Malta Institute of Management — ħlas għal proprjetà
Question
Jista' il-Ministru jgħid x'ħalset Transport Malta lill-kumpanija Air Malta biex tal-ewwel tieħu mingħand tat-tieni proprjetà f'Pembroke li kienet qiegħda tintuża mill-Malta Institute of Management filwaqt li jgħid għal-liema skop ġie ddentifikat biex jintuża tali bini?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li Transport Malta xtrat il-propjeta msemmija mingħand il-gvern u mhux mingħand l-Air Malta. Din il-propjeta ser tintuża minn "Land Transport and Road & Infrastructure Directorates" għax il-post allokat għal dawn id-Direttorati kien mikri lil EASO.
Tista' l-Ministru tgħid xi proċeduri qed tuża l-Università ta' Malta biex tixtri l-kotba għal-librerija? Fl-aħħar erba' snin kemm-il darba ħarġet sejħa pubblika għax-xiri tal-kotba? Għaliex qed jinxtraw dejjem kotba online meta hawn kumpaniji lokali lesti jipprovdu l-kotba meħtiega bi prezz kompetittiv? Kemm inxtraw kotba għal-librerija fl-aħħar erba' snin, sena b'sena?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-Università ta' Malta minn tliet snin ilu ‘l hawn addottat sistema ta’ xiri ta’ kotba għal-librerija online bl-awtorità mogħtija mill-Ministeru tal-Finanzi, Ekonomija u Investiment. Is-sistema taħdem billi ssir search fuq l-internet minn ħames suppliers differenti u x-xiri jsir mingħand is-supplier li joffri l-irħas prezz. F’dawn l-aħħar erba’ snin ma nħarġet l-ebda sejħa pubblika għax-xiri tal-kotba. L-Università addottat din il-proċedura minħabba dawn ir-raġunijiet u esperjenzi li kellha fil-passat: -
· Il-kotba kienu qed jieħdu żmien twil biex jaslu;
· Mil-listi ta’ kotba li kienu qed jiġu rikjesti biex jinxtraw mingħand l-aġenti jew kumpaniji Maltin, ammont konsiderevoli minnhom qatt ma waslu;
· Meta l-Università tixtri kotba
online
ġeneralment tkun qed jew tixtri dirett mingħand il-
publisher
jew mingħand
suppliers
kbar u b’hekk tkun qed taghmel ix-xogħol tal-aġenti Maltin (li mhux xi xogħol kbir), safrattant tkun qed taqta’ l-
middle man
;
· Il-prezzijiet minn fuq l-
internet
huma iżjed kompetittivi u irħas.
Fl-aħħar erba' snin, sena b'sena inxtraw kotba għal-librerija: -
2009 – 2759 ktieb
2010 – 4881 ktieb
2011 – 5912-il ktieb
2012 (sal-21 ta’ Novembru) – 5644 ktieb
Malta Institute of Management — ħlas ta' proprjetà
Question
Jista' l-Ministru jgħid x'ħalset Transport Malta lill-kumpanija Air Malta biex tal-ewwel tieħu mingħand tat-tieni proprjetà f'Pembroke li kienet qiegħda tintuża mill-Malta Institute of Management filwaqt li jgħid għal-liema skop ġie ddentifikat biex jintuża tali bini?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li r-risposta se tingħata f’seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid x’xogħol sar matul l-2012 fuq kull wieħed minn dawn il-proġetti : nature trails fil-park ta’ Ħaġar Qim u l-Imnajdra, restawr fil-Palazz tal-Inkwiżitur fil-Birgu, restawr tad-Domus Romana, xogħol fuq it-Torri tal-Arloġġ, xogħol fil-Mużew Marittimu, u xogħol ta’ konservazzjoni fil-Palazz ta’ Verdala u fil-Palazz ta’ San Anton? Jista' jgħid x’kienet l-ispiża fuq kull wieħed minn dawn il-proġetti fl-2012 ?
