipment’ qed jintuża waqt il-ħin li l-impjant il-ġdid qed jiġi ttestjat, però hemm ħinijiet fejn partijiet tal-impjant jista’ ma jkunx qed jaħdem imħabba bżonn ta’ xi tibdil jew adjustments, li wara kollox huwa l-iskop tat-testing.
Leg 11 PQ #34940 Sitting 480 2012-05-28 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Sponsorship u sussidju lil min isegwi kors dwar Gozitan Studies

Question

Tista' l-Ministru tgħid il-Ministeru tagħha kemm se jħallas bħala sponsorship/sussidju għal kull student li jsegwi l-kors dwar Gozitan Studies li se jsir fil-Campus tal-Università f’Għawdex? Kemm se jħallas flus kull student biex isegwi dan il-kors? Kemm se tħallas flus l-Università biex isir dan il-kors? Meta se jibda dan il-kors?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li skont l-Avviż Legali 258/2009 dwar il-Miżati Universitarji (University Fees), huwa stmat li l-miżata meħtieġa biex ikun jista' jsir dan il-kors tammonta għal €1,200 kull student. Il-kors idum sentejn (erba' simestri) u jkopri sittin kreditu. Hu ppjanat li l-kors jibda f'Ottubru 2012. Il-Ministeru se joffri scholarships li jammontaw għal €400 kull student.
Leg 11 PQ #34941 Sitting 480 2012-05-28 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

ITS — Għawdex - korsijiet full-time u part-time

Question

Tista' l-Ministru tgħid x'korsijiet full-time u part-time qed jingħataw bħalissa fl-Istitut għall-Istudji Turistiċi f'Għawdex? Meta beda kull kors? Kemm hu t-tul ta' żmien ta' kull kors? Sa fejn iwassal kull kors bħala kwalifiki? Kemm hemm studenti jsegwu kull kors?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.

valur tal-esportazzjoni ta' affarijiet ta' merċa

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien il-valur tal-esportazzjoni minn Għawdex u minn Malta separatament ta’ affarijiet ta’ merċa (goods) xahar b'xahar fl-2011 u sa l-aħħar ta’ April ta’ din is-sena maqsumin skont l-areas ġeografiċi ewlenin u skont il-prodotti esportati?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed tinġabar u ser tingħata f’seduta oħra.

Xewkija — applikazzjoni mill-MEPA għall-Micro Enterprise Park

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk saritx applikazzjoni lill-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar għall-proġett tal-micro enterprise park tax-Xewkija? Jekk fl-affermattiv, x’inhuwa n-numru tal-applikazzjoni? Jista’ jpoġġi kopja tagħha fuq il-Mejda tal-Kamra? Jista’ jpoġġi kopja tal-pjanti fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (FENECH, TONIO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi r-risposta ser tingħata f’seduta oħra.
Leg 11 PQ #34944 Sitting 480 2012-05-28 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Cruise Shipping Miami Fair — informazzjoni

Question

Tista' l-Ministru tgħid jekk kienx hemm xi uffiċċjali tal-Ministeru tagħha li ħadu sehem fl-aħħar Cruise Shipping Miami Fair? Jekk fl-affarmattiv, min kienu? Meta nżammet? X’benefiċċji ħa Għawdex minn din il-parteċipazzjoni? Kemm cruise liners se jżuru Għawdex din is-sena u fl-2013 bħala riżultat ta’ din il-parteċipazzjoni?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li s-Sur Manuel Tabone, Direttur għat-Turiżmu u Żvilupp Ekonomiku ħa sehem f’ din il-fiera bħala rappreżentant tal-Ministeru għal Għawdex. Din il-fiera nżammet bejn it-tnax (12) u l-ħmistax (15) ta’ Marzu 2012. Il-parteċipazzjoni tal-Ministeru għal Għawdex f’din il-fiera kienet importanti biex Għawdex jibda jidħol b’mod iktar sħiħ fl-itinerarju ta’ kumpaniji internazzjonali tal- cruiseliners . Dan minħabba l-fatt li l-itinerarji jiġu ppreparati minn żmien qabel. Dan qed jgħin biex tiġi promossa iktar il-gżira ta’ Għawdex filwaqt li jiġi diskuss kif wieħed jista’ jiffaċilita dan is-settur u nifhmu wkoll iktar l-eżiġenzi ta’ dan is-settur, u l-ħidma li trid issir biex tattira iktar interess lejn Għawdex. Riżultat ta’ din il-ħidma sittax (16)-il cruiseliner ikkonfermaw li se jidħlu f’Għawdex din is-sena. Dan juri żieda ta’ disa’ (9) cruiseliners fuq l-2011. Dan ir-riżultat kien frott ta’ ħidma konġunta flimkien ma’ l-Awtorità Maltija tat-Turiżmu, Transport Malta u operaturi oħra fis-settur privat.
Leg 11 PQ #34945 Sitting 480 2012-05-28 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

