Ħal Għaxaq — Triq Giovanni Scicluna - xogħol fuq it-triq
Question
Jista’ l-Ministru jindika meta Transport Malta se tagħti bidu għax-xogħol fuq Triq Giovanni Scicluna f’Ħal Għaxaq? Jista’ jindika jekk is-sejħa għall-offerti għal dan ix-xogħol ħarġitx u jekk fl-affermattiv meta?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li din it-triq tagħmel parti mill-programm ta' toroq li jridu jinbnew mill-ġdid sas-sena 2012. Bħalissa qed jitħejjew l-istejjem u ssir il-koordinazzjoni sabiex toħroġ is-sejħa għall-offerti.
Awtorità ta' Malta tax-Xandir — impjegati fit-taqsima monitoring
Question
B’referenza għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari 34592, jista’ l-Prim Ministru jelenka liema huma s-26 stazzjon televiżiv u 52 stazzjon tar-radju li l-kontenut tagħhom huwa regolat mill-Awtorità tax-Xandir?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra skeda li rċevejt mingħand l-Awtorità tax-Xandir, li turi l-istazzjonijiet televiżivi u tar-radju li l-kontenut tagħhom huwa regolat mill-istess Awtorità.
B’referenza għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari 34592, u peress li l-Prim Ministru indika li l-monitoraġġ tal-Awtorità tax-Xandir fuq programmi ta’ aħbarijiet, diskussjoni jew ġrajjiet kurrenti tal-PBS, huwa wieħed regolari u fuq kull wieħed isir rapport, jista’ l-Prim Ministru jindika jekk kienx hemm problema biex l-informazzjoni mitluba minn din in-naħa ħadhet daqshekk fit-tul biex tingħata?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ir-risposta li rċevejt mingħand l-Awtorità tax-Xandir hija s-segwenti: Filwaqt li nikkonferma li l-monitoraġġ tal-Awtorità tax-Xandir fuq programmi ta’ aħbarijiet, diskussjoni jew ġrajjiet kurrenti tal-PBS huwa wieħed regolari u fuq kull wieħed isir rapport, xorta waħda kien jinħtieġ żmien biex tingħata l-informazzjoni dettaljata li talab l-Onorevoli Interpellant.
Il-ġbir ta’ l-informazzjoni mitluba kienet tinvolvi l-eżami ta’ kull rapport ta’ sitt programme (‘l fuq min 400 rapport b’kollox) biex minn dan l-eżami toħroġ l-informazzjoni dwar kull mistieden. Ma jidhirlix li dan kien ix-xogħol li seta jsir fi 48 siegħa.
Jista’ l-Ministru jindika kemm-il ittra ta’ twissija dwar sospensjoni tas-servizz inħarġet mill-ARMS Ltd., fl-ewwel erba’ xhur tas-sena fuq kontijiet domestiċi u fuq kontijiet kummerċjali separatament? Jista' jindika kemm minn dawn it-twissijiet ġew esegwiti?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi r-risposta ser tingħata f’seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jindika liema uffiċċju legali qed jagħmel ix-xogħol relatat mal-aspetti legali għall-kumpanija ARMS Ltd? Kif ġie magħżul dan l-uffiċċju legali u kemm qed jitħallas għal dan ix-xogħol?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi r-risposta ser tingħata f’seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid kif inħadmet il-pensjoni tal-indivdwu li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, meta dan qed jirċievi biss kull erba' ġimgħat l-ammont ta' €393 tal-bolol meta huwa kkontribwixxi fil-ħlas tal-kontribuzzjoni tas-sigurtà soċjali għal aktar minn 40 sena? Ma jaħsibx li din għandha tiġi riveduta mill-ġdid?
Response (SAID, CHRISTOPHER)
Ninforma lill-Onorevoli nterpellant li jien infurmat li d-Dipartiment bagħat ittra ta’ spjegazzjoni lill-persuna ndikata minnu dwar kif inħadmet il-pensjoni tieghu.
servizz pubbliku — facilità ta' Skype jew video conferencing
Question
Jista' l-Prim Ministru jelenka d-dipartimenti, direttorati u uffiċċji fi ħdan is-servizz pubbliku li għandhom l-apparat meħtieġ sabiex jagħmlu użu mill-facilità ta' Skype jew video conferencing?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma l-Onorevoli Interpellant li fi ħdan l-Uffiċċju tal-Prim Ministru l-Information Management Unit ta’ dan il-Ministeru joffri s-servizz ta’ Skype flimkien ma’ l-użu ta’ webcam meta jkun hemm bżonn, lid-Dipartimenti kollha tal-Ministeru. Il-Kunsill Malti għax-Xjenza u t-Teknoloġija għandu aċċess għal Skype.