Response (MARCO, MARIO DE)
L-informazzjoni għadha qed tinġabar u tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid x’xogħol sar matul l-2012 fuq kull wieħed minn dawn il-proġetti: Forti Sant’Anġlu, Ipoġew ta’ Ħal Saflieni, Tempji tal-Ġgantija, Tempji ta’ Ħal Tarxien, Katakombi ta’ San Pawl, Banjijiet Rumani ta’ Għajn Tuffieħa, l-Katakombi Ta’ Bistra fil-Mosta, u l-Katakombi ta’ Santu Wistin fir-Rabat? Jista' jgħid x’kienet l-ispiża fuq kull wieħed minn dawn il-proġetti fl-2012?
Response (MARCO, MARIO DE)
L-informazzjoni għadha qed tinġabar u tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid x’sar matul l-2012 fuq ix-xogħol fuq Biagio Steps fil-Belt Valletta biex isir ċentru interattiv dwar il-fortifikazzjonijiet ta’ pajjiżna? X’kienet l-ispiża minfuqa dan il-proġett?
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 38099 u jgħid kemm huwa l-valur tal-garanziji tal-gvern għall-kumpaniji, entitajiet u fejn il-gvern għandu jew kellu l-investimenti?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li r-risposta ser tingħata f’seduta oħra.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 38022, 37661, 36984 u 37254 u jgħid x’kien l-ammont ta' flus li l-gvern ġabar f'taxxi minn fuq il-petrol u d-diesel bejn Jannar u Awwissu 2012 ?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li r-risposta se tingħata f’seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hu l-ammont totali ta' għotjiet, f'terminu ta' flus, li ġie approvat mill-Awtorità tad-Djar għall-perjodu 1/1/2011 sa 19/11/2011 għall-iskemi ta' sussidju fuq xogħlijiet ta' rranġar u titjib f'residenzi okkupati minn sidien u/jew inkwilini (kemm tal-gvern kif ukoll privat)? Kemm hu l-ammont totali ta' għotjiet, f'terminu ta' flus, li ġie approvat għall-perjodu 1/1/2012 sa 19/11/2012 għall-iskemi ta' sussidju fuq xogħlijiet ta' rranġar u titjib f'residenzi okkupati minn sidien u/jew inkwilini (kemm tal-gvern kif ukoll privat)? Il-figuri t'hawn fuq għandhom jeskludu għotjiet fuq l-iskema ta' għajnuna fuq xogħlijiet ta' strutturi perikolużi f'proprjetà tal-gvern.
Response (SAID, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Awtorità tad-Djar approvat dawn l-ammonti ta’ ghotjiet ghall-skemi ta’ sussidju fuq xoghlijiet ta' rranġar u titjib f'residenzi okkupati minn sidien u/jew inkwilini (kemm tal-gvern kif ukoll privat), skont il-perjodi msemmija:
2011 = €350,987.02
2012 = €103,085.92*
* din iċ-ċifra ma tinkludiex il-fuq minn 100 applikazzjoni li ġiet sottomessa din is-sena taħt din l-iskema u li għad jonqos issir l-ispezzjoni.
Awtorità tad-Djar — sussidju għal persuni b'diżabilità
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm hu l-ammont totali ta' sussidju li ġie approvat mill-Awtorità tad-Djar għall-perjodu 1/1/2011 sa 19/11/2011għall-persuni b'diżabilità fuq l-iskema li tissusidjahom sabiex isiru xogħlijiet ta’ titjib relatati mad-diżabilità tagħhom fir-residenzi okkupati minnhom? Kemm hu l-ammont totali ta' sussidju li ġie approvat mill-Awtorità tad-Djar għall-perjodu 1/1/2012 sa 19/11/2012 għall-persuni b'diżabilità fuq l-iskema li tissusidjahom sabiex isiru xogħlijiet ta’ titjib relatati mad-diżabilità tagħhom fir-residenzi okkupati minnhom?