żjarat barra minn Malta

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm saru żjajar barra minn Malta fuq xogħol minn delegazzjonojiet Ministerjali u minn uffiċċjali pubbliċi matul l-2011 u sa April ta’ din is-sena? Min kienu l-membri ta’ kull delegazzjoni ministerjali u min kienu l-uffiċċjali l-oħra f’kull żjara barra minn Malta? X’kien l-iskop ta’ kull żjara?

Response (DEBONO, GIOVANNA)

Ninsab infurmata li l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.

Furjana — Triq l-Argotti u Triq l-Iljuni - binjiet tal-apparti - riasfaltar ta' toroq

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 34770, li oriġinarjament saret lill-Ministru tal-Ġustizzja, Konsultazzjoni Pubblika u l-Familja u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid x'żamm u x'qed iżomm milli jiġu riasfaltati t-toroq Argotti u Iljun fil-Furjana fejn tlestew ix-xogħlijiet tal-binja tal-appartamenti li ġa bdew jiġu allokati?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li t-toroq in kwistjoni ma jaqawx taħt ir-responsabilità ta' Transport Malta u għalhekk nitlob lill-Onor Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.

Żejtun — Triq it-Tempju

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 34512 u jgħid x'qed iżomm milli tinfetaħ in toto Triq it-Tempju fiż-Żejtun?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li t-triq li qed jirreferi għaliha l-Onorevoli Interpellant għadha ma ġietx iffurmata kollha. L-obbligu sabiex tinfetaħ u tiġi ffurmata l-parti tat-triq ta' quddiem id-djar huwa tas-sidien tal-proprjetajiet in kwistjoni.

Servizz ta' persuna li jinsab irtirat

Question

Jista' l-Ministru jgħarraf lill-Kamra jekk il-Ministeru tiegħu huwiex juża s-servizz tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament li llum huwa irtirat? Jekk iva, jista' jqiegħed kopja tal-kuntratt tiegħu fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-imsemmi individwu mhuwiex qiegħed jagħti servizz lill-dan il-Ministeru jew l-entitajiet li jaqgħu taħt dan id-dikasteru.

Xgħajra — f'Ta Barkatt - irwejjaħ

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 34564 li oriġinarjament saret lill-Ministru tar-Riżorsi u Affarijiet Rurali u issa ġiet riferuta lilu u jgħid jekk hux konxju li trakkijiet mgħobbija waste ġej mill-impjant f'Ta Barkatt Xgħajra, qed jgħaddu miċ-ċentru ta' Bormla, u jħallu irwejjaħ kbar? Jista' jgħid jekk dawn hux se jibqgħu jgħaddu mill-istess rotta?

Response (FENECH, TONIO)

Ninsab infurmat illi r-rotta tat-trakkijiet li jieħdu l-waste minn Ta’ Barkat ma tistax tinbidel. Din ġiet magħżula sabiex jiġi imminimiżżat l-inkonvenjent għal dawk li joqogħdu fl-inħawi tal-madwar ta’ l-impjant. Il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma immodifikat ħames skippijiet sabiex dawn ikunu ssiġillati waqt it-trasport tal-materjal. Xi ftit trips għadhom qed isiru bi skippijiet mikxufin iżda dawn ser jiġu mibdula b’oħrjan issiġillati f’Ġunju li ġej u b’hekk l-inkonvenjent ta’ l-irwejjaħ ser jiġi prattikament eliminat.
Leg 11 PQ #34967 Sitting 480 2012-05-28 Oral · Final From: OWEN BONNICI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Ċelebrazzjonijiet tal-anniversarju tal-George Cross

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 34559, 34344 u 33806 u jgħid kemm swew iċ-ċelebrazzjonijiet kollha relattivi għall-anniversarju mill-għoti tal-George Cross (1942 - 2012)? Jista' jagħti breakdown dettaljat tal-infiq?

Response (GONZI, LAWRENCE)

M’għandi xejn x’inżid mar-risposta li tajt f’mistoqsija parlamentari numru 33806.