Rigward il-
video conferencing
,
fis-Segretarjat dwar l-Unjoni Ewropea teżisti din il-faċilità li hija miftuħa għall-użu tal-Ministeri, Dipartimenti u l-Entitajiet Governattivi kollha.
Dwar Ministeri oħrajn nitolbu jagħmel il-Mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentarui 34074 u 33814 li oriġinarjament saret lill-Ministru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid meta beda l-proġett tat-tkattir tal-għasafar tal-għana fl-Għemmieri f'Malta u f'Għawdex; x'inhu l-iskop ta' dan il-proġett, kemm-il speċi ta' għasafar tal-għana qed jitkattru u x'kienu r-riżultati ta' dan il-proġett? Kemm intnefqu flus s'issa fuq dan il-proġett u hemm ħsieb ta' xi għajnuna minn fondi tal-Unjoni Ewropea għalih?
Response (DEMARCO, MARIO)
L-informazzjoni għadha qed tinġabar u tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ħarġu calls for application mid-dipartiment u entitajiet kollha li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu f'dawn l-aħħar sitt xhur u kemm kien hemm applikanti għal kull sejħa u kemm finalment intagħżlu?
Response (SAID, CHRISTOPHER)
Ninforma lill-Onorevoli INterpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpogga fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 33804 li oriġinarjament saret lill-Ministru tal-Ġustizzja, Konsultazzjoni Pubblika u l-Familja u issa ġiet riferuta lilu u jgħid għaliex ma jridx joħroġ iż-żieda tal-għoli tal-ħajja sħiħa b'effett mis-sena 2008 lil dawk li kienu ġew kostretti jieħdu l-iskema ta' irtirar kmieni mit-tarznari fis-sena 2003? Għaliex qed ikompli joħloq anomalija ma' dawn il-pensjonanti meta kien l-istess Ministru li kien ħabbar fil-budget għas-sena 2008 li se jżid lill-pensjonanti kollha ż-żieda sħiħa tal-għoli tal-ħajja? Għaliex din l-anomalija? Il-provediment li hemm fil-kuntratt privat li jinkorpora din l-iskema ta' irtirar kmieni kien ġie ffirmat fis-sena 2003 meta dak iż-żmien il-gvern kien għadu ma tax iż-żieda sħiħa tal-għoli tal-ħajja lill-pensjonanti, għaldaqstant, għaliex ma kkerġġiex din l-anomalija fil-kuntest tad-deċiżjoni li ttieħdet wara? Għaliex se jħalli din id-diskriminazzjoni tkompli sseħħ bejn il-pensjonanti Maltin u Għawdxin?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 34789.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 34552 u 34294 u cioè: B'referenza għall-kundizzjoni tal-planning gain marbuta mal-permess tal-applikazzjoni PA04607/06 tal-impjant ta' Sant Antnin, billi huwa mifhum li l-WasteServ kisru dan il-ftehim u huma dovuti jħallsu penali ta’ miljuni ta’ Ewro lill-Kommunità ta' Wied il-Għajn, ma jaħsibx il-Ministru li l-iskuża li qed iġġib l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar dwar il-Family Park PA/04886/06 mhix ġustifikata u m'għandha x’taqsam xejn mal-kundizzjoni tal-istess planning gain imma dan huwa relatat biss mal-permess biex jinbeda x-xogħol fuq il-park innifsu? Kemm-il darba d-developer li f’dan il-każ huwa l-kumpanija parastatali WasteServ dam biex jingħata il-permess mill-awtorità peress li dan żgur mhuwiex tort tar-residenti imma kollu tort tal-amministrazzjoni preżenti għax kien l-istess gvern li ppermetta li dawn jintrabtu mal-kundizzjonijiet tal-permess fosthom tal-planning gain innifsu, x’passi effettivi biħsiebha tieħu l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar biex issir ġustizzja skont l-obbligi kuntrattwali mar-residenti kkonċernati u x’kienu r-raġunijiet il-kumpanija WasteServ naqset li tlestli dan il-family park fi żmien ħames snin mill-ħruġ tal-permess relevanti li ngħata fit-30 ta' Jannar 2007? Jista' jagħti tweġiba kategorika wkoll jekk tqisx li l-WasteServ kisrux l-obbligi kuntrattwali tagħhom?