Response (SAID, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Awtorità tad-Djar approvat dawn l-ammonti ta’ ghotjiet għall-persuni b'diżabilità taht l-iskema li toffri sussidju sabiex isiru xogħlijiet ta’ titjib relatati mad-diżabilità tagħhom fir-residenzi okkupati minnhom, skont il-perjodu kif imsemmi:
2011 = €152.669.15
2012 = €193,571.82
Fl-azzjonijiet industrjali kontemporanji li fihom paramediċi mhumiex jikkomunikaw ma' pazjenti, f'każ fejn dan jista' jkun ta' dannu għall-pazjent, bħal fil-każ li jrid jiġi spjegat verbalment minnufih li tinbidel doża wara li jiġi eżaminat id-demm fl-Anticoagulant Clinic, jista' l-Ministru jgħid il-ħaddiema humiex eżenti milli jsegwu d-direttiva tat-trejdunion tagħhom?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li l-paramediċi li qed issir referenza għalihom ma jikkomunikawx mal-pazjent dirett imma mat-tabib preżenti. Huwa tajjeb li jingħad li anke waqt id-direttiva tat- trade union tagħhom, riżultati abnormali ġew ikkomunikati mat-tabib preżenti biex issir żgur li ma jkun hemm l-ebda dannu għall-pazjent.
JIsta' l-Ministru jgħid ingħatax it-tender biex binja li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament tiġi finished minn ġewwa? Meta se jinbeda dan ix-xogħol?
Response (SAID, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-Awtorità tad-Djar ghaddiet it-tender dwar il-finishing tal-binja msemmija lid-Dipartiment tal-Kuntratti fil-5 ta’ Settembru, 2012 ghall-publikazzjoni. Din giet ippublikata mid-Dipartiment tal-Kuntratti fil-Gazzetta tal-Gvern fid-9 ta’ Novembru, 2012 u taghlaq fl-20 ta’ Dicembru, 2012.
Ix-xoghol mistenni jibda ftit gimghat wara li jaghlaq il-perijodu tal-appelli fil-process tal-ghazla.
ilment dwar alternanza qawwija fil-vultaġġ tal-elettriku
Question
Jista' l-Ministru jgħid residenti l-Belt li jkollhom alternanza qawwija fil-vultaġġ tal-elettriku fil-ħinijiet differenti tal-ġurnata u tal-ġimgħa minħabba li hemm tant bini amministrattiv u kummerċjali, x'protezzjoni qed jingħatalhom? Saru talbiet għal kumpens minħabba li jinħarqu appliances minħabba f'hekk?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li r-risposta se tingħata f’seduta oħra.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 38098 u jgħid kemm jammontaw f'ċifra ta' flus globali llum it-treasurey stocks li l-gvern ħareġ permezz tal-Bank Ċentrali ta' Malta? Jista' jagħti l-breakdown meta ħarġu dawn l-istocks u kemm hija ċ-ċifra ta' flus f'kull każ?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li r-risposta ser tingħata f’seduta oħra.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 38148 u jgħid meta l-Awtorità ta' Malta għas-Servizzi Finanzjarji ħatret lill-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, konsulenta tagħha fil-qasam tal-PR, kif inħatret u meta nħatret u kemm tħallset s'issa? Kemm-il darba organizzat ikliet u riċevimenti f'Londra għall-ġurnalisti u x'kisbet Malta bħala ċentru għas-servizzi finanzjarji minn dan kollu? Kemm ġew jiswew dawn l-ikliet u riċevimenti?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li r-risposta ser tingħata f’seduta oħra.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 37973 u jgħid kemm hemm kumpaniji, lukandi, u fabbriki li l-gvern qatgħalhom is-servizz tad-dawl u l-ilma minħabba li ma ħallsux l-kontijiet?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li r-risposta ser tingħata f’seduta oħra.
Tista' l-Ministru tgħid f'din l-aħħar sena kemm saru talbiet għal homehelp u kemm minnhom ġew milqugħa u kemm minnhom effettivament bdew jieħdu s-servizz u kemm minnhom għadhom jistennew is-servizz approvat? Tista' tgħid kemm talbiet minnhom kienu ta' persuni anzjani u kemm minnhom persuni b'diżabiltà?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.