Response (DEMARCO, MARIO)
Ninforma lill-Onor Interpellant illi l-informazzjoni għadha qed tinġabar u tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 34554 u 34314 u jgħid l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar f’liema stadju saret taf bil-problema tal-mercaptan u bil-ħruq illegali tagħhom? Minn min ġiet mgħarrfa? Min min-naħa tal-awtorità sar jaf b’dan? X’passi ttieħdu mill-awtorità appena saret taf b’dan u x’wassal biex l-ewwel għeddet li tieħu azzjoni bil-Qorti u sallum kważi tliet snin wara l-inċident jidher li għadu ma sar xejn, meta huwa mifhum li l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar kellha bażi soda biex tagħmel dan sa minn Novembru tas-sena 2009?
Response (DEMARCO, MARIO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li huwa importanti li issir distinzjoni bejn is-sitwazzjonijiet tal-Mercaptan li ġraw fl-2009 u fl-2011.
F'Lulju 2009, il-MEPA ġiet mgħarrfa dwar problemi bil-ħażna ('leak') tal-mercaptan ta' l-Enemalta, mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili, li ħadet azzjoni skond kif hinu mistenni f'każijiet bħal dawn. Wara ftit jiem l-istess Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili għarraf lill-MEPA li l-problema tal-'leak' kienet risolta. Waqt spezzjoni sussegwenti ta' rutina li saret mill-MEPA f'Settembru 2009, irriżulta illi l-Mercaptan maħżun il-Qajjenza kien tneħħa mill-post. Il-MEPA tikkonferma li meta skopriet dan, ħadet azzjoni immedjata u kitbet lill-Enemalta fl- 01/10/2009 u fl-28/10/2009 biex titlob informazzjoni fuq din is-sitwazzjoni.
F'Settembru tal-2011, il-MEPA saret taf bil-ħruq illegali tal-mercaptan meta dettalji dwar dan il-każ ġew ppublikati fil-gazzetti. Fuq dan il-każ ġiet mitluba inkjesta. Il-MEPA qed tieħu parir legali dwar il-passi li jistgħu jittieħdu, ladarba għandha r-riżultati tal-investigazzonijiet tal-bord tal-inkjesta fuq dan l-istess każ.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 34722 u jgħid kemm-il applikazzjoni għall-iżvilupp ġiet sottomessa lill-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar u rrakkmondati għall-approval ġew rrifjutati mill-bord tal-awtorità presedut miċ-chairman kurrenti? Kemm-il applikazzjoni simili li kienet rakkmandata for refusal ġiet effettivament approvata (għalhekk rakkmandazzjoni overturned) mill-istess bord? Liema kienu l-applikazzjoniet f'kull każ u liema kienu l-proġetti f'kull każ?
Response (DEMARCO, MARIO)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra żewġ (2) tabelli li juru d-deċiżjonijiet kollha, inkluż l-overturning, li ttieħdu mill-bord ta' l-Awtorita’ presedut miċ-Chairman kurrenti.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 34534, 34366, 34170 u 34034 u jgħid x'inhu t-tul ta' toroq f'Malta u Għawdex separatament li huma kklassifikati bħala arterjali, distributorji u lokali separatament?
Response (GATT, AUSTIN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li tagħti l-informazzjoni dwar toroq arterjali u distributorji. Għall-informazzjoni dwar toroq lokali, nitlob lill-Onorevoli Interpellant sabiex jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Joint Office u taħt il-Lands Department — ammont ta' proprjetajiet
Question
Jista' l-Ministru jgħid, fil-perjodu bejn 2007 - 2011 kemm kien l-ammont ta' proprjetajiet li jaqgħu taħt il-Joint Office u taħt il-Lands Department, rispettivament, li la huma residenzi privati u lanqas villeġjaturi, li kellhom ċens temporjanju li kien se jiskadi fil-futur, u li ġie mifdi mis-sidien, sena b'sena mill-Joint Office u mil-Lands kull dipartment separatement? X'kienu l-ammonti globali li nġabru mill-Joint office u mil-Lands Department f'dan ir-rigward, separatement, fuq bażi annwali?
Response (DEMARCO, MARIO)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Jista' l-Ministru jgħid jekk preżentament l-Awtorità tad-Djar għandiex xi tip ta' skema li tippermetti li l-inkwilini jixtru l-appartament li jikru mingħand l-istess Awtorità?
Response (SAID, CHRISTOPHER)
Nixtieq ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li bħalissa l-awtorità ghandha skema msejħa 'ninvesti fid-dar tieghi' fuq propjetajiet li huma 'possession and use'. Dan ifisser li l-Lands Dept ghaddiet propjeta' lil Awtorita' li kienet ittiehdet wara t-tieni gwerra dinija u minghajr mal-gvern kellu t-titlu legali fuqha, kemm inbnew ammont ta' propjetajiet. Issa l-Gvern tal-gurnata xtara din il-projeta' u qieghed jistieden lil dawk ir-residenti li jixtiequ jsiru sidien tad-dar taghhom. Dawn il-propjetajiet huma mahruga fuq prezz kummercjali li wara jinghata ammont ta' sussidju fuq kemm snin inkwilin ikun ilu jghix. Dawk l-inkwilini li ilhom ighixu ghal aktar minn 20 sena, ser jkollhom sussidju ta' 65% fuq il-prezz kummerċjali.
Imdina — restawr ta' ħitan ta' swar u tal-parpet wall fil-foss
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk ix-xogħol ta' restawr ta' ħitan ta' swar u tal-parpet wall fil-foss tal-Imdina li l-avviż tiegħu huwa Nru 97/2012 deher fil-gazzetta tal-gvern kienx iffinanzjat minn fondi tal-Unjoni Ewropea?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li x-xogħol imsemmi huwa parti mill-proġett għar-rijabilitazzjoni tal-foss tal-Imdina u qiegħed jiġi kollu ffinanzjat minn fondi lokali.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari W555, peress li hemm diversi persuni li jinsabu mħassba għaliex f'Għawdex dan is-sajf mhux se jkun post fejn jistgħu jħallu lill-uliedhom waqt li huma jkunu għax-xogħol, ma taħsibx il-Ministru li għandu jkun hemm rimedju u soluzzjoni sabiex jiġi indirizzat dan in-nuqqas li qed ikun kaġun ta' ħafna preokkupazzjoni fost dawn il-ġenituri?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant sabiex tagħmel din il-Mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Peress li f'Għawdex qed tinħass sew il-ħtieġa ta' servizzi u premiss sabiex tingħata iktar attenzjoni u għajnuna lil tfal b'challenging behaviour u peress li ripetutament qed issir talba għal servizzi simili, tista' l-Ministru tgħid il-gvern x'qed jagħmel biex f'Għawdex ikollna dan it-tip ta' servizz?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninsab infurmata li qegħdin jittieħdu diversi miżuri sabiex tfal b'challenging behaviour jingħataw l-għajnuna meħtieġa. Dawn jinkludu, fost l-oħrajn, riferiment tat-tfal lill-għalliema tal-learning zone, social workers, guidance teachers, school councillors u lill-Aġenzija Appoġġ. Tingħata wkoll għajnuna lit-tfal fuq bażi individwali.
Peress li f'Għawdex is-supervised access visits qed isiru f'ambjent li mhuwiex san għat-tisħiħ tar-relazzjoni bejn it-tfal u l-ġenitur li jkollu l-ħinijiet tal-aċċess, tista' l-Ministru tgħid meta se jkun hemm rilokazzjoni tad-diaprtiment konċerant f'post adegwat li jippermettu wkoll lill-ħaddiema soċjali biex joperaw aħjar għall-ġid tat-tfal u tal-familji tagħna?
Response (DEBONO, GIOVANNA)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li huwa ppjanat li fiċ-Child Development Centre ser ikun hemm post fejn isiru s-supervised access visits.